Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1101646
Sports 30 illum | Il-Ħadd 7 ta' April 2019 Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn l-arti marzjali partikolarment il- kickboxing? Ilu ftit mhux ħażin dan li qed issemmi! Bħal ħafna żgħażagħ kont nilgħab il-futbol. Ħabib tiegħi kien joqgħod ħdejn ommi u kien ħajjarni nibda l-arti marzjali. Dak iż-żmien kont indoqq is-saxophone mal- banda wkoll. Dan il-ħabib kien sejjer fil-klabb tal-kickboxing u tħajjart immur miegħu ħa nara x'jinvolvi dan l-isport. Dak iż-żmien ma kienx hemm faċilitajiet bħal tal-lum. La kien hemm tapit u lanqas apparat li llum tarah kullimkien. Niftakar li l-ewwel kowċ tiegħi kien Barry Cilia. Imxejt minn hemm u wara li s-sur Cilia mar l-Ingilterra sibt kowċ ieħor fejn komplejt niżviluppa l-ħiliet tiegħi. X'inhi d-differenza bejn boxing u kickboxing? Bħalma taf, il-boxing tuża l-idejn biss filwaqt li fil-kickboxing tuża kemm idejk kif ukoll saqajk. Anke l-pożizzjoni ta' kif toqgħod waqt ġlieda mhix l-istess. B'hekk il-qagħda ta' boxer u kickboxer hija differenti. Fil-verità meta wieħed ikun qed jipprattika l-kickboxing irid joqgħod b'seba' għajnejn il-ħin kollu għax hu jkun qiegħed jattakka b'erba' armi, par idejn u par saqajn. Int il-fundatur tal-klabb YingYang fil-Fgura. Kemm rajtu jikber bħala klabb f 'dawn l-aħħar snin? B'kollox ili għal dawn l-aħħar 22 sena ngħallem. Qatt ma naf li waqaft ġimgħa jew xahar. Dejjem bqajt għaddej. Niftakar li kont bdejt nħarreġ lill-atleti fis-sala tal-iskola primarja tal-Fgura. F'dan iż-żmien kont għadni żgħir u kont nieħu sehem fil-kompetizzjonijiet tiegħi personali. Illum hemm iktar opportunitajiet. Dejjem kelli t-tir li ngħallem u hekk ngħidilhom lill-atleti żgħażagħ tagħna. Aktar ma beda għaddej iż-żmien irnexxieli wkoll nikseb xi kuntatti ma' xi promoturi minn barra minn Malta wkoll. Kien żmien ukoll fejn kont nitħarreġ ma' Adrian Axisa u fejn irnexxieli wkoll inġib iċ-ċintorin l-iswed. Bdejt anke nitħarreġ il-judo biex intejjeb aktar il-potenzjal tiegħi. Iż-żmien għadda u llum m'għadnix nikkompeti iżda ngħallem gruppi u anke b'mod individwali. Għandi żewġ klassijiet kuljum u tista' tgħid li ddedikajt ħajti għal dan l-isport. Għamilt ħafna sagrifiċċji u dejjem kelli ħolma. Din kompliet tikber u issa qed inġib ukoll lejn pajjiżna fighters professjonali. Komplejt nimraħ anke barra l-Ewropa tant li mort ukoll f 'pajjiżi bħall-Awstralja, l-Iran u l-Ġappun sabiex nagħti ċans lill-atleti li jiġu għandi li jikkompetu kontra avversarji ta' livell. It-talent Malti qed jiġi espost lejn dawn il-postijiet u nħossni ferm sodisfatt li qed inwettaq l-objettivi li tant ħdimt għalihom. Illum il-ġurnata għedt li m'għadekx tikkompeti. Iżda x'tippreferi l-iktar li tkun atleta jew li tkun kowċ? Ifhem il-ħajja ta' atleta fiha ħafna sagrifiċċji u għandek persentaġġ qawwi fejn trid tkun dedikat għal dan l-isport jekk verament trid tirnexxi. Trid anke tbiddel l-istil ta' ħajja tiegħek. Bħala kowċ għandek responsabbiltà kbira lejn l-atleta li tkun qed tressaq għall-kompetizzjoni. Ġieli billejl noqgħod naħseb x'għandi nagħmel biex intejjeb it-teknika tal-istudenti tiegħi. Jiġifieri xi rrid ngħidlek jien? M'hemm l-ebda rwol li hu eħfef mill- ieħor għax it-tnejn fihom tagħhom. Kif irnexxielek iġġib lill-aħwa Petrosyan f 'Malta? Kollox beda meta Daniel Zahra kien ikkompeta fil-belt ta' Turin fis-sena 2015. Petrosyan kellu kompetizzjoni hemmhekk. Il-kowċ tiegħu Belġjan kien ħabib