Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1146451
Minn Albert Gauci Cunningham MILLEWWEL ta' Lulju sar iktar diffiċli biex persuna tixtri proprjetà kemm jekk qed tixtri għall-ewwel darba kif ukoll, u aktar u aktar, jekk qed tixtri t-tieni proprjetà. Dan qed iseħħ minħabba direttiva tal-Bank Ċentrali mmirata biex tipproteġi lill-banek minn self li ma jitħallasx lura. Dan se jsir hekk kif id- direttiva żżid l-interessi b'1.5% oħra meta l-bank jikkalkula għandux isellfek flus, billi l-pagamenti tal-ħlas tas-self ma jistgħu qatt jaqbżu l-40% tad-dħul tiegħek u billi issa l-banek saru obbligati jagħtu inqas self lil dawk li se jixtru t-tieni dar tagħhom. Il-Bank Ċentrali qed jiffissa massimu ta' 40 sena sal- pensjoni u 25 sal-pensjoni bħala ż-żmien li tista' ddum tħallas post bħala first time u second time buyer rispettivament. Mal-ILLUM sorsi fil-banek lokali qalu illi din hija daqqa għall-banek u speċjalment f 'dak li għandu x'jaqsam ma' self, speċjalment ta' persuni li m'għandhomx biżżejjed flus kontanti. Persuna li tmexxi fergħa ta' bank lokali sostniet ma' din il-gazzetta illi probabbilment mal-40% tal-applikazzjonijiet ta' self li kienu jgħaddu qabel l-1 ta' Lulju, illum ma jgħaddux. "Bil-prezzijiet tal-bejgħ u anke kirjiet kif inhuma llum, din se ssir problema," sostniet. Qalet ukoll li "qabel kien il-bank li joħloq il-limiti ta' kemm jista' jsellef hu skont il-profil ta' riskju tal-bank," sostna dan is-sors. Bankier ieħor qal iżda li filwaqt illi għall-banek din id-direttiva hija pożittiva, "huwa veru li għall-klijent se ssir aktar diffiċli biex jieħu self. Sfortunatament il-kunċett ta' tfaddil għadu batut fost iż- żgħażagħ u allura din taf tkun xi naqra ta' tbeżbiża wkoll." "Irid ikollok ftit flus mhux ħażin imfaddla biex tikri, issa b'din id-direttiva u bil-prezzijiet tal-proprjetà kif inhuma iktar," sostna l-bankier. Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna ma kienx daqstant negattiv tant li mal-ILLUM sostna li fil-fatt, għalkemm il-Bank Ċentrali huwa awtonomu, ma jarax illi din id-direttiva hija b'xi mod negattiva, anzi jħoss li m'hemmx biża' u li din hija kwistjoni ta' moniteraġġ. Fakkar illi l-Bank Ċentrali kellu kull dritt joħroġ din id-direttiva, għax kompitu tiegħu li jagħmel dan. Fakkar ukoll illi din id-direttiva hija riversibbli. Sidt ta' kumpanija li tkellmet ma' din il-gazzetta u li ġejja mill-qasam, ikkonfermat dak li qalet il-manager tal-bank u sostniet li din id-direttiva mistennija twassal għal tnaqqis fir-rata tal-approvazzjoni ta' self. Hi sostniet li fil-fatt diġà qed tiltaqa' ma' nies li se jkollhom problema jieħdu self, wara dawn il-bidliet. Imma x'inhi din id- direttiva eżattament? U x'timponi fuq First Time Buyers? Minn issa l-banek kollha saru obbligati li jkunu aktar riġidi fuq diversi punti, uħud li huma prassi u oħrajn li huma ġodda. Id-Direttiva tagħmilha ċara illi persuna li qed tixtri l-ewwel dar jew inkella li biegħet darha u se terġa' tixtri jew inkella li ħallset l-ewwel dar kollha u li qed tixtri oħra jeħtieġ: tħallas is-self lura f 'sa mhux iktar minn 40 sena u dejjem sa ma tilħaq il-pensjoni. Dan ifisser li jekk persuna li twieldet wara l-1961 (u allura toħroġ bil- pensjoni ta' 65 sena) tixtri dar ta' 30 sena, il-bank bilfors irid jagħtiha sa mhux aktar minn 35 sena biex tħallas. Jekk tixtri ta' 40 sena, ikollha 25 sena biss biex tħallas. Din hija bejn wieħed u ieħor il-prattika ta' ħafna banek illum, imma issa se tiġi infurzata. Naturalment iktar kemm ikun qasir iż- żmien li fih tista' tħallas, iktar jogħla l-pagament. Bid-direttiva tal-Bank Ċentrali (għal dawk li jixtru l-ewwel proprjetà jew kif imsemmi qabel) meta l-bank jikkalkula kemm jista' jsellef lil persuna, se jibda jżid 1.5% illum | Il-Ħadd 21 ta' Lulju 2019 Aħbarijiet 4 Pożizzjoni tista' tkun kofinanzjata minn Fondi Ewropej/Fondi Bilaterali SENIOR MANAGER (EU FUNDS) PROGRAMME MANAGER (EU FUNDS) Qed jintlaqgħu applikazzjonijiet għall-pożizzjonijiet ta' Senior Manager (EU Funds) u Programme Manager (EU Funds) fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza. L-applikanti għall-pożizzjoni ta' Senior Manager (EU Funds) għandhom ikunu fil- pussess ta' kwalifika ta' Masters rikonoxxuta f'Livell 7 tal-MQF f'oqsma relatati flimkien ma tliet snin esperjenza ta' xogħol relevanti. L-applikanti għall-pożizzjoni ta' Programme Manager (EU Funds) għandhom jkunu fil-pussess ta' kwalifika ta' Masters rikonoxxuta f'Livell 7 tal-MQF f'oqsma relatati flimkien ma' sena esperjenza ta' xogħol rilevanti jewikunu fil-pussess ta' Baċellerat rikonoxxuta f'Livell 6 tal-MQF f'oqsma rilevanti flimkien ma' tliet snin esperjenza ta' xogħol rilevanti. L-applikazzjonijiet iridu jintbagħtu lid-Direttorat għas-Servizzi Korporattivi, Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza, 31B, Tal-Pilar, Marsamxett Road, Valletta, VLT 1850 sa mhux aktar tard minn nofsinhar tal-Ġimgħa 2 t'Awwissu 2019. Aktar dettalji jistgħu jiġu pprovduti mill-Gazzetta tal-Gvern ppublikata fid-19 ta' Lulju 2019. L-applikazzjonijiet jistgħu jiġu mnizzla minn https://publicservice.gov.mt/en/people/Pages/PeopleResourcingandCompliance/For msandTemplates.aspx . Aktar dettalji jistgħu jiġu pprovduti mill-Gazzetta tal-Gvern ppublikata fit-30 ta' Novembru 2018. L-applikazzjonijiet jistgħu jiġu mniżżla minn: https://publicservice.gov.mt/en/people/Pages/PeopleResourcingandCompl iance/FormsandTemplates.aspx Il-Bank Ċentrali joħroġ direttiva li tagħmel lill-banek aktar riġidi fejn jirrigwardja self għal djar, speċjalment il- buy to let li bħalissa huwa suq b'saħħtu Is-suq tal-bejgħ jaf jaqla' daqqa wara direttiva tal-Bank Ċentrali