Illum previous editions

ILLUM 7 April 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1101646

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 31

illum | Il-Ħadd 7 ta' April 2019 Aħbarijiet 8 'Persons of Trust' għandhom jagħmlu Din il-ġimgħa ħareġ ir-rapport Greco dwar Malta. Imma dawn il-55 paġna x'jgħidu eżatt? X'jikkritikaw? Lil min jikkritikaw? U x'qed jipproponu? IRRAPPORT Greco qed jappella lill-Gvern Malti sabiex iwessa' l-kunċett tad- dikjarazzjoni tal-assi lil hinn mill-politiċi u fost dawk in- nies l-aktar qrib ta' ministru, inkluż 'Persons of Trust.' Bħalissa d-dikjarazzjoni tal- assi, u allura dak li persuna għandha bħala flus, proprjetà, investiment, ishma u ħafna iktar, issir biss mill-Membri Parlamentari kollha. Din issir għall-fini ta' trasparenza u biex ikun assigurat jew imnaqqas iċ- ċans ta' kunflitt ta' interess. Ir-rapport Greco jappella biex il-mekkaniżmu tad- dikjarazzjoni tal-assi ikun estiż "lil persuni li huma fdati b'funzjonijiet eżekuttivi, inkluż 'Persons of Trust' li huma assoċjati mal-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijet tal-ministru." Ir-rapport jgħid ukoll illi dawk kollha li jagħmlu dikjarazzjoni tal-assi għandhom jgħadduha lill-Kummissarju għall- Istandards Pubbliċi u li jkun fiha wkoll id-dikjarazzjoni tal-assi ta' mart/żewġ il-persuna pubblika, għalkemm din tal- aħħar mhux neċessarjament issir pubblika. Id-dikjarazzjoni tal-assi, jgħid ir-rapport, għandha tkun online. Ir-rapport ifakkar illi kif inhuma l-affarijiet illum, jekk politiku jagħmel dikjarazzjoni falza jew inkella ma jagħmilx dikjarazzjoni jew iħalli informazzjoni barra ma jkunx ippenalizzat. Id-dokument ta' 55 paġna jinsisti illi d-dikjarazzjonijiet ta' dawk qrib il-Ministru u b'responsabilitajiet eżekuttivi għandhom ikunu suġġetti għal sorveljanza effettiva u proattiva mill-Kummissarju tal- Istandards Pubbliċi. Jipproponi wkoll iżda illi f 'każ fejn id- dikjarazzjonijiet ma jkunux korretti jew preċiżi l-uffiċjal ikollu jiffaċċja "sanzjonijiet effettivi u proporzjonati." SEJĦA GĦAL SPAZJU TA' UFFIĊĊJU (Rif. MJCL/MPU/37/2019) Il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali se jkun qed jilqa' offerti għall-kiri ta' spazju għall-użu ta' uffiċċju fil-lokalità tal-Belt Valletta, il-Furjana, Blata l-Bajda, Hamrun, Msida, Pieta u G'Mangia. Informazzjoni addizjonali tista tinkiseb minn: https://justice.gov.mt/en/ministry/tenders Id-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-offerti hi l-Ġimgħa 3 ta' Mejju 2019 sa nofsinhar MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI C M Y CM MY CY CMY K Office Space Ad.pdf 1 05/04/2019 10:45 X'jgħid ir-rapport dwar il-Kummissjoni Nazzjonali kontra l-korruzzjoni? Ir-rapport tal-Greco ma tantx jagħżel kliem sabiħ dwar il- Kummissjoni Nazzjonali kontra l-Korruzzjoni li qalet illi fil- kuntest, lokali, kurrenti m'hemm ebda valur miżjud għal din il-Kummissjoni. "Huwa għalhekk mhux sorprendenti illi t-tentattivi tal- Kummissjoni Nazzjonali kontra l-Korruzzjoni kienu negliġibbli," jgħid ir-rapport. Ifakkar illi minkejja li l-Kummissjoni ilha teżisti mill-1988 u ppresediet 428 investigazzjoni, "jidher illi bilkemm kellha suċċess fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni għax mhux ċar jekk qattx tressaq xi ħadd il-Qorti fuq bażi ta' rapport tal- Kummissjoni." Ifakkar illi l-għoti jew il-kisba ta' informazzjoni mill-Kummissjoni hija illegali, tant illi ħadd mill-Kummissjoni ma seta' jagħti informazzjoni lil dawk li kienu qed jiktbu r-rapport. "Għalhekk din l-istituzzjoni ma tistax tkun pubblikament kontabbli minkejja l-irwol ċentrali tagħha fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni." Ir-rapport jinsisti li s-sistemi ta' investigazzjoni kriminali u ta' prosekuzzjoni għandhom ikunu riformati biex ikunu aktar effettivi. Tgħid fil-fatt illi minħabba nuqqas ta' struttura