Illum previous editions

ILLUM 7 April 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1101646

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 31

13 Intervista Il-Ħadd 7 ta' April 2019 | illum favur, iżda xorta hemm riservi' jiġu indirizzati waqt li wera x-xewqa li l-awtoritajiet ma jkaxkrux saqajhom f 'dan ir- rigward. Madanakollu fakkar li jekk il-President se jingħata aktar poter, dan se jkollu jiġbed aktar l-appoġġ popolari. "Allura se naslu li nibdew neleġġu l-President?" staqsa Vella. Mill-banda l-oħra, saħaq li huwa jaqbel li l-President ikun elett jew ikun jista' jitneħħa b'maġġoranza kkwalifikata tal-Parlament. "Qabel aċċettajt mija fil-mija, ridt indikazzjoni li se jkun hemm kunsens min-naħa l-oħra u li almenu se nġib żewġ terzi tal- Parlament. Wara kont ħafna aktar seren," saħaq Vella. Filwaqt li jaqbel ma' din il-proposta, wissa wkoll dwar il-periklu li biex jintlaħqu ż-żewġ terzi, jispiċċa jintgħażel xi ħadd meta jkun hemm aktar nies kompetenti minnu. "Hemm bżonn nimmaturaw... Nemmen li d-deċiżjoni tal-Oppożizzjoni kienet matura ħafna. Issa f 'idi biex inpatti lura għal dik il-fiduċja." 'Ma jiddispjaċini xejn li kkampanjajt favur il- Partnership' Mal-President Vella ma stajniex ma nitkellmux dwar il-passat politiku tiegħu, fosthom dwar il-fatt li fi żmien il-Gvern ta' Alfred Sant, kien il-ministru responsabbli mill-iffriżar tal- applikazzjoni ta' Malta għas- sħubija fl-Unjoni Ewropea u anke kkampanja favur il- Partnership. Illum kif iħares lejn l-Unjoni Ewropea? Il-President Vella saħaq li ma jiddejjaqx jgħid li eventwalment ċertu biżgħat li kellu l-Partit Laburista seħħew, iżda min-naħa l-oħra ġew opportunitajiet ġodda għal Malta. Mistoqsi jekk dan ifissirx li l-Oppożizzjoni Laburista ma kinitx qed tara l-istampa kollha, George Vella wieġeb fin-negattiv u insista li għall-kuntarju tal-Gvern li kien ikkampanja aktar fuq il-ħolma Ewropea, l-Oppożizzjoni, b'Alfred Sant li kien aktar tekniku, analizzat kull settur. 'Anke meta dħalna fl-ewro. Skont Alfred Sant u jiena naħseb naqbel miegħu, stajna dħalna fi żmien differenti, għax il-valur tal-lira mal-ewro kien ikun aħjar f 'ċertu żmien," saħaq George Vella. "Fl-2008, Lawrence Gonzi tbażwar biex żamm l-ekonomija miexja… ma ninsewx li kellu x'jaqsam l-ewro wkoll." Madanakollu insista li jekk ipoġġi kollox fuq il-miżien, ma jiddejjaqx jgħid li l-bilanċ kien wieħed pożittiv u faħħar il-ħidma tal- gvernijiet li fi kliemu dejjem utilizzaw l-opportunitajiet li ġabet l-Unjoni Ewropea. "Il-politika tinbidel. Jiena niftakar nies bħal Tony Blair li kkampanja kontra u sar l-aktar bniedem favur l-Unjoni Ewropea li kien hemm fl-Ewropa," kompla jinsisti. Allura staqsjenieh jekk dan ifissirx li jiddispjaċih li kien ikkampanja favur il-Partnership iżda hu kien skjett u wieġeb: "Ma jiddispjaċini xejn." Għall- kuntrarju ta' dak li kien qallu Guido de Marco, Vella insista li ma nħeliex żmien. "Min se jistudja dak iż-żmien se jara li tajna l-massimu tad-dibattiti fuq il-midja u fl-aħħar rebħet ir- rieda