Illum previous editions

ILLUM 7 April 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1101646

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 31

Sports 28 illum Il-Ħadd 7 ta' April 2019 Elite Sports Triathlon Team jiddomina s-sezzjoni femminili tal-unur tat-Triatleta tas-Sena 2018 RIĊENTAMENT, saret il- premjazzjoni mill-Malta Triathlon Federation tal-atleta tas-sena. Din il-premjazzjoni saret iktar kompetittiva f 'dawn l-aħħar snin permezz ta' xi tibdil fil-mod ta' kif jingħataw il-punteġġi kif ukoll ta' kemm jingħataw premjijiet. It-tim 'Elite Sports Triathlon' li ilu stabbilit għal dawn l-aħħar erba' snin qed ikompli jikber u jattira iktar atleti ta' kwalità fi ħdanu, speċjalment fil-qasam tan-nisa. Fil-fatt it-tim indipendenti rnexxielu jikseb kemm l-ewwel u t-tieni post overall f 'din il- kompetizzjoni ta' punteġġi. Il- punti jinkisbu matul l-istaġun kollu tat-triathlon, fejn l-atleti jakkwistaw punti skont il- pożizzjoni fit-tellieqa li jieħdu sehem fiha. It-tlielaq li jkunu msejħa mill-federazzjoni tat- triathlon bħala kampjonat, hemm punti doppji x'tirbaħ, apparti titlu nazzjonali, u f 'dawn il- kompetizzjonijiet ikun hemm l-aħjar atleti ta' Malta jieħdu sehem. Fis-sena 2018, Lara Buttigieg kienet ippremjata bħala t-'Triatleta tas-sena' għall-ewwel darba fil-karriera tagħha, u ħadna ftit kummenti mingħandha, biex naraw xi jfisser dan ir-rebħ għaliha. "Dan il-premju kien ħolma minn mindu bdejt il-karriera tiegħi. Għalija, tfisser ħafna din is-sena għaliex għalkemm tellaqt kemm stajt, qatt ma tlift il-motivazzjoni u d-determinazzjoni biex noħroġ għat-taħriġ. Kienet sena ferm iebsa fi bnadi oħra ta' ħajti, iżda l-perseveranza fit-taħriġ tawni r-riżultati li ilni nfittex. Kuntenta illi dawn id-diffikultajiet ma ħallejthomx jaffettwaw lill-karriera tal-isport.'' Fit-tieni pożizzjoni bi ftit punti inqas minn Lara, ikklassifikat triatleta relattivament iżgħar u li għadha tibda l-karriera fit- triathlon, kategorija nisa 'open'. Din kienet Anjelika Ruggier, u l-istess, ħadna ftit kummenti mingħandha dwar xi tfisser din il-premjazzjoni għaliha. "It-taħriġ li kelli s-sena li għaddiet involva determinazzjoni kbira biex nibqa' konsistenti tul is-sena kollha. U r-riżultati huma l-fatti li juru dan. Ninsab kuntenta ħafna li t-taħriġ iebes li nagħmel qed jagħtini sodisfazzjon bir-riżultati li ksibt. Issa qed inħares 'il quddiem biex intejjeb il-prestazzjonijiet tiegħi fl-istaġun li jmiss." Marie Claire Aquilina ta' Team Greens tirrenja fi t-toroq Sqallin ĊIKLISTI Maltin qed ikomplu jagħmlu isem għalihom u għal Malta f 'kompetizzjonijiet internazzjonali. Din id-darba kienet Marie Claire Aquilina li tat prestazzjoni tajba biex tkun l-ewwel mara li spiċċat it- tellieqa tal-Grand Fondo Valle dei Vini, f 'Sambuca ġewwa Sqallija. Aquilina m'għandha bżonn l-ebda introduzzjoni u hija kkunsidrata bħala waħda mill-aqwa ċiklisti Maltin, li tirbaħ titoli kemm fil- mountain biking kif ukoll f 'avvenimenti taċ-ċikliżmu fit-toroq, lokalment u barra min Malta. It-tellieqa rat li Aquilina tingħaqad ma' madwar 700 ċiklista mill-Italja sa biex jieħdu sehem f 'rotta ta '44 kilometru, b'elevazzjoni ta xi 1,600 metru. Ir-rotta teknika rat 44% minnhab'tluħ vertikali li xi taqsimiet minnha kellhom tluħ 24%. 35% tar- rotta kienet tikkonsisti fi nżul tekniku. Ir-rotta rat li ċ-ċiklisti jħallu il-belt ta' Sambuca u jmorru lejn rotta b'tlajja' weqfin. Din kienet segwita minn serje ta' kurvi u toroq li jgħaddu minn ġo foresta tal-arżnu. Filwaqt li gawdew minn veduti spettakolari tal-Wied Belice, ir-rotta kompliet f 'serje ta' mogħdijiet u nżul wiesa'. Wara madwar 16km, niżla minn fuq l-art taż-żrar kienet segwita minn triq mgħamula mill-ħamrija. L-aħħar parti tar-rotta kienet bit- tarmak fejn ħadet iċ-ċiklisti f 'Sambuca. Malta kienet irrappreżentata wkoll minn Patrick Scicluna (FRM Team Sicilia), Mark Micallef (The Cyclist) u Justin Gauci (Mosta AF Sign Studio Cycling Club) li kollha marru tajjeb fil-klassijiet rispettivi tagħhom. L-impenn li jmiss għal dawn iċ-ċiklisti ser jkun it-tielet tellieqa tat-Trustmoore Cross Country National Points Series skedata li ssir f 'Selmun illum il-Ħadd 7 ta 'April. Għal aktar informazzjoni żuru s-sit elettroniku www.maltamountainbike.org. e Claire Aquilina ta' Team Greens tirrenja fi t-toroq Sqallin

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 April 2019