Illum previous editions

ILLUM 7 April 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1101646

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 31

12 Intervista illum | Il-Ħadd 7 ta' April 2019 Tkompli minn paġna 11 Kien hawn li l-kliem waqa' fuq il-liġijiet, li wara li jgħaddu mill-Parlament ikun għad fadlilhom il- firma tal-President. Coleiro Preca kienet ipproponiet li l-President jingħata s-setgħa li jkun jista' jerġa' jibgħat liġi lura l-Parlament. X'jaħseb dwar dan? George Vella saħaq li filwaqt li jaqbel mal-ħsieb li wassal lil Coleiro Preca biex tagħmel din il-proposta, jiġifieri li l-President għandu jitkellem jekk jara li l-affarijiet sejrin f 'direzzjoni li mhuix togħġbu, mill-banda l-oħra insista li ma jaqbilx li l-President jaqbeż il-poter tal-Parlament. "Jekk il-Parlament ikun għamel id-dibattitu tiegħu, ikun għamel l-affarijiet kif suppost jagħmilhom, iddiskuta u ddeċieda, il- President ma jistax jibgħat liġi lura," insista Vella waqt li fakkar li dan hu xogħol il- Qorti Kostituzzjonali. Madanakollu, saħaq li dan bl-ebda mod mhu jżommu milli jitkellem jew jiġbed l-attenzjoni fejn iħoss li hemm bżonn. "Il-President mhux se jimponi…iżda jiena għandu jkolli s-saħħa li nitkellem f 'isem il-poplu." Kien hawn li l-President insista li aktar milli jibgħat liġi lura quddiem il- Parlament, iħoss li tista' ssir aktar influwenza waqt li qed issir liġi jew għaddej dibattitu dwarha, kif fil- fatt għamlet Coleiro Preca meta l-Parlament kien qed jiddiskuti l-liġi l-ġdida tal- IVF. "X'se jitlef il-President jekk jistieden żewġ Membri Parlamentari biex jitkellem u jiddiskuti magħhom ta' żewġ kollegi u ċittadini biex flimkien jaqsmu l-ideat?", staqsa Vella. U jekk quddiemu tiġi l-liġi dwar l-abort? X'se jagħmel? U x'jagħmel George Vella jekk quddiemu tiġi liġi li magħha assolutament ma jaqbilx? Vella saħaq li sakemm liġi ma tkunx tinkludi kwistjoni morali, il-President, anke jekk ma jkunx jaqbel kompletament, ma għandux ma jiffirmax Iżda jekk quddiemu għandu liġi morali, bħal pereżempju liġi li tippermetti l-abort? "Jekk quddiemi tiġi liġi dwar l-abort jien ma niffirmahiex u l-uniku triq tiegħi tkun li nirriżenja," dlonk wieġeb il-President. Mistoqsi jekk jasalx jagħmilha, Vella insista: "Bla dubju!" Ġaladarba tkellimna dwar l-abort, staqsejna wkoll lill-President Vella jekk almenu jaqbilx li jkun hawn diskussjoni u dibattitu dwar dan is-suġġett. "U żgur li għandu jkun hemm dibattitu. Jiena nemmen ħafna li għandna nagħmlu kampanja edukattiva qawwija fuq is- saħħa sesswali u riproduttiva maż-żgħażagħ… Jien ma għandi xejn kontra miżuri li wieħed bihom jilqa'. Kulħadd jifhem il-problemi psikoloġiċi li jgħaddu minnhom dawk li jsibu ruħhom f 'din is- sitwazzjoni. Imma l-abort mhix soluzzjoni," insista l-President. Kompla jisħaq li għall- kuntrarju ta' dak li fi kliemu jaħsbu ħafna fl-Ewropa, is- saħħa sesswali u riproduttiva ma tfissirx li wieħed għandu jkollu d-dritt li joqtol tarbija. "L-abort huwa purament qtil… jekk se tillegalizza l-abort qed tillegalizza l-qtil… Iżda biex teduka trid tiddibatti," tenna l-President. Tkellimna dwar il-fatt li l-partiti politiċi kollha fil-Parlament iddikjaraw ruħhom kontra l-abort, iżda l-President donnu mhux jeskludi l-possibbilità li matul it-terminu tiegħu jkun iffaċċjat b'deċiżjoni dwar l-abort. "Ma tistax tgħid. Il- pressjoni li hemm minn din l-Ewropa hekk imsejħa liberali hija kbira," weġibna Vella. Waqt li spjega li l-Unjoni Ewropea ma tistax timponi fuq Malta, fi kliem Vella, jista' jitqanqal "moviment," imbuttat minn interessi, fosthom ta' flus, minn entitajiet barranin. 