Illum previous editions

ILLUM 7 April 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1101646

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 31

29 Il-Ħadd 7 ta' April 2019 | illum Sports Sodisfazzjon għaċ-ċiklist Jason Vella ġewwa Ċipru TLIET snin wara li waqaf jikkompeti fiċ-ċikliżmu kompetittiv, Jason Vella (Agones SFC) għamel ritorn fix-xena internazzjonali, meta ħa sehem fis-Sunshine Cup ġewwa Ċipru, meqjusa bħala waħda mill-aktar kompetizzjonijiet prestiġjużi tal-mountain biking fid-dinja u li hija inkluża fis- Serje tal-Mountain Bike fil- Kalendarju UCI (Union Cycliste Internationale). L-avveniment, li kien maqsum fuq tlett stadji, ra lil Vella jikkompeti fil-Kategorija tal- Masters 2 Men. It-tellieqa kollha kienet tkopri distanza ta'126km mqassma fuq tlett ijiem, bl- ogħla elevazzjoni ta' 1916m tkun koperta fl-aħħar ġurnata. Vella ma kellux bidu tajjeb fl-ewwel tellieqa meta sofra diversi problemi mekkaniċi u ħabta. Fortunatament, minkejja li kien inċident, dan kien ta' veloċità għolja, Vella sofra biss xi tbenġil. B'żewġ ġranet oħra ta' kompetizzjoni quddiemu, Vella kellu jagħti kollox fuq ir-rotot ċatti, kif ukoll bi tlajja iebsin biex ipatti għall-ħin mitluf fil-parti teknika tat-tellieqa. Id-determinazzjoni ta' Vella pproduċiet riżultat tajjeb hekk kif kiseb it-tieni post fil-kategorija tiegħu fit-tieni u it-tielet stadji. Vella kellu kompetizzjoni iebsa ma'ċiklisti Ċiprijotti, Rumeni, Olandiżi u Litwani "Billi kont wieqaf mill- kompetizzjoni għal numru ta' snin, irrid nammetti li tlift ħafna ħin prezzjuż. Peress li kont qed nonqos mill-esperjenza għażilt il- Kategorija tal-Masters aktar milli l-Elite peress li ma ħassejtnix lest biex nikkompeti ma'wħud mill- aqwa atleti tad-dinja. Din kienet esperjenza kbira b'mod ġenerali u żgur li se tgħini nkun aktar kompetittiv fit-tlielaq lokali. Irrid nieħu din l-opportunità biex nirringrazzja liċ-ċiklisti veterani tal-mountain bike Maltin, talli appoġġjaw ir-ritorn tiegħi għat-tlielaq għalkemm qed nikkompeti kontrihom. Grazzi kbar imur għand il-kowċ Bruno Mahsoudi talli għen fil- preparazzjoni tiegħi" stqarr Vella wara it-tellieqa. Vella ilu jikkompeti regolarment fuq iċ-ċirkwit tal-mountain bike fil-kategorija Cross Country organizzata mill-Malta Mountain Bike Association. Għalkemm s'issa kiseb ir-raba post, b'hekk ma nrexxilux jieħu podju lokali, Vella, qed jirreġistra prestazzjonijiet imtejba kontinwament. Il-Kampjonat tad-Dinja Inawgurali tal-Off shore Sailing se jsir f'Malta fl -2020 LEDIZZJONI inawgurali tal-Kampjonat Dinji tal- Offshore Sailing se ssir f 'Ottubru 2020 fil-Belt Valletta, Malta flimkien mar-Rolex Middle Sea Race. Imħabbra fl-2017, il-Kampjonat Dinji tal-Offshore Sailing ser jkunu pjattaforma b'saħħitha biex tkompli tkabbar l-interess fl- ibburdjar u li tara nisa u rġiel jikkompetu flimkien fuq dgħajjes magħrufa bħala one design f 'kompetizzjonijiet double handed. Il-Kampjonat