Illum previous editions

ILLUM 7 April 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1101646

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 31

5 Aħbarijiet Il-Ħadd 7 ta' April 2019 | illum Minn Albert Gauci Cunningham u Yendrick Cioffi DAN huwa t-tielet artiklu illi fih din il-gazzetta qed tagħti ħarsa lura u xi ftit ta' ħarsa 'l quddiem lejn l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali. Għalkemm kull lokalità għandha storja differenti, ix-xejriet tal-aħħar tliet elezzjonijiet jagħtu indikazzjoni aktar ċara ta' fejn jinsabu u fejn probabbilment sejrin dawk il-lokalitajiet, politikament. Kull previżjoni qed issir fil-kuntest tar-riżultati elettorali fl-elezzjonijiet ġenerali u allura l-burdata politika fil-pajjiż. L-ILLUM tefgħet ukoll kull elezzjoni fil-kuntest ta' għażliet oħrajn fl-istess jum mal-elezzjoni lokali, jiġifieri jekk ma' dik l-elezzjoni lokali kienx hemm elezzjoni ġenerali, elezzjoni tal-Parlament Ewropew jew inkella referendum. Kull wieħed minn dawn, ġeneralment, iżidu n-numru ta' nies li jipparteċipaw f 'elezzjoni lokali. F'dan l-artiklu, il-gazzetta ILLUM qed tagħti ħarsa lejn l-aħħar grupp ta' lokalitajiet fin-naħa ta' isfel ta' Malta, kif ukoll dawn 'ta' wara l-mina' (iż- Żurrieq, l-Imqabba, il-Qrendi...) kif ukoll lejn is-Siġġiewi, aktar fit-Tramuntana tal-pajjiż. Hawnhekk inkomplu naraw il-kisbiet konsiderevoli tal-Partit Laburista, anke f 'lokalitajiet fejn il-PN kellu xi ftit ta' vantaġġ. Tkompli f 'paġni 6 u 7... Kunsilli Lokali: Dak li tilfu u dak li rebħu l-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista -aħħar snin l-lokalitajiet tagħna u l-previżjonijiet ta' dak li jista' jiġri f 'Mejju bbażat fuq ix- xejriet politiċi -aħħar tliet elezzjonijiet lokali... Kunsilli Lokali: x'ġara u x'jista' jiġri? (3) Ħal Qormi: iż-żewġ partiti jżidu l-voti iżda l-PL jiġri fuq quddiem Ħal Qormi hija lokalità fejn il-Partit Laburista dejjem kellu appoġġ qawwi. Anke jekk il-Partit Nazzjonalista żied il-voti fl-aħħar tliet elezzjonijiet lokali, il-Partit Laburista jibqa' jgawdi appoġġ b'saħħtu. Fl-2007, sena biss qabel l-elezzjoni ġenerali li rebaħ il-Partit Nazzjonalista, il-Partit Laburista rebaħ il-kunsill lokali b'distakk ta' 2,288 vot. Fil-fatt, dik is-sena, il-Partit Laburista rebaħ 5,429 vot, filwaqt li l-Partit Nazzjonalista ġab 3,141 vot. L-elezzjoni lokali li kien imiss f 'din il- lokalità kbira saret fl-2012, ukoll sena qabel elezzjoni ġenerali li din id-darba rebaħ b'maġġoranza kbira l-Partit Laburista. Il-Partit Laburista ma kellux problema biex iżomm f 'idu dan il-kunsill tant li żied il-voti u kiseb 5,947 vot filwaqt li l-Partit Nazzjonalista żied ftit ukoll biex kiseb 3,246. L-aħħar elezzjoni tal-kunsill f 'din il- lokalità saret mar-referendum tal-kaċċa tal- 2015 u jidher li dan wassal biex il-Qriema joħorġu aktar bi ħġarhom biex jivvutaw, tant li ż-żewġ partiti żiedu mhux ħażin fil-voti tagħhom. Fil-fatt, il-Partit Laburista żied 753 vot biex kiseb 6,700 vot, filwaqt li l-Partit Nazzjonalista żied 672 vot biex kiseb 3,918-il vot. Wieħed jistenna li meta x-xahar id- dieħel l-elezzjoni tal-kunsill se ssir ma' dik tal-Parlament Ewropew, aktar Qriema se joħorġu jivvutaw u x'aktarx li ż-żewġ partiti jżidu fil-voti tagħhom. Madanakollu meta wieħed jikkunsidra s-sondaġġi u d-distakk bejn il-partiti ta' 2,782 (tal-elezzjoni lokali tal-2015), il-Partit Laburista għandu rasu mistrieħa mill-belt Pinto. Is-Siġġiewi: distakk żgħir bejn il-partiti li jista' jiswa ħafna Is-Siġġiewi. L-unika lokalità fis-sitt distrett fejn il-Partit Nazzjonalista jista' jieħu ftit tan-nifs, iżda fejn jekk mhux se joqgħod attent, se jissogra li jitilfu wkoll. Bħal fil-każ ta' Ħal Qormi, l-aħħar tliet elezzjonijiet lokali f 'dan ir-raħal saru fl- 2007, fl-2012 u fl-2015, bid-distakk bejn il-partiti jonqos għal ftit voti biss. Fl-elezzjoni lokali tal-2007, li magħha ma saret l-ebda elezzjoni oħra, il-Partit Nazzjonalista rebaħ 2,486 vot filwaqt li l-Partit Laburista ġab 1,818 vot. Dan kien ifisser distakk ta' 668 vot bejn il-partiti. Fl-elezzjoni lokali tal-2012, li wkoll saret waħedha, il-Partit Nazzjonalista naqqas il-voti biex kiseb 2,325 filwaqt li l-Partit Laburista żied il-voti u kiseb 2,119. Dan ifisser li d-distakk kien ta' 206 voti biss. Fl-2015, id-distakk żdied għal 309 voti, forsi anke għax aktar Siġġiwin ħarġu jivvutaw mhux biss għall-kunsill lokali, iżda anke għar-referendum tal-kaċċa. Fil-fatt, iż-żewġ partiti żiedu mhux ħażin fil-voti. Il-Partit Nazzjonalista kiseb 2,902 voti, filwaqt li l-Partit Laburista kiseb 2,593 vot. Din is-sena, bħall-2015, x'aktarx li s-Siġġiwin ukoll se joħorġu aktar bi ħġarhom biex jivvutaw minħabba li l-elezzjoni tal-kunsill se ssir ma' dik tal- elezzjoni tal-Parlament Ewropew. Meta erba' snin ilu, aktar nies ħarġu jivvutaw, il-Partit Nazzjonalista żied il-voti u d-distakk. Madanakollu, wieħed ma jistax ma jinnotax li f 'dan ir-raħal, il-voti tal- Partit Laburista żdiedu f 'kull elezzjoni. B'distakk żgħir ta' 309 voti, u bil-PL li donnu dejjem qed jissaħħaħ, il-miżien jista' jxaqleb lejn kull naħa.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 April 2019