Illum previous editions

ILLUM 7 April 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1101646

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 31

Aħbarijiet 6 illum | Il-Ħadd 7 ta' April 2019 L-irħula 'ta' wara l-mina' ħmaru waħda sew... jidher Ħal Luqa: fortizza qawwija Laburista bil-PN bilkemm jiċċaqlaq Ħal Luqa. Hija waħda minn dawk il-lokalitajiet fejn ftit li xejn jista' jkollok dubju dwar kif se tmur l-elezzjoni lokali ta' Mejju li ġej. Huwa raħal imdaqqas li jista' jkun meqjus bla tlaqliq bħala fortizza Laburista u fejn il- Partit Nazzjonalista ftit li xejn irnexxielu jimxi 'l quddiem. Fl-elezzjoni tal-2007, il-Luqin taw 2,297 vot lill-Partit Laburista u 1,086 vot lill-Partit Nazzjonalista. Fl-2012, meta bħall-2017, kien hemm l-elezzjonijiet lokali biss, il-Partit Laburista żied bi ftit u kiseb 2,312-il vot, filwaqt li flok 'il quddiem, il-Partit Nazzjonalista kiseb 1,039 vot. L-aħħar elezzjoni lokali saret mar-referendum dwar il- kaċċa, jiġifieri fl-2015. Il-Partit Laburista reġa' żied il-voti biex kiseb 2,858 vot jew kważi 72% tal-voti. Forsi għax aktar nies ħarġu jivvutaw, il-Partit Nazzjonalista żied bi ftit il-voti u kiseb 1,131 vot. Din is-sena l-Luqin se jivvutaw kemm għall-kunsill u kemm għall-Ewro Parlamentari u għalhekk x'aktarx li joħorġu aktar nies jivvutaw. Madanakollu meta wieħed iqis biss li fl-2015 f 'Ħal Luqa kien hemm distakk ta' 1,727 vot bejn il-partiti u li mill-2007 sal-2015 il-Partit Nazzjonalista ċċaqlaq biss b'45 vot, kollox jindika li Ħal Luqa se jibqa' fortizza kbira Laburista. Il-Labour dejjem żied, in-Nazzjonalisti Birżebbuġin ma tantx joħorġu jivvutaw għall- elezzjoni lokali Birżebbuġa, l-aktar lokalità fin-Nofsinhar ta' Malta, bħal- lokalitajiet kollha tan-Nofsinhar tirreġistra maġġoranza Laburisti, f 'dan il- każ il-maġġoranza hija pjuttost kbira. Minn l-aħħar tliet elezzjonijiet li saru, jiġifieri fl-2007 u fl-2012, meta saru biss elezzjonijiet lokali u anke fl-2015 meta sar ukoll ir-referendum, jidher ċar illi hemm ċaqlieq fin-numru ta' voti Nazzjonalisti. Kuntrarjament għall-vot Laburist, il-vot Nazzjonalist li diġà qiegħed f 'minoranza, żdied u naqas. Minn 1,028 fl-2007 għal 926 fl-2012. F'dawn iż-żewġ elezzjonijiet, id-distakk bejn il-partiti kiber; minn 2,014-il vot għal 2,565 vot fl-2012. Il-PL kiseb 3,042 vot fl-2007 u żied il- vot għal 3,494 fl-2012. Fl-2015 u allura l-unika darba f 'dawn l-aħħar 12-il sena li l-Birżebbuġin ma vvutawx għall- elezzjoni lokali biss, id-distakk naqas bi ftit għal 2,106 bil-PN jikseb 1,604 voti u l-PL jikseb 3,710. Bejn għax Birżebbuġa q e d tikber bħala lokalità u b'mod speċjali għaliex dik ta' Mejju se tkun l-ewwel elezzjoni lokali ma' waħda nazzjonali fl-aħħar 12-il sena, il-voti mistennija jiżdiedu. Peress li l-vot Laburista dejjem żdied u dak tal-PN żdied biss meta kien hemm ir-referendum tal-kaċċa wieħed jista' jasal għal previżjoni li f 'Mejju, meta l-Birżebbuġin se jivvutaw għal elezzjoni nazzjonali wkoll, il-vot Nazzjonalista se jiżdied. Dan jista' jfisser li jerġa' jonqos xi ftit id-distakk favur il-Labour, għalkemm b'maġġoranzi li jlaħħqu s-70% hija kważi ċertezza li l-Partit Laburista se jibqa' jkollu vantaġġ komdu f 