Dinji tal-Offshore Sailing tal- 2020 se jkun organizzat b'kollaborazzjoni mar- Royal Malta Yacht Club u mal-Federazzjoni dinjija tal-Ibburdjar – il-World Sailing. . Oriġinarjament, ippjanata li sseħħ fl-2019, il-World Sailing ipposponiet l-avveniment b'sena, sabiex tiġi żviluppata sistema sħiħa ta' kwalifiki, li tippermetti biżżejjed opportunitajiet għall- Awtoritajiet Nazzjonali affiljati biex jikkwalifikaw u jippreparaw għall- avveniment. Il-Kampjonat se jkun kompetizzjoni mħallta (raġel wieħed, mara waħda) bejn in- nazzjonijiet, li fiha ser ikun hemm 20 dgħajsa. Miżmuma fl-istess żmien mar-Rolex Middle Sea Race, il-kompetituri jistgħu jkunu meħtieġa li jbaħħru l-korsa sħiħa jew korsa mnaqqsa skond il-kundizzjonijiet tat- temp. Mira importanti hija li jiġu ingaġġati pajjiżi ġodda għat-tbaħħir offshore billi jiġi pprovdut tagħmir lest għall-użu fil-post tal-avveniment kif ukoll dgħajjes li jkunu disponibbli għal charter fl-Ewropa għal taħriġ mis-sajf tal-2019. Il-President tal-World Sailing, Kim Andersen, qal, " Il-Kampjonat Dinji tal-Offshore Sailing se jkun segwit mill-aqwa ekwipaġġi mħallta min- nazzjonijiet kollha u ser jkun rikonoxxut bħala waħda mill- kompetizzjonijiet ewlenin tat-tbaħħir offshore ta' żewġ persuni". "Il-World Sailing qiegħed kontinwament ifittex li jipprovdi opportunitajiet fl-isport u l-Kampjonat ser jkun ugwali bejn is- sessiu jippermetti kemm l-irġiel kif ukoll lin-nisa jiksbu s-settijiet ta'ħiliet meħtieġa biex jieħdu sehem fil-Kampjonat u lil hinn minnu" "Il-Kampjonat tal-2020 huwa l-ewwel pass għal baħħara offshore li jaspiraw li jikkompetu fil-Logħob Olimpiku ta' Pariġi fl-2024 u qed nistennew prova iebsa għat-timijiet offshore magħrufa internazzjonalment. "Ir-Royal Malta Yacht Club kisbet esperjenza eċċellenti fejn jidħlu l-organizzazzjoni t'avvenimenti kbar tal- ibburdjar u ninsabu kuntenti li ser naħdmu magħhom għal din l-ewwel avveniment importanti." Godwin Zammit, Commodore tar-Royal Malta Yacht Club, ikkummenta, "Ir-Rolex Middle Sea Race ilha toffri esperjenza eċċitanti għal eluf ta' baħħara mill- bidu tagħha aktar minn 50 sena ilu. Il-karattru u l-isfida tal-ibħra Maltin u l-isforzi tal-voluntiera tagħna u jkomplu jagħmlu l-avveniment attraenti. "Huwa ta' soddisfazzjon għalina li naħdmu mal- World Sailing u nospitaw żewġ avvenimenti prestiġjużi ma xulxin. Dan jkompli jgħina nkabbru l-profil tal- isport tagħna. Aħna eċċitati li nospitaw l-ewwel Kampjonat Dinji tal-Offshore Sailing u nappoġġjaw il-World Sailing fl-isforzi tagħhom." Aktar informazzjoni dwar dan l-avveniment, id-dgħajjes li se jintużaw, is-sistema tal-kwalifika u l-format tat-tellieqa se jitħabbru fix-xhur li ġejjin fuq is-sit elettroniku www.rmyc.org. tad-Dinja Inawgurali tal-Off shore Sailing se jsir f'Malta fl -2020 t'avvenimenti kbar tal- ibburdjar u ninsabu World Sailing u nospitaw

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 April 2019