tal-poplu. Id-dibattiti li għamilna, kienu kollha validi fuq iż-żewġ naħat… Stajna għamilna xi ħaġa differenti. Stajna għidna: 'Naqblu iżda għandna dawn ir-riservi'." Mistoqsi kif jikkampanja kieku r-referendum kellu jsir illum, George Vella wieġeb li jikkampanja favur iżda xorta jibqa' jitkellem fuq riservi, fosthom minħabba l-kwistjoni tal-federaliżmu. "Jekk isseħħ l-armonizzazzjoni tat- taxxa, l-ekonomija Maltija ma tiħux gost. L-istess l-immigrazzjoni. Kieku konna waħedna xorta kien ikollna l-problema tal- immigrazzjoni, iżda ma konniex inkunu marbuta bir-regolamenti ta' Dublin u oħrajn," saħaq il-President huwa jispjega dawn ir- riservi. "Mill-banda l-oħra tajna ħafna opportunitajiet liż-żgħażagħ tagħna u nfetħu ħafna t-toroq għan-negozju." Kien hawn li Vella saħaq li bi Brexit Malta se titlef alleat u kien għalhekk li appella lill-pajjiż biex iżomm saqajh mal-art u jżomm għajnejh miftuħa. "Bħal kull ħaġa oħra għandha l-pożittiv u n-negattiv tagħha." L-esperjenza tal- President fil-politika internazzjonali… Vella serva għal aktar minn darba bħala Ministru għall-Affarijiet Barranin. Staqsejnieh kif bħala President se juża din l-esperjenza li kiseb fil- politika internazzjonali. Wieġeb li f 'dawn is- snin kiseb ħafna kuntatti u fi kliemu dan żgur se jżommhom fil-but biex jużahom għall-ġid tal-pajjiż kull fejn ikun hemm bżonn. "L-ewwel u qabel kollox irid ikollna l-istabbilità, is-sigurtà u l-paċi interna biex inkunu kredibbli meta nitkellmu ma' pajjiżi oħra," saħaq Vella. "Minn hemm inkunu nistgħu nkomplu ntambru fuq l-irwol kruċjali ta' Malta fil-Mediterran, fuq ir-relazzjoni tagħna mal-Afrika ta' Fuq u anke nenfasizzaw li rridu niftħu għajnejna għal dak li se jkun il-kontinent Afrikan fil-futur, kontinent li dejjem qed jiżviluppa, bit-tajjeb u l-isfidi li se jġib miegħu." Kompla jisħaq li hemm problemi oħra, inkluż dawk fil-Lvant Nofsani u oħrajn u li fi kliemu Malta tista' titkellem fuqhom b'ċertu awtorità għax għall-kuntrarju ta' pajjiżi b'ekonomiji kbar, ma għandhiex interessi. 'Tkellimt u se nibqa' nitkellem fuq il-kummerċ tal-armamenti' U dwar l-immigrazzjoni, kif jista' juża din l-esperjenza tiegħu? Il-kliem reġa' waqa' fuq l-Afrika, bil-President jisħaq li dan il-kontinent mhuwiex it-theddida li ħafna jassoċjawha miegħu. "Jekk dan il-kontinent jiżviluppa, dan se jkun magna ekonomika kbira," saħaq Vella. Apparti l-Afrika, fejn għandek immigrazzjoni minħabba l-faqar, il- President fakkar li hemm immigrazzjoni li ġejja minn pajjiżi oħra mifnija bil- gwerer. "Jiena din l-aktar li tinkwetani għax qed inġibuha aħna b'idejna bil- kummerċ tal-armamenti. Qed inrewħu l-ġlied… Ħares lejn dak li ġara fil- Jemen, f 'Bengażi u fis-Sirja. L-għajnuna umanitarja ma tasalx, imma l-armamenti u l-bombi jaslu… L-ammont enormi ta' armamenti joħloq ukoll is-saħħa ta' gruppi para-militari u terroristiċi," temm jisħaq il-President Vella li ddikjara li tkellem u beħsiebu jibqa' jitkellem dwar dan. George Vella

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 April 2019