'Birżebbuġa. Kandidat Koppin indipendenti jnaqqas id- distakk bejn il-PN u l-PL Ħal Kirkop huwa wieħed mill-irħula li nafuhom bħala ta' wara l-mina, fejn il-PN tilef ħafna mill-ftit saħħa li kellu. F'Ħal Kirkop il-Partit Laburista dejjem kellu maġġoranza, għalkemm mhux il- maġġoranzi ta' bliet u rħula bħal Ħal Għaxaq. Fil-fatt fl-aħħar tliet elezzjonijiet il-PL dejjem naqqas il-voti; minn 974 fl-2008, għal 910 fl-2012 għal 785 fl-2015. Il-PN min-naħa l-oħra kellu l-akbar numru ta' voti fl-2008 meta l-elezzjoni lokali saret mal-elezzjoni ġenerali. Dakinhar il-PN kien kiseb 537 vot li ġie qribhom biss fl-2015 b'488 vot. L-inqas ammont ta' voti kisibhom fl-2012, meta kiseb biss 394 vot. Ta' min wieħed iżomm f 'moħħu illi t-tnaqqis fil-voti Laburisti fl-2015, jikkoinċidi ma' kandidat indipendenti li kiseb ammont rispettabbli ta' voti Koppini: 138. Jekk iżżid dawn mal-vot Laburista jerġa' jkollok ammont ta' voti Laburisti simili għall-2008 u l-2012. Dan ifisser allura li r-riżultat ta' Mejju se jiddependi ħafna fuq il-kandidat indipendenti, jekk dan jerġax jikkontesta u l-appoġġ li jikseb. Jekk ma jerġax jikkontesta hija probabbilità tajba li l-PL iżid sew il-voti hawnhekk. Il-PN jaf iżid il- voti wkoll, hekk kif din hija l-ewwel elezzjoni lokali li se ssir ma' waħda nazzjonali, u allura l-probabbilità hija li aktar persuni jmorru jivvutaw. Din hija sitwazzjoni simili ħafna għal dik f 'Santa Luċija, fejn minkejja maġġoranza komda Laburista kandidat indipendenti wassal biex jonqos id-distakk bejn iż-żewġ partiti. maġġoranzi ta' bliet u rħula bħal Ħal Għaxaq. Fil-fatt fl-aħħar tliet elezzjonijiet il-PL dejjem naqqas il-voti; minn 974 fl-2008, għal 910 fl-2012 għal 785 Mejju se jiddependi ħafna Il-Labour jieħu l-Kunsill f 'idejh "bil-kbir" wara żewġ rebħiet ċkejknin favur il-PN L-Imqabba hija lokalità oħra 'ta' wara l-mina', imma fejn il-PN kellu maġġoranza għal numru ta' snin, anke jekk maġġoranza b'distakk mill-aktar ċkejken. Fl-2005, meta saret elezzjoni lokali biss, il-PN rebaħ bi 22 vot biss hekk kif kiseb 848 vot u l-Partit Laburista kiseb 826 vot. Fl-2008, meta l-elezzjoni lokali saret ukoll ma' dik ġenerali li rebaħ il-PN bi ftit, il-PN ġab 1,072 vot, bil-PL jikseb biss 40 vot inqas (1,032). Dan il-vot prattikament maqsum min-nofs fl- Imqabba kien sfrattat mill-Partit Laburista meta fl-2013 u allura mal-elezzjoni ġenerali li l-PL rebaħ bil-kbir, żied 200 vot u kiseb distakk ta' ftit aktar minn 300 vot fuq il-Partit Nazzjonalista li naqqas il-voti tiegħu b'100. X'se jiġri f 'Mejju huwa diffiċli ngħidu, għalkemm il-fatt li l-Partit Laburista dejjem baqa' jżid il-voti huwa indikattiv. Huwa indikattiv ukoll illi meta fl-2013 il-PL rebaħ kif rebaħ l-elezzjoni ġenerali, fl- Imqabba żied il-voti, b'mod qawwi (l-Imqabba hija lokalità żgħira). Il-PL għad għandu l-istess livell ta' appoġġ fuq bażi nazzjonali (jew iktar) u allura dan mistenni jkun rifless fl-Imqabba wkoll. mal-elezzjoni ġenerali li l-PL rebaħ bil-kbir, żied 200 vot u kiseb distakk ta' ftit aktar minn 300 vot fuq il-Partit Nazzjonalista li naqqas e jiġri f 'Mejju huwa diffiċli ....tkompli minn paġna 5

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 April 2019