Illum previous editions

ILLUM 21 July 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1146451

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 31

7 Aħbarijiet Il-Ħadd 21 ta' Lulju 2019 | illum dik illi fiha ġeneralment isiru funzjonijiet uffiċjali. Il-konkatidral huwa knisja illi taqsam dawn il-funzjonijiet flimkien ma' katidral ieħor, fil-każ ta' Malta dak ta' San Ġwann jaqsam il-funzjonijiet ekkleżjastiċi (tal-knisja) ma' dak tal-Imdina. X'inhi bażilika? Bażilika hija mogħtija dan it-titlu għal raġunijiet aktar arkitettoniċi, storiċi u ta' daqs. Il-kelma bażilika oriġinarjament ġejja mill- kelma Griega basileus li tfisser, re. Bil-Latin, bażilika tfisser 'dar irjali' u allura dan jurina għalfejn il-bażilika hija meqjusa bħala knisja elevata fit-tifsira tagħha u fil-privileġġi. L-aktar bażiliki privileġġjati, maġġuri fid-dinja, imsejħin bażiliki Papali huma: l-Arċibażilika ta' San Ġwann Lateran (Ruma), il-Bażilika ta' San Pietru (il-Vatikan), Santa Maria Maggiore (Ruma) u San Paola Fuori le Mura (Ruma). Imbagħad madwar id-dinja wieħed isib 1,580 bażilika. (Ara dawk f 'Malta fil-kaxxa) Bħala sinjal tal-privileġġ il-bażilika, kif wieħed jista' jara f 'purċissjonijiet fil-festi f 'lokalitajiet fejn hemm bażilika, jintużaw il-conopaeum u t-tintinnabulum. Dik l-umbrella fil-festa x'inhi? Kif għidna, f 'okkażjonijiet importanti tintuża qisha umbrella kbira bi strixxi sofor u ħomor. Din hija msejħa conopaeum jew inkella Umbraculum, kelma qrib ħafna 'umbrella'. Din kienet użata kuljum biex iżżomm id-dell għall-Papa, bl-ewwel Papa li jużaha jkun il-ferm kontroversjali l-Papa Antonio VI (Rodrigo Borgia). Din l-umbrella għandha l-kuluri isfar u aħmar li huma l-kuluri tradizzjonali tal- pontifikat. Jekk taraw purċissjoni tal-festa fejn hemm bażilika, ngħidu pereżempju Santa Liena, se taraw din l-umbrella miexja ftit qabel l-istatwa. Din hija ġeneralment użata biex tirrappreżenta bażilika minuri. Dik il-qanpiena x'inhi? Fil-purċissjoni, mal-umbrella, tara t-tintinnabulum jew inkella qanpiena li tindaqq kull ftit ħin u li tinġarr minn persuna fl-istess purċissjoni jew inkella fil-Bażilika fejn tkun qed issir iċ-ċerimonja. L-użu ta' din il-qanpiena ma bdithiex il-Knisja Kattolika iżda kienet tintuża wkoll mill-Griegi u r-Rumani. Din il-qanpiena tissimbolizza l-preżenza tal-Papa. Liema huma l-akbar ħames bażiliki fid-dinja? L-akbar hija, naturalment, dik ta' San Pietru f 'Ruma. Imbagħad hemm Il-bażilika tan-Niċċa Nazzjonali tal-Madonna fil-Brażil f 'Aparecida, il-Katidral ta' Seville fi Spanja, il-Katidral famuż ta' Milan iddedikat lit-twelid tal-Madonna u l-Katidral ta' San Ġwann Imqaddes fi New York. L-ewwel ġebla fiż-żona fejn illum hemm Raħal Ġdid tpoġġiet fl-1613 u kienet tal-Kinisja ta' Santa Ubaldeska, li għadha hemm sal-lum, għalkemm kienet tkabbret mas-snin. Kien fl-1913 meta f 'pajjiżna tlaqqa' l-Kungress Ewkaristiku li ġab f 'Malta Kardinali