'Li tkun ugwali tajjeb iżda mhux l-istess' Jekk liġi dwar l-abort tidher li għadha 'l bogħod, huwa kważi ċert li l-President George Vella se jkollu quddiemu għall- approvazzjoni liġi dar il-maternità surrogata li għal aktar minn darba, il-Ministeru għas-Saħħa kkonferma mal-ILLUM li qed jaħdem fuqha. Oriġinarjament, il- maternità surrogata kienet parti mill-abbozz ta' liġi li kien ressaq il-Gvern biex jemenda l-liġi tal-IVF u li George Vella kien iddeskriva bħala "travestija kompleta tal-etika, il-moralità u d-dinjità umana." Allura din il-liġi jiffirmaha? "Din hija xi ħaġa totalment differenti," qal il-President Vella waqt li insista li l-Gvern poġġa din il-liġi fuq l-ixkaffa u allura ma jħossx li għandu jkun hu li jqajjem dibattitu fuqha. "Hawn ma hawnx kwistjoni ta' qtil. Jekk xejn qed taġevola biex ikun hemm il-ħajja." Madanakollu, filwaqt li ma qalx jekk jiffirmax, insista li gvern ma jistax jagħmel liġi li tkun tapplika għal kulħadd. "Li tkun ugwali tajjeb iżda mhux l-istess," insista Vella. "Meta jinqala' d-dibattitu ejja niddiskutu. Jiena naqbel ma' dibattitu serju u infurmat. Dwar din ma hemmx kwistjonijiet morali, hija kwistjoni kkumplikata ħafna… imma mhijiex kwistjoni bħall-abort fejn tgħid le u daqshekk… hemm fejn wieħed jiddibatti." 'Irrid li r-riforma kostituzzjonali tkun miftuħa għal kulħadd' Qlibna d-diskors u tkellimna dwar il- Konvenzjoni Kostituzzjonali, li bħala President, George Vella se jkun qiegħed imexxi. Staqsejnieh jekk kellux laqgħat ma' Coleiro Preca li bdiet tmexxi l-kumitat li qiegħed iħejji għal din ir- riforma u meta se nkunu qed naraw l-ewwel riżultati. Il- President wieġeb li r-riforma Kostituzzjonali għadha fl-ewwel fażi tagħha, tant li fi kliemu, dan il-kumitat għadu sempliċiment qed jiġbor il- materjal. Tkellimna dwar it-tħassib ta' attivisti mis-soċjetà ċivili li ma qablux li l-President għandu jmexxi dan il- kumitat. Filwaqt li saħaq li hu jaf bit-tħassib tal- attivisti, insista li se jkun qed jassigura li dan il-proċess ma jkunx illimitat għall-politiċi. "Jiena rrid li dan ikun miftuħ kemm jista' jkun. NGOs, soċjetà ċivili, akkademiċi, individwi u kull min għandu x'joffri huwa milqugħ… Il-President mhux se jiddeċiedi hu. Se jiddeċiedu l-forzi pubbliċi," saħaq il-President. Kien hawn li l-President appella biex ir-riforma Kostituzzjonali ma ssirx bl-għaġla. "F'affarijiet bħal dawn trid tħaffef, iżda trid tkun prudenti u kawt ħafna," insista Vella. "Trid tara li dan il-proċess jingħata l-ħin u l-ispazju kollu biex fl-aħħar, il-prodott finali jkun aċċettat minn kulħadd." 'Ma għoġbitnix l-idea li ma mmexxix il-Konvenzjoni Kostituzzjonali' Staqsejna lill-President il- ġdid jekk hux minnu li qabel aċċetta l-Presidenza ried ikun ċert li jkun hu li jmexxi r-riforma u dan wara li f 'intervista mal-MaltaToday, Coleiro Preca kienet qalet li tinsab f 'diskussjonijiet mal-Prim Ministru biex tibqa' tmexxi l-Konvenzjoni Kostituzzjonali. "Nitkellem id-dritt. Jiena dik ma għoġbitnix. Kelli d-dritt kollu li ngħid li ġaladarba l-President huwa l-ħarries tal-Kostituzzjoni allura għandu jmexxiha l-President attwali," wieġeb Vella. Madanakollu insista li hu ma daħalx fiha u kien il-Prim Ministru li tkellem mal-President Coleiro Preca. "Qbilna li hi tieħu f 'idha l-Fondazzjoni tal-President għall-Ġid tas-Soċjetà u anke l-President's Trust iżda fuq din il-kwistjoni jiena qatt ma ddiskutejt magħha," kompla Vella. "Vera bdietha hi, iżda kulħadd jibda xi ħaġa u jkompliha ta' warajh." 'Jiena mhux President tal- Maltin Kattoliċi biss' Marbuta ma' din ir- riforma, semmejna xi punti lill-President u staqsejnih x'jaħseb dwarhom. L-ewwel nett, jaqbel li t-titneħħa r-referenza tar-reliġjon Kattolika bħala t-twemmin tal-istat? Il-President la wieġeb iva u lanqas le. Wieġeb biss li ma jixtieqx ikun kategoriku fuq kwistjonijiet bħal dawn. "Trid tara x'inhuma l-opinjonijiet tal-maġġoranza u forsi raġunijiet varji li jien ma nkunx qiegħed narahom," spjega. "Tinsiex li llum, is-soċjetà tagħna, hija magħmula minn nies ta' twemmin differenti u oħrajn li ma jemmnux. Jiena tlabt lill-Arċisqof biex għall-quddiesa jkun hemm preżenza ta' mexxejja oħra reliġjużi. Jiena mhux President tal-Maltin Kattoliċi biss." 'Kont aktar seren meta sirt naf li l-Oppożizzjoni se jappoġjawni' U jaqbel ma' dak li qalet il-Kummissjoni Venezja, jiġifieri li l-President jingħata aktar poteri biex ma jibqax jaġixxi dejjem fuq il-pariri tal-Prim Ministru? L-ewwel nett Vella fakkar li l-Gvern diġà qal li jaqbel ma' ħafna mir-rakkomandazzjonijiet u li wħud minnhom diġà bdew Jekk quddiemi tiġi liġi dwar l-abort jien ma nirmahiex u l-uniku triq tiegħi tkun li nirriżenja " " UE: 'Kieku llum nikkampanja favur, Ma jiddispjaċini xejn li kkampanjajt favur il-Partnership " "

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 April 2019