Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1101646
11 Intervista Il-Ħadd 7 ta' April 2019 | illum FTIT sigħat wara li ħa l-ġurament bħala l-għaxar President ta' Malta, il- gazzetta ILLUM poġġiet bilqiegħda ma' George Vella u tkellmet miegħu dwar dak li se jkun qed jaħdem fuqu. Il-President il-ġdid mill-ewwel jinsisti li mhux se jkun passiv iżda se jitkellem u jiġbed l-attenzjoni kull meta jkun hemm bżonn. "Biex noqgħod naqta' ż-żigarelli u daqshekk kont nippreferi nibqa' kwiet id-dar. Hemm sfidi u għanijiet li l-pajjiż jeħtieġ li jilħaq… Jiena se nipprova, fiċ-ċirkostanzi li jkun hemm, nagħmel dak li nista'," insista l-President. Il-President Emeritu Marie-Louise Coleiro Preca se tibqa' mfakkra għal xogħolha fil-qasam soċjali. Staqsejna lill- President il-ġdid x'jaħseb li se tkun il-karatteristika li se tiddistingwi l-Presidenza tiegħu. "Jien dejjem emmint fil- kontinwità… mill-banda l-oħra, kif għamilt aċċenn fid-diskors, irrid naħdem ukoll favur l-edukazzjoni, is-saħħa, is-sitwazzjoni tal-pensjonanti u l-għaqda nazzjonali," saħaq Vella. Kien hawn li tkellem dwar il-bżonn ta' aktar serenità u sigurtà fil-pajjiż u insista b'mod partikolari fuq il-prosperità, bil- President ma jomgħodx il-kliem u jinsisti li mhux kulħadd qed igawdi mill- ġid li qed joħloq il-pajjiż. "Dawn is-sentimenti soċjali li qed nitkellem fuqhom tħosshom, għax jien għomri kollu nitkellem man-nies u hekk beħsiebni nibqa' nagħmel. Kemm jista' jkun se nżomm Presidenza siekta. Mhux se nagħmel meetings jew nikkritika pubblikament imma se nitkellem u niġbed l - a t t e n z j o n i ta' min suppost jisma'", kompla l-President. 'Se nitkellem u niġbed l-attenzjoni…' Iżda staqsejna lill- President kemm iħossu komdu li jiġbed l-attenzjoni ta' dak il- Gvern li sa ftit xhur ilu kien għadu ministru tiegħu, b'Vella jfakkar li Coleiro Preca saret President meta kienet għadha ministru. "Bħalma ta' qabli kellhom il-kapaċità li jiddistingwu lilhom infushom mill- partit li kienu ġejjin minnu, nittama li anke jiena nkun kapaċi nagħmel hekk," insista l-President. Kien hawn li saħaq li bħala President iħoss li għandu dmir li jitkellem u jiġbed l-attenzjoni. "Jekk ikolli ilmenti mingħand il- pensjonanti li fl-opinjoni tiegħi huma ġġustifikati, jien se nipprova, li bil- kuntatti u bil-kelma t-tajba, nimbotta lill-awtoritajiet biex jirrimedjaw. 'Għandi nitkellem jekk nara l-pajjiż jitgħarraq taħt il-bini' Staqsejna lill-President jekk għandux xi proġett f 'moħħu u jixtieq li jwettaq matul il-ħames snin li ġejjin. Filwaqt li saħaq li għadu kmieni wisq, anke għax il-proġetti jkunu frott diskussjonijiet li l-President ikollu, bħala tabib ma naqasx milli jsemmi s-settur tas-saħħa. "Nagħtu ħafna attenzjoni lill-onkoloġija u l-kanċer iżda hemm kundizzjonijiet oħra li mhux jingħataw biżżejjed attenzjoni." L-istess fejn jidħol l-ambjent. Fi kliem Vella, il-President għandu jitkellem u juri t-tħassib tiegħu jekk jara li l-pajjiż "jitkisser u jitgħarraq taħt il-bini." Semma wkoll l-edukazzjoni u insista li bħala President għandu jassigura li tingħata edukazzjoni ħolistika liż-żgħażagħ biex jaħtfu l-opportunitajiet kollha li se jkollhom quddiemhom fil-futur. 'President mhux eżekuttiv ma jfissirx li joqgħod f 'bozza' "Iżda mbilli titkellem biss? M'intix President eżekuttiv," staqsejna lill- President Vella. "President mhux eżekuttiv ma jfissirx li hu President ġo bozza li jaqta' ż-żigarella jew jagħmel timbru fuq liġi," weġibna. Kien hawn li fakkar kif għalkemm il-kostituzzjoni hija vaga ħafna meta titkellem dwar l-irwol tal- President tar-Repubblika, matul iż-żmien il- President sar mhux biss il-ħarries tal-kostituzzjoni, imma anke serva ta' kumpass morali. "Il-kostituzzjoni titkellem li għandu jkun hemm laqgħat regolari bejn il-President u l-Prim Ministru u l-President u l-Kap tal-Oppożizzjoni," kompla jinsisti l-President waqt li indika li se juża dawn il-laqgħat biex jiddibatti u jiġbed l-attenzjoni. Tkomli f 'paġni 12 u 13 'Jiena m'iniex President tal-Maltin Kattoliċi biss' Il-gazzetta ILLUM tiltaqa' mal-President il-ġdid George Vella, ftit wara l-ġurament tal-ħatra. Titkellem miegħu dwar dak li jixtieq iwettaq f'dawn il-ħames snin, il- Konvenzjoni Kostituzzjonali, kwistjonijiet morali, il-poteri tal-President, il-Partnership u l-immigrazzjoni ycioffi@mediatoday.com.mt Yendrick Cio Nemmen li d-deċiżjoni tal-Oppożizzjoni kienet matura ħafna. Issa f 'idi biex inpatti lura għal dik il- duċja " "