Illum previous editions

ILLUM 7 April 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1101646

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 31

7 Aħbarijiet Il-Ħadd 7 ta' April2019 | illum jidher li Ħal Safi u l-Imqabba se jibqgħu 'Laburisti' Maġġoranza 'żgħira' Laburista li saret 'kbira' fl-2013 Il-Qrendi huwa raħal ieħor żgħir li prattikament imiss mal- Imqabba. B'differenza iżda fl-aħħar snin il-Qrendi dejjem kellu maġġoranza Laburista, anke jekk mhux tant komda. Hawnhekk kemm il-PN u anke l-PL dejjem żiedu l-voti għalkemm fl-2013, meta saret elezzjoni ġenerali, il-PL kiseb l-aktar maġġoranza komda, jiġifieri distakk ta' 507 voti fuq il-PN b'total ta' 1,231 vot (PN: 724 vot). Jekk wieħed iħares lura jara illi fl-2016, il-PL kiseb 814-il vot filwaqt li l-PN kiseb 582. Fl-2008, meta saret ukoll elezzjoni ġenerali, il-PL kiseb 1,017-il vot u l-PN 837 vot. Jidher illi bħall-Imqabba, fil-Qrendi hemm riflessjoni tar- riżultat nazzjonali u allura, sakemm ma jkunx hemm xi fatturi strettament lokali jew distrettwali, il-PL mistenni jerġa' jġib maġġoranza. Id-daqs tal-maġġoranza jibqa' l-misteru. Il-PL se jżomm l-istess daqs ta' distakk f 'Mejju jew se jmur lura għal differenza inqas ta' madwar 200 vot? Xi darba kienet lokalità b'maġġoranza Nazzjonalista ... Ħal Safi, bħall-Imqabba, kienet lokalità b'maġġoranza Nazzjonalista, jew għall-inqas kiseb maġġoranza fl-2007, sena qabel elezzjoni ġenerali li l-PN rebaħ bi ftit. Bħall-Imqabba iżda l-maġġoranza kienet żgħira ħafna u sfaxxat sal-2012. Fil-fatt fl-2007 il-PN kien kiseb 630 vot, filwaqt li l-Labour kiseb 566 vot. Dan id-distakk ta' 64 vot iżda nqaleb fl-2012 meta l-PL kien żied il-voti biex ġab 711, filwaqt li l-PN naqqas madwar 60 vot u kiseb 579 vot. Fl-2015, u allura mar- referendum tal- kaċċa, iż-żewġ partiti żiedu l-voti għalkemm ir-rata ta' żieda tal-PL kien ferm ikbar bil- konsegwenza li żdied id-distakk għal 220 vot. Il-PL kiseb 836 vot filwaqt li l-PN kiseb 616-il vot. X'se jiġri f 'Mejju? Se jerġa' jieħdu l-PN dan il-Kunsill? Jekk inħarsu lejn ix-xejriet ta' dawn l-elezzjonijiet jidher ċar illi l-PL dejjem żied il-voti, minn 566 għal 836. Il-PN, min-naħa l-oħra, baqa' xi ftit statiku, minn 630 vot fl-2007 għal 616. Dan jindika li l-Labour se jibqa' jżomm din il-lokalità. maġġoranza fl-2007, sena qabel elezzjoni ġenerali li l-PN rebaħ bi ftit. żdied id-distakk għal 220 vot. Il-PL filwaqt li l-PN kiseb 616-il vot. L-aktar lokalità Laburista 'wara l-mina' tibqa' b'maġġoranza komda Laburista Iż-Żurrieq huwa l-ikbar lokalità fost dawk li huma meqjusin bħala 'ta' wara l-mina'. U fil-fatt hija l-iktar lokalità Laburista minnhom kollha, bil-PN isofri daqqiet kbar 'l isfel fl-aħħar żewġ elezzjonijiet. Fil-fatt, iż-Żurrieq saret elezzjoni lokali ma' oħra, fl-2008. Fl-2008 il-PL kien kiseb 4,691 vot u l-PN 2,313 b'distakk ta' 2,378 vot. Din kienet l-unika darba li l-PN qabeż l-2,000 vot hawnhekk. Mar-referendum tal-kaċċa l-PL kiseb kważi 5,000 vot u kiseb l-akbar numru ta' voti mill-2008. Il-PN kien ġab 1,848 vot u allura ftit iktar minn kwart tal-voti. Dan ifisser illi d-distakk fiż-Żurrieq dejjem baqa' jiżdied minn 2,378 favur il-PL għal 3,100 vot distakk fl-2013. X'se jiġri f 'Mejju? Hija kważi ċertezza li l-Partit Laburista se jikseb maġġoranza komda f 'din il-lokalità. Minkejja dan jista' jkun li kkomparat mal-2013 l-istess partit jara tnaqqis fil-voti hekk kif dik ta' Mejju mhix elezzjoni ġenerali u allura mhux se tiddetermina min ikun fil-gvern. 