Illum previous editions

ILLUM 7 April 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1101646

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 31

Sports 25 Il-Ħadd 7 ta' April 2019 | illum minn Cristian Antony Muscat KARL 'Dunda' Micallef - fost l-aqwa plejers li pproduċa l-futbol Spanjol f 'dawn l-aħħar snin u li riċentament iddebutta mat-tim nazzjonali tal-kbar proprju fil-konfront tant mistenni kontra Spanja. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol? Writtha mill-familja speċjalment minn missieri u ħuh li jiġi z-ziju tiegħi. U xi tgħidli dwar l-esperjenza ma' Ħamrun Spartans? Esperjenza sabiħa immens. Nilgħab u dejjem nitjieb fl- abbiltà tiegħi. U fuq il-kowċ Giovanni Tedesco? Giovanni Tedesco għalija huwa wieħed jekk mhux l-aqwa kowċ li hawn f 'Malta. Il-grinta u l-passjoni li għandu lejn il- logħba qed tgħinna b'dawn ir-riżultati tajbin Ħassejtu xi tip ta' transizzjoni bħala Hamrun Spartans meta nbidel il-kowċ matul is-sajf li għadda? Ovvjament tħossha l-bidla. Meta nbidel il-kowċ, ċerti plejers inbidlu u qisek bla ma trid terġa' tibda kollox mill-bidu. Int lgħabt ukoll mat-tim nazzjonali Malti ta' taħt il- 21 sena. X'inhi l-esperjenza tiegħek meta tirrappreżenta lil pajjiżek speċjalment wara l-aħħar riżultati pożittivi li ksibtu bħala tim? Esperjenza li ma ninsa qatt. Konna vera sfortunati fil-bidu imma fl-aħħar żewġ logħbiet irnexxielna niksbu rebħa ta 2-1 kontra l-Ungerija kif ukoll draw ta' 1-1 kontra Ċipru. Kemm tgħallimt mill-kowċ Silvio Vella? Mill-kowċ Silvio Vella, irnexxieli nitgħallem ħafna bħala plejer kif ukoll bħala dixxiplina fil- karattru. Nitkellmu dwar l-istaġun s'issa ta' Ħamrun Spartans. X'taħseb dwar dak kollu li wrejtu matul dan l-istaġun s'issa? Dis-sena s'issa wrejna li kapaċi nagħtu logħba lil kulħadd. Kwalunkwe tim qed jurina rispett għax jafu li qegħdin b'saħħitna Taqbel mal-format ta' 14-il tim fil-Premier? Jiena kieku għalija 10 timijiet aħjar milli 14 għax b'hekk ikun iktar akkanit bħala kampjonat. Taqbel li hemm differenza ta' livell bejn it-timijiet ta' fuq u dawk ta' taħt? Ovvjament li jkun hemm ċerta differenza mit-timijiet ta' fuq għat-timijiet ta' taħt għax ta' fuq għandhom iktar plejers professjonali kif ukoll finanzjarjament huma iktar b'saħħithom. Niġu issa għall-kwistjoni tal-plejers barranin fil- Kampjonat BOV Premier. Taqbel mal-proposta li saret li jkun hemm 11-il plejer barrani f 'tim? Le ma naqbilx li jkun hemm 11-il barrani fil- Premier. Ma naqbilx għax il- plejers Maltin ser ikollhom inqas ċans jilagħbu u anke l-livell tat-tim nazzjonali ħa jinżel. Taħseb li l-barranin li qed jiġu mhux dejjem qed ikunu ta' livell ikkomparati mal- plejers Maltin? Naqbel li l-plejers barranin li qed jiġu mhux dejjem qed ikunu ta' livell. Hawn timijiet jippreferu jġibu barrani li jkun ta' kwalità medja minflok jilagħbu żagħżugħ promettenti jew plejer Malti u dik ma naqbilx magħha. Kemm int kuntent bil- grawnds fejn tilagħbu l-logħob tal-kampjonat Premier? Bħala grawnds f 'Malta għad hemm ħafna xogħol xi jsir. L-uniċi żewġ grawnds għalija li tista' tgħid huma professjonali huma Ta' Qali National Stadium kif ukoll is-Centenary Stadium. X'taħseb dwar il-kontroll tar-referis matul dan l-istaġun sa issa? Ġieli ma naqbilx mad- deċiżjonijiet li jieħdu, imma fl-aħħar mill-aħħar ikollok tbaxxi rasek u toqgħod għad-deċiżjonijiet tagħhom. X'inhuma s-sagrifiċċji li plejer tal-futbol irid jagħmel sabiex ikun tajjeb? Hemm ħafna sagrifiċċji li plejer tal-futbol irid jagħmel jew jimxi magħhom. Trid tkun impenjat għat-taħriġ, dixxiplina, toqgħod lura minn ikel u xorb żejjed u fl- aħħar mill-aħħar irid ikun ix-xogħol tiegħek. Kif jirnexxilek tlaħħaq mal- istudju tieghek fl-MCAST u mal-futbol? Inlaħħaq għax inqasam ħini tajjeb, nippjana l-ġurnata ta' kuljum u nipprova nibbilanċja bejn studju, taħriġ u familja. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol? Fil-futur nixtieq li nsib opportunità biex immur nilgħab barra minn Malta u ovvjament li nkompli nissejjaħ b'mord regolari mat-tim A tan-nazzjonal. Riċentament, int iddebuttajt mat-tim nazzjonali proprju fil- konfront kontra Spanja. X'fisser għalik dan il-fatt? L-ewwel ħaġa nixtieq nirringrazzja lill-kowċ Ray 'Żażu' Farrugia u lill-kowċ Branko Nisevic talli tawni ċ-ċans biex niddebutta mat-tim nazzjonali Malti. Ovvjament ninsab kuntent ħafna għax waħda mix- xewqat tiegħi saret realtà iktar u iktar li ddebuttajt kontra Spanja. Nixtieqek tgħaddi l-aħħar messaġġ lil dawk it-tfal u żgħażagħ li qed jaqraw din l-intervista u li bħalek jixtiequ jagħmlu karriera ta' suċċess fil-futbol. Nixtieq ngħidilhom biex qatt ma jaqtgħu qalbhom u jekk vera tixtiequ li taslu xejn ma jiġi b'xejn imma trid tkun int li taħdem għaliha! Karl 'Dunda' Micallef -aqwa tiegħu

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 April 2019