Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1101646
9 Il-Ħadd 7 ta' April 2019 | illum jagħmlu dikjarazzjoni tal-assi wkoll X'qal ir-rapport Greco dwar dawn in-nies? Ir-rapport tal-Greco jsemmi numru ta' nies, forsi mhux b'isimhom imma bil-kariga. Dawn huma fost in-nies li jissemew u l-kuntest illi fihom issemmew: John Dalli: Ir-rapport jgħid illi l-pożizzjonijiet ta' fiduċja (Positions of Trust) ħafna drabi ngħataw lil nies, "involuti f 'kontroversji... inkluż kunflitti ta' interess, tixħim, favuri, nepotiżmu...u aktar." Hawnhekk huwa jsemmi lil John Dalli (mhux b'ismu imma bil- kariga) u jgħid illi wara allegazzjonijiet ta' tixħim mill-industrija tat-tabakk, Dalli kien appuntat konsulent speċjali għas- saħħa. Għalkemm dan mhu xejn ġdid, iż-żewġ fatti tpoġġew ħdejn xulxin biex jingħata l-eżempju. Franco Mercieca: Mercieca jissemma fil-parti tar-rapport illi fih qed jingħad li hemm bżonn li jkun aktar ċar l-irwol ta' politiku li jkollu wkoll irwoli privati. Isemmu l-każ ta' Mercieca u jfakkru kif dan ingħata permess biex ikompli xogħol ta' oftamoloġista, minkejja li kien Segretarju Parlamentari għall- Anzjanità Attiva u Diżabilità. George Hyzler: Hyzler jissemma bħala l-Kummissarju għall- Istandards Pubbliċi diversi drabi. Kif fil- fatt nistgħu naraw f 'dan l-artiklu, dan il-kummissarju jissemma bħala l-persuna li minn taħtu jeħtieġ jgħaddu id-dikjarazzjonijiet tal- assi, li hawnhekk qed ikun propost li jsiru lill- 'Persons of Trust' ukoll. Joseph Muscat: Il-Prim Ministru jissemma diversi drabi fosthom jingħad illi l-kontroversja dwar Egrant turi "l-inabilità tas-sistema tal-ġustizzja ta' Malta li taħdem b'informazzjoni jew talba għall-attenzjoni tal-pulizija, prosekuzzjoni jew maġistrat. Hawnhekk u f 'referenza għall-kwistjoni tal- Panama, ir-rapport jgħid illi l-Pulizija ma li fetħux każ minħabba li ma kienx hemm biżżejjed provi, "anke jekk ma kienx hemm dubju li l-kontijiet offshore kienu maħluqin f 'ċirkostanzi dubjużi," jgħid ir-rapport. Il-Kummissarju tal- Pulizija: Il-Kummissarju jissemma diversi drabi. Fosthom jingħad kif l-għażla tal-Kummissarju hija wisq fuq id- diskrezzjoni tal-Gvern u jipproponi li kriterji oġġettivi mibnijin fuq il-mertu għandhom jintużaw fl-għażla tal- Pulizija, minn fuq s'isfel. Joseph Muscat Franco Mercieca Il-Kummissarju tal-Pulizija John Dalli George Hyzler Tibgħatlu ultrasound ta' oħtha biex jemmen li kienet tqila mingħandu FILQORTI nstema' każ dwar kif negozjant Malti spiċċa kellu jagħti €20,000 lil studenta Ġermaniża li kellu relazzjoni magħha wara li heddidtu li se tikxfu ma' martu. L-istudenta Ġermaniża, li għanda 23 sena, tressqet il-Qorti akkużata li tat fastidju lir-raġel, li għamlet użu ħażin minn mezzi ta' komunikazzjoni u li anke kienet fil-pussess ta' gass tad- dmugħ. Fil-Qorti nstema' kif meta n-negozjant kien mat-tfajla l-Ġermanja, wara li sikru, din ħaditlu l-karta tal-bank u ġegħlitu jħallasha €15,000 jew inkella tikxfu mal-mara. Jidher li r-raġel għamel rapporti f 'Malta, bit-tfajla ġiet arrestata f 'Hugo's Hotel f 'Paceville wara li ġiet Malta u talbet lin-negozjant biex jixtrilha karozza ta' €60,000. It-tfajla heddidtu li jekk mhux se jagħmel dak li qed tordnalu kienet se tibgħat ritratti u filmati kompromettenti tiegħu lill- mara. Iżda apparti minn hekk, it- tfajla kien irnexxielha tieħu aktar flus mingħand in-negozjant wara li ġegħlitu jemmen li kienet tqila mingħandu u saħansitra bagħtitlu ritratt ta' ultrasound li kienet għadha kemm għamlet oħtha. It-tfajla ammettiet li l-ultrasound ma kienx tagħha. Il-vittma, li ismu la ssemma fil- Qorti u lanqas fl-akkużi, deher determinat li jaħbi l-identità tiegħu, tant li l-Avukat tiegħu, Joe Giglio, talab lill-Qorti tordna d-distruzzjoni tal-mowbajl li fih kien hemm ir-ritratti u l-filmati tar-raġel. L-Avukat tad-Difiża, Joseph Ellis, insista fil-Qorti li l-akkużata kkoperat mal-Pulizija u ddispjaċiha għal dak li wettqet u insista li kellha l-kondotta tagħha nadifa. Wara li l-Qorti kkunsidrat l-akkużi u anke l-fatt li l-akkużata ammettiet kmieni, sabet lit-tfajla ħatja u tatha sentenza ta' 18-il xahar ħabs sospiżi għal erba' snin. Ordnat ukoll li l-mowbajl tagħha jkun ikkonfiskat u jiġi distrutt.