u Isqfijiet minn kull rokna tad- dinja u li allura kienet attività enormi għal dak iż-żmien. L-Isqof ta' dak iż-żmien Pietru Pace kien tkellem mal-Kappillan ta' Raħal Ġdid ta' dak iż-żmien u talbu jibni knisja kbira u monumentali, anke jekk dak iż-żmien ma kienx hemm ħafna nies jgħixu Raħal Ġdid. Dan huwa simili ħafna għal dak li ġara f 'Pariġi fejn wara Kungress Ewkaristiku li sar hemmhekk, kien ordnat il-bini tal-Knisja tas-Sacre Coeur, li tinsab fuq l-għolja ta' Montmartre. It-tnejn għandhom karatteristiċi simili; kbar, fuq għolja sabiex jidhru minn diversi bnadi u mibnijin f 'żona fejn hemm iktar ħaddiema, simbolu ta' knisja aktar qrib il-ħaddiem. Il-Knisja, l-ewwel iddedikata lill-Qalb ta' Ġesu, kienet ikkonsagrata fit-3 ta' Ġunju 1967 u dejjem baqgħet Knisja Parrokkjali. L-aktar avveniment importanti u li kiseb l-attenzjoni nazzjonali kien dak tal-funeral tad-disa' persuni li nqatlu t-Tarzna meta kien sploda l-Um El Faroud. Il-parroċċa ta' San Pawl tar- Rabat hija antika ħafna, tant li l-Arċisqof iddikjara wkoll li hija proto-parrokjali, jiġifieri l-ewwel parroċċa. Din il-Knisja hija meqjusa importanti ħafna, partikolarment minħabba l-Grotta ta' San Pawl, fejn, skont it-tradizzjoni, l-Appostlu Pawlu għex fit-tliet xhur li qatta' hawn Malta wara n-Nawfraġju. Fil-fatt, dan il-maqdes huwa meqjus bħala l-post fejn saret l-ewwel quddiesa f 'Malta, minn San Pawl innifsu. Propju għalhekk li apparti San Pawl, f 'din il-Kolleġġjata u Santwarju Pawlin tiġi ċċelebrata b'solennità kbira l-festa ta' Corpus Domini, jiġifieri l-festa tal-Ġisem u d-Demm ta' Kristu. Fil-fatt, din il-festa hija meqjusa bħala l-festa prinċipali tar-Rabat, bil-knisja u anke t-toroq ikunu armati bl-armar tal-festa u jsiru żewġ purċissjonijiet kbar bl- Ewkaristija. Kemm il-Papa Ġwanni Pawlu II u anke l-Papa Benedittu XVI żaru din il-kolleġġjata u niżlu fil-Grotta ta' San Pawl. U x'inhi l-istorja tal-Knisja tar-Rabat? U x'inhi l-istorja tal-Knisja ta' Raħal Ġdid? dik illi fiha ġeneralment isiru funzjonijiet uffiċjali. Il-konkatidral huwa knisja illi taqsam dawn il-funzjonijiet flimkien ma' katidral ieħor, fil-każ ta' Malta dak ta' San Ġwann jaqsam il-funzjonijiet ekkleżjastiċi (tal-knisja) ma' dak tal-Imdina. X'inhi bażilika? Bażilika hija mogħtija dan it-titlu għal raġunijiet aktar arkitettoniċi, storiċi u ta' daqs. Il-kelma bażilika oriġinarjament ġejja mill- kelma Griega basileus li tfisser, re. Bil-Latin, bażilika tfisser 'dar irjali' u allura dan jurina għalfejn il-bażilika hija meqjusa bħala knisja elevata fit-tifsira tagħha u fil-privileġġi. L-aktar bażiliki privileġġjati, maġġuri fid-dinja, imsejħin bażiliki Papali huma: x'differenza ... it-tintinabulum tal-Bażilika Karmelitana tal-Belt quddiem l-umbraculum li tirrappreżenta l-preżenza tal-Papa L-umbraculum użat f 'Birkirkara waqt il-purċissjoni ta' Santa Liena

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 July 2019