Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1146451
lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter 10 Aħbarijiet illum | Il-Ħadd 21 ta' Lulju 2019 SERVIET bħala l-ħobża ta' kuljum għal ġenerazzjonijiet sħaħ. Minn żmien l-Imperu Brittaniku sal-ewwel snin tas-seklu 21, it-Tarzna kienet l-iskola formali u informali għal parti konsiderevoli ta' Maltin u fl-istess waqt forza soċjo- politika li fasslet u xprunat bidliet kbar f 'pajjiżna. Dik li xi darba kienet l-akbar industrija f 'Malta, illum tista' tgħid li mmansat bil- privatizzar, hekk kif m'għadhiex l-iktar industrija kruċjali ekonomikament, politikament u soċjalment. Minkejja dan, xorta jibqa' l-fatt li t-Tarzna tokkupa medda kbira ta' art fost it-tlett ibliet, b'biċċiet minnha jinsabu fi stat dilapitat. Din il-ġimgħa l-ILLUM eżaminat il-pjan ewlieni għat-Tarzna, xogħol Marilyn Camenzuli, studenta tal- Arkitettura fl-Università ta' Malta u li għat-Teżi għall-programm tal-Masters iddeċidiet li tagħti ħajja ġdida liż-żona tat-Tarzna, bi pjanijiet arkitettoniċi li tassew jagħtu ġieħ lill-istorja rikka tat- tlett ibliet. Ta' min jinnota li skont l-illustrazzjonijiet ta' Camenzuli, partijiet mit-Tarzna jistgħu jibdew iservu bħala spazju miftuħ għar-residenti kollha tal-madwar. Ta' min jinnota wkoll li parti mill-pjanijiet (ara illustrazzjoni 2) jinkludi skola tas-snajja' f 'dak li darba kien magħruf bħala 'l-ħanut' (fabrication shop) li serva bħala bejta ta' snajja'. Din il-gazzetta għamlet kuntatt ma' Camenzuli u staqsietha dwar x'kienu l-fatturi li mmotivawha sabiex tagħmel dan il-proġett u finalment tagħżel it-Tarzna ta' Malta bħala l-proġett tagħha. Mal-ILLUM hi tisħaq illi, "bħala persuna li nħobb ħafna l-istorja ta' pajjiżna speċjalment dik tal-epoka Brittanika, dejjem xtaqt li nanalizza żoni konnessi fil-Kottonera u neżamina l-opportunitajiet li hemm." Żiedet tgħid li xħin tefgħet għajnejha fuq it-Tarzna mill- ewwel inġibdet lejha. Camenzuli qalet ukoll li waqt il-kors ta' dan il-proġett semgħet diversi rakkonti fuq it-Tarzna minn nies li kienu jaħdmu hemm. "Kollha qalu kemm dan kien l-isbaħ żmien ta' ħajjithom avolja batew ħafna hemm ġew. Ħafna minnhom qalu wkoll li bħalissa jħossuhom minsija. Wara kollox it-Tarzna kienet iċ-ċentru tal-ekonomija ta' Malta għal żmien twil u issa qisu qed jintesa kollox minn mindu ġiet ipprivatizzata," saħqet Camenzuli. Ir-riġenerazzjoni tat-Tarzna minn għajnejn l-istudenta Camenzuli Spazju miftuħ f 'dik li darba kienet l-akbar industrija f 'Malta Dak li kien il-Fabrication shop mibdul fi skola tas-snajja' It-Tarzna ta' Malta mibdula f 'pulmun attraenti għal tal-Kottonera Kienet l-akbar industrija f'Malta... illum tal-privat iżda xorta waħda tokkupa żona kbira l-Kottonera. Din il-ġimgħa l-ILLUM tat ħarsa lejn proġett akkademiku minn studenti tal-Arkitettura -Università ta' Malta li jagħti ħajja ġdida lit-Tarzna ta' Malta u l-Kottonera