tiegħi. Dakinhar Petrosyan kien rebaħ il-kompetizzjoni. Kellimtu u ħajjartu jiġi Malta. Hu aċċetta bil-qalb kollha u kien onorana bil- preżenza tiegħu. Kien irnexxielek iġġib anke lil Stephane Cabrera li hu l-president ta' World Kickboxing Network. Iva hekk hu. Wara li dħalna fil-World Kickboxing Network, dak iż-żmien infetħu aktar bibien għal pajjiżna. Daniel Zahra kien ikkompeta u mar il-Portugall fejn deher ukoll fuq l-istazzjon televiżiv sportiv Eurosport. Minn hemm komplejna nsaħħu l-kuntatti mal-WKN u wasalna biex inġibu lil Stephane Carbrera f 'pajjiżna matul is-sajf li għadda. Madankollu, nixtieq inżid li Adrian Axisa kien il- moħħ ewlieni biex Cabrera jkun jista' jiġi Malta. Qed nara ħafna interess min-nisa li mhux biss qed jipparteċipaw iżda wkoll qed imorru tajjeb ukoll. Iva naqbel miegħek. Atleti bħal Diane Schembri u Celeste Galea qed ikomplu jiżviluppaw it-teknika tagħhom u qed iġibu riżultati ferm tajbin lejn pajjiżna. Il-livell fin-nisa qed jogħla ġmielu. Diane ħadet sehem f 'turnament fir-Repubblika Ċeka fejn tilfet fis-semi-finali. In-nisa li jiġu jitħarrġu għandi jkollhom diversi għanijiet. Hemm min jiġi hawn biex jirqaq, oħrajn biex jieħdu pjaċir u jistrieħu mill-istress tal-ħajja. Hemm min jiġi sabiex ikollu l-grading. Fl-aħħar avveniment tal- Isportivi Nazzjonali li saru dan l-aħħar kellna l-ewwel mara li ġiet nominata. Kien ta' sodisfazzjon għalija li wasalna s'hawn. Dan l-aħħar qed jiftħu aktar skejjel tal-boxing u kickboxing. Int tarahom bħala kompetituri jew inkella hija xi ħaġa pożittiva? Ifhem jien meta jiftħu skejjel oħra nieħu pjaċir. Jien naraha bħala kompetizzjoni ta' ħbiberija u għaċ- ċokon ta' pajjiżna hi xi ħaġa pożittiva li jkollna aktar timijiet. Bħalissa hawn madwar 10 skejjel miftuħin f 'Malta u dan ifisser li dan l-isport qed ikompli jikber. Min-naħa tiegħi, jien għadni għaddej bil-korsijiet tant li mort Venezja u ġibt diploma. Kull meta nipprova xi korsijiet dejjem nitgħallem xi ħaġa ġdida. Kont fil-lista mal-aqwa kickboxers tad-dinja u ħadt pjaċir ukoll li ħadt unur f 'Jum il-Fgura. Dan jagħmilni kuntent u konxju li qed nagħmel xogħli sewwa. Int wieħed mill-imħuħ wara l-avveniment Gladiators Fight Night. Dan kollu qed jiġġenera ħafna interess tant li l-attendenzi qed ikunu numerużi. Iva jien wieħed mill-imħuħ wara dan l-avveniment. Fl-2004 bdejt nagħmel xi promozzjonijiet ma' Adrian Axisa u kelli anke lil Isaac Chetcuti jgħinni wkoll. S'issa wasalna għat-22 waħda u dejjem qed narana nikbru. Issa għandi wkoll lil Niclas Elfstedt bħala sieħeb ta' dawn l-avvenimenti. Ġibna atleti minn ħafna pajjiżi u kulħadd qed jinduna li qed norganizzaw xi ħaġa serja u professjonali wkoll. Kif immorru fihom bħala kickboxers? L-ewwel u qabel kollox jien nagħżel Missier il-kickboxing f 'Malta Cristian Antony Muscat Noel Mercieca - meqjus bħala l-missier tal-kickboxing f 'Malta hekk kif kien il-moħħ wara l-qawmien u s-suċċess ta' diversi kickboxers żgħażagħ f 'Malta. Fl-2018 kien ukoll nalist għall-unur tal-Kowċ tas-Sena -Għażliet Sportivi Nazzjonali. Meta jiġu ġenituri għandi l-ewwel u qabel kollox ngħidilhom sabiex it-tfal tagħhom ikunu għal qalbhom hawnhekk. Ikun hemm min jimbuttahom iżda huma jkunu jridu jiġu " " Kburi ngħid li kien hemm tfal xi ftit enerġetiċi jew kif jissejħu bl-Ingliż hyperactive, li bis-saħħa tal-kickboxing illum qed jikkontrollaw lilhom infushom. Oħrajn li sofrew minn bullying u jew li kellhom imġiba ħażina marru għall-aħjar b'dan l-isport. " "