Illum previous editions

ILLUM 7 April 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1101646

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 31

15 Il-Ħadd 7 ta' April 2019 | illum Aħbarijiet ...Tkompli minn paġna 1 DIN il-gazzetta staqsiet lil Bonnici jekk il-Gvern huwiex qed jippjana li jintroduċi din il-proposta, b'Bonnici jgħid li l-Gvern "se jevalwa kull wieħed mit-23 suġġeriment tar-rapport. Nistudjawhom u nanalizzawhom bir-reqqa, kif wara kollox il- Greco stess tagħtina parir nagħmlu. U dan nagħmluh biex inkomplu nimplimentaw il- bidliet għall-avvanz ta' Malta." Ifakkar illi l-Greco għandha mekkaniżmu illi permezz tiegħu tkun tista' ssegwi liema proposti kienu attwati mill-pajjiż u liema ma kinux. "Pereżempju dan huwa l-ħames rapport, ir-raba' kien ikkritika l-fatt li ma kellniex Att dwar l-Finanzjament tal-Partiti. Issa dan aħna bħala Gvern wettaqnieh." Il-gazzetta tistaqsi lil Bonnici jekk il-Gvern eventwalment hux se jgħid ma' liema proposti tal-aħħar rapport tal-Greco jaqbel. "Hemm prijorità ewlenija u din mhix il-proposta dwar il-Persons of Trust," sostna l-Ministru Bonnici li kompla jgħid li bħalissa l-prijorità hija l-metodu tal-ħatra tal-ġudikanti, kif ukoll l-irwol tal- Avukat Ġenerali. Dwar l-irwol tal-Avukat Ġenerali l-Gvern diġà ħabbar li se jkun qed inaqqas il-poteri tiegħu biex dan ma jibqax Prosekutur Ġenerali. 'Se nanalizzaw il-proposti bir- reqqa, kif tatna parir il-Greco' Franco Debono bi twissija ċara lill-membri tal-Kummissjoni li jikxfu informazzjoni Sorsi jgħidu lil din il-gazzetta illi Franco Debono tilef appell quddiem il-Kummissjoni għall- Amministrazzjoni tal-Ġustizzja. Mal-ILLUM Franco Debono jwieġeb u jwissi... ...Tkompli minn paġna 1 SORSI differenti li tkellmu ma' din il-gazzetta żvelaw illi Franco Debono, f 'nofs Marzu li għadda, tilef appell li kien qed jinstema' quddiem il-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja. Każ, ifakkru s-sorsi, li jmur lura għas- sena 2011 meta l-stess Kummissjoni kienet sabet lil Debono ħati ta' disprezz lejn il-Qorti, akkuża li sa issa Debono għadu jinnega bil-qawwi. Il-Kummissjoni kienet immultatu €700 u sussegwentement Debono appella. Debono kellu kuntatt ma' assistent ta' Maġistrat fejn talab li każ ikun diferit għax kien ma jiflaħx, liema talba kienet irrifjutata mill-Qorti. Jidher illi kien hemm skambju ta' kliem f 'argument bejn din l-assitent u Debono. Minkejja l-informazzjoni dwar dan l-eżitu, f 'kuntatt ma' din il-gazzetta, l-avukat popolari kien skjett u ċar fi kliemu meta saritlu mistoqsija għall-konferma. "Mhux veru u ma rridx nikkumenta u nfakkar illi l-proċeduri tal-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal- Ġustizzja huma sigrieti." L-Avukat Debono iżda ma jiqafx hemm u jwissi lil dawk illi qed joħorġu informazzjoni mill- Kummissjoni, fosthom lill-midja. "Min joħroġ informazzjoni minn hemmhekk qiegħed jesponi lill-membri kollha tal- Kummissjoni għad-danni." Ftit ġimgħat ilu, Debono mhux biss sploda kontra Joseph Muscat, meta allega li Egrant hija fil- fatt tiegħu jew ta' xi ħadd qrib tiegħu, imma kompla jiftaħ kontra l-Avukat ta' Joseph Muscat u membru tal-istess Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal- Ġustizzja, Pawlu Lia li qed imexxi l-libell ta' Muscat fuq il-każ 'Egrant'. Debono kellu differenzi ma' Lia, liema differenzi għamilhom pubbliċi. Tant hu hekk, li l-eks Deputat Nazzjonalista kien talab għar-rikuża tiegħu u akkużah b'kattiverija. "Qatt ma ltqajt ma' raġel kattiv daqsu," kien sostna Debono. Mal-ILLUM Debono baqa' jinsisti biss li ma jirrispondix dwar il-każ innifsu, li jgħid illi mhux vera u mhux se jikkumenta kif ukoll reġa' qal li min joħroġ informazzjoni sigrieta minn ġol-Kumissjoni jkun qed jimmina l-Kummissjoni u jesponi lill-membri għad- danni. L-Avukat Franco Debono jitlef appell, imma hu jgħid li mhux vera u jwissi Il-Ministru Bonnici waqt il-konferenza illi fiha ħabbar bidliet fl-irwol tal-Avukat Ġenerali ...Tkompli minn paġna 1 HU kkonferma li fil-fatt kellu jispjega lill-Arċisqof illi skont il-protokoll huma l-Membri Parlamentari li joqogħdu quddiem u jingħataw preċedenza u ħaddieħor wara, kif qagħad l-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona meta kienet qed tieħu l-ġurament Marie-Louise Coleiro Preca. It-tnejn min-nies li kellmu lil din il-gazzetta sostnew illi għal mument l-Arċisqof kien saħansitra qed jgħid li se jitlaq 'il barra, iżda jidher li l-ispjegazzjoni tal-Iskrivan tal-Kamra kienet biżżejjed biex kollox imut hemmhekk. Is-sala tal-Gran Kunsill, nhar il-Ħamis, intużat bħala l-post fejn tlaqqgħet seduta tal-Parlament illi matulha George Vella ħa l-ġurament bħala l-għaxar President ta' Malta. Kellu jintervjeni l-iskrivan tal-kamra Kartolina ta' għeluq snin Peter Caruana Galizia tispiċċa għand il-Pulizija KARTOLINA ta' għeluq snin Peter Caruana Galizia, ma kellhiex l-effett li suppost ikollha kartolina, anke jekk bagħathielu Matthew; ibnu stess. Din il-gazzetta tinsab infurmata li l-envelop li fih kien hemm il- kartolina mibgħuta minn Matthew Caruana Galizia, qajmet suspett hekk kif ma kinitx tinħass lixxa u hekk kif Caruana Galizia ma kienx jaf x'fiha u min bagħatha. Assistit mill-avukat tiegħu, kif tinsab informata l-ILLUM, Caruana Galizia ħa l-envelop għand il- Pulizija bil-biża' illi fih kien hemm xi ħaġa mhux normali. Il-Pulizija tal-għassa ma fetħux dan l-envelop u għaddewh lill-esperti. Malli nfetaħ mill-Pulizija bl- apparat biex jagħmlu dan b'kawtela, irriżulta li fl-envelop kien hemm kartolina li malli tiftagħha jitla' vapur tal-karti. Is-sorsi li tkellmu ma' din il- gazzetta qalu illi għalkemm l-inċident seta' deher farsesk, "turi wkoll f 'liema stat ta' paranoja u biża' tinsab din il-familja wara l-qtil ta' Daphne Caruana Galizia."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 April 2019