Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1101646
Sports 31 Il-Ħadd 7 ta' April 2019 | illum li nġib kickboxers barranin tajbin u ta' ċertu livell. Għandi reputazzjoni li ġieli jkunu aktar mil-livell tagħna iżda minkejja kollox dejjem morna tajjeb. Jien nemmen li jekk atleta jrid jitjieb irid jeħodha kontra min hu aqwa minnu mhux ta' inqas livell minnu. Kemm titkellem ma' Isaac Chetcuti? Nitkellem miegħu kważi kuljum. Isaac issa għandu l-kariga ta' president tal-MKBA u jaħdem ħafna sabiex jara li din l-assoċjazzjoni tkompli tikber. Din l-istess għaqda ġiet rikonoxxuta minn Sport Malta u qed tħallas lir- rebbieħa sabiex jikkompetu barra minn Malta. Il-fatt li int suldat u tikkowċja l-kickboxing tgħinek xi ftit rigward dixxiplina? Tgħinni ħafna fil-verità. Fit-tfulija tiegħi wkoll kont imdorri b'ċertu dixxiplina minħabba li missieri kien strett fuqi. Anke l-ewwel għalliem tiegħi Barry Cilia kien dixxiplinat. Fl-istess ħin ngħid li l-armata għenitni ħafna sabiex inkun bniedem dixxiplinat u li nkun responsabbli tiegħi nnifsi. Issa ser nagħlaq 24 sena bħala suldat u s-sena d-dieħla nirtira mis-servizz wara 25 sena. Anke fl-armata ngħallem ukoll u jekk inħallat dan ix-xogħol mal- isport li nħobb toħroġ riċetta tajba ta' dixxiplina u responsabbilità. Il-kickboxing jinvolvi injuries? Semmili sport fejn ma jkunx hemm injuries! Madankollu ngħid li l-kickboxing huwa sport li għandu inqas ċans li l-individwu jweġġa'. B'xorti tajba ma tantx kelli atleti li sofrew xi injuries serji. Wara kollox jien nagħfas ħafna fuq il-prevenzjoni fil-gym fejn nitħarreġ. Inħambaq ħafna li kull kickboxer ikollu l-faxex u l-apparat kollu neċessarju bħal headguards u chestguards. Dan nagħmluh sabiex naċċertaw l-aqwa prevenzjoni possibbli minn kull inċident li jista' jinqala'. Nixtieqek tgħaddi messaġġ lill-ġenituri li qed jaqraw din l-intervista. Meta jiġu ġenituri għandi l-ewwel u qabel kollox ngħidilhom sabiex it-tfal tagħhom ikunu għal qalbhom hawnhekk. Ikun hemm min jimbuttahom iżda huma jkunu jridu jiġu. Jien nemmen li importanti li tkun kapaċi tiddefendi lilek innifsek. Kburi ngħid li kien hemm tfal xi ftit enerġetiċi jew kif jissejħu bl- Ingliż hyperactive, li bis-saħħa tal- kickboxing illum qed jikkontrollaw lilhom infushom. Oħrajn li sofrew minn bullying jew li kellhom imġiba ħażina marru għall-aħjar b'dan l-isport. Għandi anke nies ta' 60 sena li qed jiġu hawn sabiex iġibu l-kunfidenza fihom infushom. Fl-aħħar nett ngħid li l-kickboxing huwa sport sabiħ li jekk tagħmel ħafna impenn fih kapaċi jagħtik ħafna lura. Minn hawn nixtieq nirringrazzja lill- assistenti tiegħi - Terence Cilia, Daniel Zahra u James Flores. Huwa meqjus bħala l-missier tal- kickboxing f 'Malta. Huwa l-moħħ wara l-qawmien u s-suċċess ta' diversi kickboxers żgħażagħ f 'Malta. Fl-2018 kien ukoll nalist għall- unur tal-Kowċ tas-Sena -Għażliet Sportivi Nazzjonali. NOEL MERCIECA