Illum previous editions

ILLUM 7 April 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1101646

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 31

27 Sports Il-Ħadd 7 ta' April 2019 | illum 'L-esperjenza tiegħi f'Barcelona kienet waħda pożittiva ħafna' - Liam Galea minn Cristian Antony Muscat LIAM Galea - fost l-aqwa plejers li pproduċa l-waterpolo lokali f 'dawn l-aħħar snin u li fl-aħħar xhur kellu esperjenza unika u ta' suċċess fi Spanja eżattament f 'Barcelona mal-BIWPA (Barcelona International Waterpolo Academy). Huwa jilgħab ma' Sliema u m'hemmx dubju li qed iħabbat il-bieb tat-tim nazzjonali mmexxi mill- kowċ ferm bravu u ħabrieki, Karl Izzo. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-waterpolo? L-ewwel darba kelli xi disa' snin, missieri li kien jilgħab ukoll, kien ħadni nipprova fis-sajf ma' Marsascala mal-kowċ Joe Sciortino mat-tim tal-under 12 dik il-ħabta. Però, wara dak is-sajf kont waqaft għax kont ippreferejt nilgħab il- futbol ma' Pembroke FC. Iżda kien reġa' bdieli xi sentejn wara meta darba kont il-pitch qed nara logħba taż-żgħar u minn hemm iddeċidejt li nerġa' nibda. Imbagħad kont mort ma' Exiles għal tliet staġuni fejn kont anki lgħabt mas-senior team fil-Premier League. Irrakkonta l-aħħar esperenza li kellek fi Spanja. L-esperjenza f 'Barcelona kienet waħda pożittiva ħafna. Hemmhekk kont nitħarreġ kull filgħodu mal-BIWPA (Barcelona International WaterPolo Academy), fejn ikolli għawm u teknika kif ukoll sessjoni gym. Filgħaxija mbagħad kien ikolli taħriġ mal-klabbs. Hemm kont nilgħab kemm fil-league tal-under 18 mal-klabb ta' CN San Feli kif ukoll mas- seniors team ta' CN Poble Noua fl-ewwel diviżjoni tal-Catalan league. Fiż- żewġ kampjonati mort tajjeb ħafna, ma' San Feliu spiċċajna fir-raba' post u kkwalifikajna għall- play-offs kontra klabbs ta' livell bħal Barceloneta, Barcelona, Sabadell u Terrassa. Fil-first division mat-tim ta' Poblenou għandi sodisfazzjon kbir għaliex irbaħna l-league wara staġun kumbattut ħafna sal-aħħar rawnd biex għelibna lill-klabbs ta' CN Vallirana u CN Rubi. Kienet esperjenza sabiħa ħafna li tipparteċipa ma' tim barra minn Malta u tkun parti mis-suċċess tagħhom. Żgur li nibqa' niftakar il-logħba qabel il-waqfa għal brejk tal-Milied fejn lgħabt kontra CN Banyoles u kellna bżonn rebħa biex nibqgħu fit-tieni post tal-klassifika wara t-tim ta' Rubi li kien tilef biss kontrina. Dik il-logħba rbaħna 13-10 fejn kont top scorer tat tim tiegħi b'erba' gowls. Jien sodisfatt ħafna li tajt sehmi lill-klabb ta' Poble Nou biex ilħaqna dan l-għan prestiġjuż. Il-livell tal-waterpolo fi Spanja kemm hu differenti minn dak f 'Malta? Fil-league tal under 18, il-livell huwa żgur aktar kompetittiv fejn iż-żgħażagħ Spanjoli kollha jissieltu għal posthom kemm mas- seniors team kif ukoll mat-tim nazzjonali. Kif rajna fl-aħħar European Championships li saru f 'Barcelona fis-sajf li għadda, il-livell tal- waterpolo fi Spanja huwa wieħed mill-aħjar bħalissa hekk kif dawn spiċċaw fit- tieni post wara li tilfu biss fil-finali kontra l-qawwa tas-Serbja. X'tikkummenta fuq ir- riżorsi (pixxina) li fihom titħarrġu u tilagħbu f 'Malta? Żgur li dan huwa aspett fejn f 'Malta għadna lura ħafna speċjalment wara l-esperjenza tiegħi fi Spanja fejn rajt li kull klabb għandu l-pixxina tiegħu u meta tqis li f 'Malta kulma hawn hija pixxina waħda għall- klabbs kollha aparti dik tan-Neptunes. Hemm bżonn ta' aktar riżorsi biex il-livell tal-plejers Maltin jitjieb. X'sagrifiċċji jinvolvi li tkun plejer tal-waterpolo? Il-waterpolo jinvolvi ħinijiet twal ta' taħriġ, kemm kmieni filgħodu kif ukoll tard filgħaxija ġieli minħabba raġunijiet ta' riżorsi. Bħala żagħżugħ, ġieli jkolli nagħmel sagrifiċċju li ma noħroġx ma' sħabi minħabba t-taħriġ jew xi logħob. Kif jirnexxilek tlaħħaq mat-taħrig, l-istudju u mal-waterpolo? Bħala student mhux faċli tlaħħaq peressli l-waterpolo jinvolvi ħafna taħriġ, trid tkun iddedikat u ddixxiplinat. Kif tiddeskrivi l-aħħar staġun tiegħek ma' Sliema kemm għalik personali u anki bħala tim? Fl-aħħar staġun jien lgħabt mas-Sliema under-17 u under-20 fejn spiċċajna fit-tieni u t-tielet post rispettivament. Kont naqra ddiżappuntat għaliex bit-tim li kellna, stajna morna aħjar. Jien lgħabt ukoll fil-first division ma' Ta' Xbiex li kienet esperjenza pożittiva. Qbilt mas-sistema tal- play-offs? M'iniex ċert jekk din is-sistema hijiex l-aħjar waħda għaliex jista' jkollok tim li matul il- logħob tal-istaġun ikun l-aħjar u jispiċċa fl-ewwel post, imbagħad ikollu logħba ħażina u jitlef biss fil-play-offs. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek ma' Sliema? Jien qed naspira li nieħu posti mas-seniors team tas-Sliema. Tixtieq u tqis li fil-futur tissejjaħ mill-kowċ Karl Izzo biex imbagħad tibda tifforma parti mit-tim nazzjonali Malti? Iva, jien qed naspira li nkun ukoll parti mit-tim nazzjonali tas-seniors mal-kowċ Karl Izzo, fejn jien diġà ffurmajt parti mit-timijiet nazzjonali tal-under 15, under 17 kif ukoll under 19. Għaddi messaġġ lil dawk it-tfal u żgħażagħ li bħalek jixtiequ jagħmlu karriera fil-waterpolo. Jiena ninkoraġġixxi ħafna lit-tfal u ż-żgħażagħ li jippruvaw l-esperjenza sabiħa ta' din il-logħba li lili personalment tagħtini ħafna sodisfazzjon kemm fl-aspett fiżiku kif ukoll dak soċjali. Jien nixtieq nirringrazzja lill-Malta Sport Scholarships għas- sostenn tagħhom f 'din l-esperjenza li dan id- dipartiment jagħti lil atleti bħali. Nirringrazzja wkoll lill-klabb tas-Sliema ASC kif ukoll lil dawk kollha li b'xi mod appoġġjawni speċjalment lill-ġenituri u l-familja tiegħi.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 April 2019