Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1146451
Minn Liam Carter DIN il-ġimgħa l-Parlament, b'mod unanimu, approva l-proġett ta' riġenerazzjoni tal-korsa taż-żwiemel fil- Marsa. Issa li l-korsa se tkun qed tgħaddi f 'idejn il-privat b'konċessjoni ta' 65 sena, l-ILLUM tkellmet mas- Segretarju Parlamentari għaż- Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat Clifton Grima u staqsietu diversi mistoqsijiet fuq ir-riġenerazzjoni tal- korsa taż-żwiemel fil-Marsa u dwar proġetti oħra tas-Segretarjat fosthom it-trakka tal- karozzi. Meta mistoqsi dwar fiex wasal ix- xogħol fuq din tal-aħħar, Grima kien pront jisħaq illi, 'ix-xogħol jinsab fi stadju avvanzat. Jiena meta ħadt ir-responsabbiltà bħala Segretarju Parlamentari responsabbli mill-isport, kelli diversi pjanijiet għal proġetti varjati fuq numru ta' dixxiplini differenti. Nifhem li jkun hemm min jistaqsi dwar il-proġetti marbuta mal-isport tiegħu, iżda ta' min jinnota li għall- ewwel darba fis-settur tal- isport għandna programm elettorali li qed jiġi mwettaq u anzi mmorru oltre minn dak imwiegħed." Skontu, it-track record tax-xogħol tal-Gvern u s-Segretarjat jikkonferma li l-Gvern se jasal sabiex it- trakka tal-karozza ssir realtà. "Ix-xogħol miexi b'ritmu mgħaġġel. Bħal m'għamilna fil-każ tal-korsa taż-żwiemel, ma daqqejniex it-trombi għal kull pass li konna qed nagħmlu tul il-proċess. L-istess fil-każ tat-trakka għall-karozzi, meta tiġi ffinalizzata nippreżentaw il-pjanijiet," saħaq Grima. Ma' din il-gazzetta Grima esprima s-sodisfazzjon tiegħu li l-proġett tal-Marsa li kien ilu numru ta' snin ippjanat se jkun fl-aħħar qiegħed jiġi attwat. "Minn stat ta' abbandun din il-faċilità sportiva se terġa' tieħu ħajja ġdida, se jkollna trakka ta' prestiġju u li tagħmel ġieħ lill- isportivi lokali li tant jiddedikaw ħin għal dan l-isport." Żied jgħid illi b'dan il-proġett mhux biss se jkun qiegħed jagħmel ġieħ lid-dilettanti iżda se jkun qiegħed jgħin biex tiġi riġenerata medda ta' art li għal żmien twil kienet mitluqa fin-Nofsinhar ta' Malta. Lis-Segretarju Parlamentari staqsejnieh ukoll fuq il- preokupazzjoni pubblika dwar il-parkeġġ li se jkun qiegħed jittieħed f 'dan il-proġett ta' riġenerazzjoni, jiġifieri dak tal-bus terminus ta' Ħal Qormi. Huwa spjega illi, "din diġà kienet xi ħaġa importanti waqt il-pjanijiet tal-proġett, aħna se nkunu qegħdin nagħmlu parkeġġ ta' 200 karozza u apparti minn hekk se nagħmlu terminus ta' tal- linja integrat taħt l-art," qal Grima. Waħda mill-isfidi f 'dan il-proġett żgur li kienet in- nuqqas ta' qbil tal-Malta Polo Club li f 'rapport separat, aktar kmieni dan ix-xahar, ilmenta li ma kienx ġie kkonsultat fuq it-tibdiliet li se jġib dan il-proġett. Mistoqsi fuq din l-affari, Grima spjega li l-klabb tal- Malta Polo se jkollhom tlett ijiem fil-ġimgħa ddedikati għall-isport tagħhom. Apparti minn dan se jkunu jistgħu jużaw iż-żona fil-bqija tal-ġranet basta ma jkunux f 'konflitt. Fl-istess waqt, huwa qal li jekk il-konsorzju jkun irid juża dik iż-żona jrid jibgħat lill-klabb tal-Polo 12-il ġimgħa qabel. "Se nagħtu żona ta' 190 metru kubu għal club house, liema spazju hu diġà identifikat bl-opportunità wkoll li jekk fil-futur jikkomerċjalizza l-post, iħallas nofs il-prezz tas-suq. Mhux nuqqas ta' qbil kien hemm, iżda aktar kalma u bonvolonta għaliex fil-Parlament qbilna fuq kull klawżola proposta bejn iż-żewġ partijiet," temm jgħid is-Segretarju Parlamentari Grima. 11 Aħbarijiet illum | Il-Ħadd 21 ta' Lulju 2019 Pożizzjoni tista' tkun kofinanzjata minn Fondi Ewropej/Fondi Bilaterali EU FUND SUPPORT OFFICER Qed jintlaqgħu applikazzjonijiet għall-pożizzjonijiet ta' EU Fund Support Officer fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza. L-applikant għandu jkun fil-pussess ta' kwalifika rikonoxxuta f'Livell 5 tal- MQF fl-Accounting, Business Management jew Banking jew kwalifika professjonali kumparabbli. L-applikazzjonijiet iridu jintbagħtu lid-Direttorat għas-Servizzi Korporattivi, Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza, 31B, Tal-Pilar, Marsamxett Road, Valletta, VLT 1850 sa mhux aktar tard minn nofsinhar tal-Ġimgħa 2 t'Awwissu, 2019. Aktar dettalji jistgħu jiġu pprovduti mill-Gazzetta tal-Gvern ppublikata fid- 19 ta' Lulju 2019. L-applikazzjonijiet jistgħu jiġu mniżżla minn: https://publicservice.gov.mt/en/people/Pages/PeopleResourcingandCompl iance/FormsandTemplates.aspx Ix-xogħol fuq it-trakka tal- karozzi fi stat avvanzat Approvat b'mod unanimu l-proġett tar-riġenerazzjoni tal-korsa taż- żwiemel l-Marsa … Mal-ILLUM is-Segretarju Parlamentari inkarigat jgħid illi l-proġett tal-korsa tal- karozzi jinsab stat avvanzat 'Il-Gvern se jasal sabiex it-trakka tal-karozza ssir realtà' Clifton Grima