Illum previous editions

ILLUM 7 April 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1101646

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 31

10 illum | Il-Ħadd 7 ta' April 2019 Aħbarijiet Minn Yendrick Cioffi FTIT ħin qabel mal-President George Vella wasal il-Belt Valletta għall-Pontifikal ta' qabel il-ġurament, infetħu bibien is-sema u bdiet nieżla xita bi qliel, iżda dan ma qatax qalb folla mdaqqsa li nġabret biex issellem lill-President il- ġdid quddiem il-Kon Katidral ta' San Ġwann. Il-gazzetta ILLUM kienet preżenti u tkellmet ma' wħud minn dawk li sfidaw ix-xita u nġabru bl-umbrelel f 'idejhom mal-barrikati quddiem il-Kon Katidral ta' San Ġwann. Fost dawn, iltqajna ma' anzjan li rħielha lejn il-Belt mhux biss biex isellem lill-President il-ġdid iżda lill-eks kumpann tiegħu tal-iskola. "Lill-President il-ġdid jiena nafu ħafna għax kien l-iskola miegħi," qalilna b'ċertu sodisfazzjon. "Minn meta kien żgħir kien raġel fuq l-irġiel u bniedem twajjeb ħafna. Kburi li nista' ngħid li l-President huwa l-ħabib tiegħi." Oħrajn, ħassew li kellhom jattendu biex aktar milli jsellmu lill-President, jirringrazzjaw lit-tabib Vella, li fi kliemhom dejjem sabiħ kull meta jkun hemm bżonn. "Jiena nafu ħafna għax minn Ħal Għaxaq u ħdimt bih bħala tabib. Tabib tajjeb ħafna u tar- ruħ," qaltilna anzjana oħra li magħha daħħlet lin-neputijiet biex jesperjenzaw l-ewwel ġurament ta' President. Ngħiduha kif inhi, ma kienx hemm in-nies li mlew il-Belt Valletta daqs dakinhar li ħadet il-ġurament Marie-Louise Coleiro Preca, forsi anke minħabba li t-temp ma tantx ippermetta, iżda l-ftit persuni li attendew kollha kemm huma kellhom kliem ta' tifħir għall- President il-ġdid u ma kinux kollha Laburisti. "Malta dejjem kellha Presidenti tajbin u ċert li George Vella se jkun President tajjeb ukoll," qalilna anzjan ieħor li ftaħar dwar il-fatt li hu jiftakar il-Presidenti kollha li kellha Malta. Oħrajn ma nesewx is-servizz li George Vella ta lin-nazzjon tul iż-żmien li hu qatta' fil- Parlament, b'mod partikolari bħala Ministru tal-Affarijiet Barranin. "Ċerta li se jkollna President tajjeb kif dejjem kellna. Nafu kemm wettaq xogħol tajjeb anke bħala Ministru u din il-kariga kienet tixraqlu," qalulna żewġt iħbieb Beltin li telgħu quddiem il-Kon Katidral apposta biex jaraw lil George Vella. Jistkennu taħt il-loġoġ fi Pjazza San Ġwann kien hemm grupp ta' rġiel li mal-ILLUM insistew li l-Gvern ma setax għażel lil xi ħadd aħjar biex jieħu post Marie-Louise Coleiro Preca. X'jixtiequ li jwettaq il-President Vella? Apparti minn hekk, l-ILLUM staqsiet lil dawk preżenti x'jawguraw lill-President il-ġdid, b'ħafna jirreferu għall-ħidma li wettqet il-President Emeritu Coleiro Preca u jittammaw li l-President Vella jkompli fuq il-passi tagħha u jaħdem l-aktar ma' dawk li huma fil-bżonn. "Naħseb diffiċli jaħdem aktar minn kemm ħadmet Marie- Louise Coleiro Preca," qaltilna waħda minn dawk preżenti waqt li faħħret ix-xogħol kollu li wettqet il-President Emeritu fl-aħħar ħames snin. "Imma r-raġel kapaċi ħafna." Madanakollu kien hemm ħaġa li spikkat u li dwarha tkellmu kważi dawk kollha li kkummentaw ma' din il- gazzetta. Jixtiequ li l-President il-ġdid jaħdem ħafna favur l-għaqda nazzjonali, xi ħaġa li hu tkellem dwarha ftit tal-ħin wara fl-ewwel diskors tiegħu u li reġa' insista dwarha fl-ewwel intervista tiegħu mal-ILLUM. Fil-fatt, marbuta ma' dan, ħafna insistew magħna li l-President tar-Repubblika għandu jkollu aktar poter biex ikun jista' jitkellem u jiġbed l-attenzjoni meta l-affarijiet fil- pajjiż ma jkunux sejrin tajjeb. Dwar dan, il-gazzetta ILLUM, staqsiet lill-President George Vella li jidher li l-esperjenza twila tiegħu fil-politika mhux se tħallih b'idejh fuq żaqqu jew b'sarima ma' ħalqu u kif stqarr ma' din il-gazzetta, lest jitkellem u jiġbed l-attenzjoni fuq dawk l-oqsma li l-aktar jolqtu n-nies. Aktar dwar dan fl-intervista mal-President il-ġdid f 'paġni 11, 12 u 13. L-ILLUM titkellem ma' dawk li s daw il-maltemp mhux biss biex isellmu lill-President il-ġdid, iżda biex jirringrazzjaw lil dak li kien it-tabib tagħhom. X'jixtiequ li jwettaq George Vella f'dawn il-ħames snin? 'Ġejt mhux biss insellem President ġdid iżda anke lil ħabib antik tal-iskola' Uħud minn dawk li sfidaw il-maltemp biex isellmu lill-President fosthom ħabib tiegħu tal-iskola Aktar persuni li ħarġu biex isellmu lill-President Il-merħba li rċieva l- President fiż-Żejtun

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 April 2019