li tista' tkopri l-korruzzjoni "ħafna każi kontra PTEFs (Persons Entrusted with Top Executive Functions) jeħlu fi stadju kmieni fil-proċeduri kriminali." B'hekk il-Greco qed tirrakkomanda li tkun irriformata s-sistema ta' investigazzjoni kriminali u sistema ta' prosekuzzjoni skont il- linji identifikati mill-Kummissjoni ta' Venezja, billi l-prosekuturi jingħataw irwol ċentrali. Interessanti u aktar importanti huwa li l-Greco qed jappella biex ikun ċar għall-qafas investigattiv illi inkjesta jew investigazzjoni jistgħu jkunu bbażati fuq suspett raġonevoli u ma jkollhomx bżonn evidenza li hija mogħtija lilhom. Din mhux dejjem issir. Kif jgħid ir-rapport u kif fil-fatt beda jsir, il-Gvern qed jadotta l-proposti tal-Kummissjoni Venezja. 'U x'qalu dwar il-Libertà tal- Informazzjoni? F'demokrazija li qed taħdem kif suppost ikollok id-dritt tal- espressjoni, imma wkoll id-dritt tal-informazzjoni biex inti tkun fil-libertà tiddeċiedi u tifforma opinjoni. Ir-rapport jgħid li nstab illi f 'Malta l-aċċess għall-informazzjoni "hija kwistjoni problematika" u nnutat li dan kien partikolarment fil-każi tas-settur tal-enerġija f 'dak li jirrigwarda tenders pubbliċi u nuqqas ta' informazzjoni. Hawnhekk iddur fuq dak magħruf bħala l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni (Freedom of Information Act). Tgħid illi dan l-Att jagħmel eċċezzjonijiet ta' meta informazzjoni ma tistax tingħata u jinsisti li dawn huma wisq vagi u mifruxa fl-iskop u jagħti eżempji; 'dokumenti li jaffetwaw l-interessi finanzjarji jew ta' proprjetà tal- awtoritajiet pubbliċi' u 'dokumenti interni.' Il-Greco qed jirrakomanda illi l-Att dwar il-Libertà tal- Informazzjoni jkun suġġett għal analiżi indipendenti kif ukoll li l-eċċezzjonijiet ikunu aktar speċifiċi. agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham 'L-appoġġ politiku jieħu preċedenza fuq l-infurzar ...' Ir-rapport jinsisti li ħa kont ta' kontroversji varji illi saru partikolarment relatati ma' kuntratti tal-Gvern. Ir-rapport jgħid li hemm numru ta' nuqqasijiet li jeħtieġ ikunu investigati. Fosthom isemmi kif l-awditjar tal-kuntratt tal-fornitura tal-gass dam għaddej tliet snin qabel imbagħad jgħid illi "hemm perċezzjoni f 'Malta illi l-appoġġ politiku ħafna drabi jieħu preċedenza fuq l-infurzar tal-liġi u l-interess ġenerali." 'Bżonn li l-Korp tal-Pulizija jkun newtrali biex jirbaħ lura l-fiduċja' Ir-rapport jidħol fuq is-suġġett tal-Pulizija diversi drabi. Imma hemm punt partikolarment interessanti u dan huwa dwar ir-relazzjoni bejn il-Pulizija u l-informazzjoni li tingħata. Jgħid illi hemm akkużi fil-konfront tal-pulizija illi huma ineffettivi u ubbidjenti lejn il-Gvern. "Waħda mir-raġunijiet hija n-nuqqas ta' informazzjoni li hija miftuħa għall- pubbliku dwar azzjoni li tkun possibilment ittieħdet dwar suspetti minn uffiċjali u membri tal-Gvern li jkunu involuti f 'korruzzjoni jew azzjonijiet illegali." Il-Greco tipproponi illi jsiru eċċezzjonijiet għall-projbizzjoni tal-komunikazzjoni mal-pubbliku fuq każ li qed ikun investigat mill-pulizija u biex ikun hemm miżuri għal politika dwar il-komunikazzjoni mill-pulizija. Il-Greco qed tipproponi li jkun hemm strateġija kontra l-korruzzjoni fil-Korp tal-Pulizija "biex tkun irrestawrata l-fiduċja pubblika fil-Korp permezz ta' regoli effettivi, sistemi bbażati fuq il-mertu, indipendenza operazzjonali u newtralità politika." Pulizija Whistleblowers Intant proposta interessanti hija dik illi permezz tagħha l-Greco qed tipproponi li pulizija li jirrapporta att skorrett jew korrott għandu jingħata l-protezzjoni. Fil-fatt dan mhux qed iseħħ bħalissa hekk kif pulizija li jirrapporta pulizija ieħor ma jistax jibqa' anonimu. Il-Greco tgħid li din is-sitwazzjoni tagħti l-impressjoni li l-Att dwar il-Whistleblowers ma japplikax għall-pulizija.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 April 2019