'Malta għandha bżonnok' "MALTA għandha bżonn lil Alfred Sant. Alfred għandu l-esperjenza, dik it-tip ta' viżjoni li fil-Parlament Ewropew u f 'kull post iġib miegħu kull bniedem ta' esperjenza b'viżjoni tant kbira. Ħassejt li kelli noħroġ rasi u nitolbu pubblikament biex jagħmel dan il-pass. Kieku kellu jirtira nemmen li kien jitlef ħafna l-partit u jitlef ħafna l-pajjiż. Nemmen li x-xogħol tiegħu fil- Parlament Ewropew se jibqa' jkun imprezzabbli f 'isem pajjiżna. Alfred Sant ma għandu bżonn lil ħadd biex jitkellem dwar il-kwalitajiet tiegħu. Ngħid biss li ftit tax-xhur ilu tani battikata kbira biex nikkonvinċih biex joħroġ. Nirringrazzja lil dawk kollha li għenuni biex nagħmel dan." Hekk qal il-Prim Ministru Joseph Muscat lil Alfred Sant waqt t-tnedija uffiċjali tal-kampanja tiegħu Fiduċja f 'Malta – Għal Ewropa Soċjali. "Nirringrazzjah tal-ħidma siekta u bla waqfien fil- Parlament Ewropew. Jien naf l-interventi li jagħmel Alfred biex jiddefendi lil Malta, biex iddefenda lili personalment, biex iddefenda lill-Partit Laburista , u lil Malta fuq kollox." Il-Prim Ministru qal li l-ħidma fis-skiet ta' Alfred Sant hija importanti f meta s-soċjalisti u d-demokratiċi fl-Ewropa mhux jattiraw l-appoġġ tan-nies, minkejja li għandna problemi li ħoloq ħaddieħor. "Alfred jipprova jġib f 'sensihom dawk l-elementi biex is-soċjalisti Ewropej ma jinqatgħux minn man-nies, anzi jgħidihom biex jitkellmu fuq dak li jħossu n-nies sabiex nagħmlu d-differenza. Jien minn hawnhekk nawguralu minn qalbi." "Nawguralek ħafna snin oħra ta' ħidma – Malta għandha bżonnok," qal Joseph Muscat. Fl-intervent tiegħu, Alfred Sant qal li rridu naħdmu biex l-Ewropa issir aktar ħanina, li ssir Ewropa tal-ħaddiema, tax-xogħol, tal-anzjani u tal- pensjonanti. F'dawn l-aħħar snin il-kredenzjali tal-Ewropa naqsu, waqgħu lura. Issa s-soċjalisti u d-demokratiċi fl-Ewropa qed jerġgħu jaħdmu biex jagħtu nifs lill-Ewropa soċjali. "Nixtieqkom li tkunu magħna hemmhekk biex tassew nerġgħu nibnu Ewropa soċjali li tiddefendi liż-żgħażagħ u tiddefendi lill- ħaddiema." Alfred Sant qal li rridu niżguraw li nkomplu nibnu l-fiduċja tagħna f 'pajjiżna. "Jiena Malti qabel ma jien Ewropew. Irridu nżommu qawwija l-fiduċja f 'Malta – Malta tagħna, Malta li tiġi l-ewwel u qabel kollox. Fl-aħħar snin tqażżiżt nara kif sħabna hawnhekk jimminaw l-isem ta' Malta fil-Parlament Ewropew . Dawn qed jipprovaw jimminaw l-isem ta' Malta u allura hemm bżonn li nuru l-fiduċja tagħna f 'Malta kull fejn inkunu.". Alfred Sant saħaq dwar l-importanza li kulħadd jivvota fl-elezzjonijiet Ewropej lill-kandidati Laburisti kollha biex insaħħu l-vuċi Laburista fl-Ewropa. "Din se tkun l-aħħar elezzjoni li qed nieħu sehem fiha – u jaħti sieħbi hawnhekk li qiegħed fiha din il-ħaġa – se nkun qed nagħmilha bit-tempesta kollha li naf nagħmel jien ukoll," qal Alfred Sant. "Fil-Parlament Ewropew hemm ħafna ilpup lesti biex jimmassakkraw is-suċċess li qed tirreġistra Malta taħt it-tmexxija ta' Joseph Muscat. Propju għax hemm dawn l-ilpup li għandna bżonn lil Alfred Sant jiddefendina biex fih ikollna tarka vera ta' Malta u Għawdex." Raġel isofri ġrieħi gravi f 'inċident f 'Ħal Luqa NHAR il-Ġimgħa, għall- ħabta tas-18:50, il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident f 'Wesgħet il-Vittmi tal- Gwerra, Ħal Luqa. Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il- post, fejn minn stħarriġ preliminari illi sar, irriżulta li filwaqt li raġel ta' 25 sena kien qiegħed jagħmel xi xogħlijiet taħt xarabank din għal xi raġuni waqgħet fuqu. Għaldaqstant, fuq il- post issejħu membri mid-Dipartiment tal- Protezzjoni Ċivili kif ukoll tim mediku sabiex jassistu lill-vittma. Ir-raġel ittieħed immedjatament l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa fejn aktar tard huwa ġie iċċetifikat li qiegħed isofri ġrieħi ta' natura gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 'Malta għandha bżonn lil Alfred Sant fil-Parlament Ewropew.'

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 April 2019