Illum previous editions

ILLUM 21 July 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1146451

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 31

illum | Il-Ħadd 21 ta' Lulju 2019 8 Aħbarijiet Minn Liam Carter IDDORMITORJU propost għall-Univeristà Amerikana fi Triq San Pawl f 'Bormla, huwa proġett ta' tħassib għal diversi residenti tal-madwar fosthom dawk Bormliżi u Senglejani. Tant hu hekk li fix-xhur li għaddew, kemm il-Kunsill ta' Bormla kif ukoll tal-Isla esprimew ir-riżervi tagħhom dwar dan il-proġett f 'laqgħat mal-Awtorità tal-Ippjanar. Din il-ġimgħa wkoll id- Deputat Laburista Glenn Bedingfield esprima t-tħassib tiegħu dwar l-istat li fih tinsab il-pjazza ta' bejn l-Isla u Bormla meta fuq il-paġna tiegħu ta' Twitter esprima r-riżervi tiegħu dwar l-istat li tinsab fih il-pjazza u l-proġett tad-dormitorju nnifsu. L-ILLUM tkellmet ma' Bedingfield u staqsietu eżattament biex jelabora fuq ir-riżervi tiegħu. Ma' din il- gazzetta huwa jibda biex jisħaq, "jien naqbel mar-residenti. Bħala rappreżentant tagħhom fil-Parlament huwa obbligu tiegħi li nitkellem f 'isem in-nies billi nkun il-vuċi tagħhom fil- Parlament. Ir-riżervi li għandi dwar dan il-proġett ġejjin mill- fatt li l-ewwel nett se jsir bini fuq spazju miftuħ u barra minn hekk, fl-inħawi, kemm għar- residenti ta' Bormla u anke għal tal-Isla se tkompli żżid il-problema kbira ta' parkeġġ li teżisti." Mal-ILLUM huwa qal li jkun aħjar kieku din iż-żona tiġi żviluppata f 'parkeġġ taħt l-art li jaqdi l-bżonnijiet tar-residenti tal-madwar. "Fl-Isla ma hemmx post ieħor fejn jista' jsir parkeġġ għax hija belt żgħira li ma fihiex spazju miftuħ," qal id-deputat. "Il- pjazza ta' quddiem il-bastjun ta' San Mikiel hija l-unika żona fejn tista' ssir parkeġġ." Minkejja t-tħassib tiegħu dwar il-proġett tad-dormitorju, Bedingfield għamilha ċara li m'għandux tħassib dwar ix-xogħol li sar mill-AUM fil-baċir numru wieħed u l-madwar. "Iż-żona tal-Baċir numru wieħed hi isbaħ milli qatt kienet. Sfortunatament għadna mhux naraw numru ta' studenti li wieħed jixtieq. Minn dak il-lat jien iddiżappuntat, għaliex huwa proġett li nixtieq narah jikber però mhux għad- detriment tan-nies." Mistoqsi jekk jaħsibx li dan il-proġett għandu jsir f 'żona oħra, Bedingfield kien pront jirrispondi li, "il-proġett imsemmi għal dik il-pjazza ma għandux isir u l-AUM u l-Gvern għandhom iħarsu lejn siti oħrajn." Apparti minn hekk, id- Deputat ilmenta dwar l-istat li attwalment tinsab fih din il-pjazza, b'ġebel maqlugħ, terrapien u skart li nġema' tul ix-xhur li x-xogħol ilu wieqaf. "Ma nafx il-għala għadu maqlugħ u mhux imdawwar b'xatba adegwata. Jien qed ngħid li għandu jitneħħa l-ġebel iż-żejjed u jibqa' jintuża bħala parkeġġ. L-applikazzjoni quddiem il-PA għadha pendenti u tista' tmur kull naħa." Żied jgħid li, "ma nafx kif beda x-xogħol, jekk kienx hemm permess ieħor jew le. Jidhirli wkoll li l-bini tad- dormitorju seta' jibda biss wara li jkun irranġat il-bini tal-Kavallieri, li mhux se jkun lest mil-lum għal għada. Allura sakemm jinħareġ il- permess (jekk joħroġ) għax ma għandniex nibqgħu nużaw dik iż-żona?," temm jistaqsi Bedingfield. Interessanti huwa l-fatt li skontu din iż-żona tintuża wkoll għal nies li jkunu qed jaqsmu bil-lanċa mit-Tlett Ibliet għall-Kapitali u li jħallu l-karozza pparkjata hemmhekk. "Id-deċiżjonijiet għandhom ikunu kumplimentari ma' xulxin. Mhux jiddeċiedu li nżidu l-frekwenza tal-vjaġġi bil-baħar imma mbagħad min jiġi ma jkollux fejn jipparkja. Bla dubju, jekk jibqgħu jiżdiedu n-nies li jużaw il-lanċa għall- Belt u l-parking jitneħħa, it-trasport bil-lanċa lejn il-Belt ikun affettwat." Fid-dawl ta' dan, l-ILLUM staqsiet lil Bedingfield biex jelenka xi postijiet fejn dan l-iżvilupp jista' jseħħ. Huwa jirrispondi u jgħid, "Il-Fortizza tas-Salvatur fil-Kalkara li hija kbira u mitluqa tkun irrestawrata u mibdula f 'dormitorju u b'hekk inkunu qed nolqtu żewġ għasafar b'ġebla waħda u salvajna l-ispazju miftuħ bejn Bormla u Isla." Din il-Fortizza li tinsab ftit metri 'l fuq mid-daħla tal- Kalkara hi proprjetà privata li għal żmien twil kienet tintuża bħala fabbrika għall-precast concrete. Mistoqsi jekk hux possibbli li din tgħaddi għand il-Gvern, Bedingfield sostna li Bedingfield jipproponi post alternattiv dormitorju tal-Università Amerikana Propost dormitorju ok l-unika spazju għall-parkeġġ għall-Bormliżi u s-Senglejani iżda mal-ILLUM Beding eld jesprimi t-tħassib tiegħu u jippropni siti alternattivi X'qaltilna s-Sindku ta' Bormla? L-ILLUM tkellmet ukoll mas- Sindku ta' Bormla, Alison Zerafa Civelli illi reġgħet tenniet li għalkemm il- Kunsill mhuwiex kontra dan il-proġett, qed jagħmlu r-rikjesta li nofs l-ispazji tal-parkeġġ ikunu riservati għar-residenti ta' Bormla. Zerafa Civelli kienet diġà tkellmet dwar dan waqt laqgħa tal-PA. F'Marzu li għadda hi kienet qalet illi l-problema ta' parking f 'Bormla ma tistax tiġi injorata mill-Awtorità tal-Ippjanar u li b'dan l-iżvilupp se tkun qed tiġi intensifikata din il- problema persistenti. Glenn Bedingfield

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 July 2019