Illum previous editions

ILLUM 21 July 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1146451

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 31

Aħbarijiet 6 illum | Il-Ħadd 21 ta' Lulju 2019 Minn Albert Gauci Cunningham DIN il-ġimgħa l-Arċisqof Charles J Scicluna ħabbar illi se jibda l-proċess biex il-knisja ta' Raħal Ġdid issir bażilika u dan wara li l-ġimgħa li għaddiet ħabbar l-istess għall-Parroċċa ta' San Pawl fir-Rabat. Naturalment ir- Rabtin u l-Pawlisti huma kuntenti ħafna b'din id-deċiżjoni. Dan l-eċitament u ferħ mhux neċessarjament seħħ lil hinn minn Raħal Ġdid u r-Rabat, anzi kien hemm min iddieħak b'din id-deċiżjoni u sostna li dawn il-ħafna titli mhu se jbiddlu xejn minn ħajjithom jew jagħmlu xi effett fuq kemm jemmnu jew le. Tajjeb li qabel ma niddeċiedu li din tal-bażilika hija xi ċuċata u parti mill-pompożità tal-Knisja, nifhmu aħjar x'inhi bażilika, x'titli oħrajn għandhom il-knejjes u x'inhuma dawk l-affarijiet li jintużaw dejjem minn bażilika. X'inhu katidral u konkatidral? F'Malta għandna erba' katidrali: Il-Katidral Metropolitan ta' San Pawl fl-Imdina, il-Konkatidral ta' San Ġwann fil- Belt Valletta, il-Katidral ta' Maria Assunta fir-Rabat Għawdex u l-Katidral Anglikan ta' San Pawl fil-Belt Valletta. Il-kelma katidral ġejja mill-kelma bil- Latin, cathedra, li tfisser siġġu elevat bħal tron, li mbagħad saret ecclesia cathedralis, li jfisser, il-knisja tas-siġġu tal-isqof. Katidral hija l-knisja maġġuri tad- Djoċesi, l-aktar knisja importanti u allura Il-lista ta' Knejjes li huma bażilika... • L-Isla: il-Bażilika hija ddedikata lit-Twelid tal-Verġni Marija, bil-festa ssir nhar it-8 ta' Settembru, magħruf bħala Jum il-Vitorja • Il-Belt Valletta: il-Bażilika, Parroċċa Matriċi tal-Madonna ta' Porto Salvo u San Duminku. Il-festa tkun iċċelebrata fil-bidu ta' Awwissu • Il-Belt Valletta: is-Santwarju Bażilika Madonna tal-Karmnu. Il-festa kienet iċċelebrata din il-ġimgħa stess, dejjem nhar is-16 ta' Lulju • Birkirkara: il-Bażilika u Kolleġjata Sant'Elena, iċċelebrata unikament filgħodu, il-Ħadd ta' wara Santa Marija • Il-Mosta: il-Bażilika ta' Marija Mtellgħa s-Sema. Il-festa ċċelebrata nhar il-15 ta' Awwissu • In-Nadur: il-Bażilika ta' San Pietru u San Pawl. Il-festa ssir fid-29 ta' Ġunju • Ir-Rabat, Għawdex: il-Bażilika ta' San Ġorġ. Il-festa din is-sena se ssir nhar il-21 ta' Lulju • Ix-Xagħra: il-Bażilika Marija Bambina. Il- festa tiġi ċċelebrata nhar it-8 ta' Settembru. • L-Għarb: is-Santwarju u Bażilika ta' Pinu • L-Għarb: il-Bażilika u Kolleġġjata tal- Viżitazzjoni L-ewwel bażilika u Napuljun. X'inhi r-rabta? L-ewwel li talbu dan it-titlu kienu l-Agostinjani f 'Tolentino l-Italja. Huma ngħataw dan it-titlu mill-Papa Piju VI permezz tal-aktar dokument antik li jeżisti u li jirreferi għall-konċessjoni formali ta' bażilika minuri; Supremus Ille. L-ewwel knisja li ngħatat dan it-titlu huwa l-Katidral ta' Notre Dame f 'Pariġi. Il-Papa Piju VI kien preżenti f 'din il-bażilika tliet xhur wara meta fiha kien inkurunat Napuljun, nhar is-27 ta' Frar 1805. Nhar il-Ħadd li għadda tħabbar li se jibda l-proċess biex il-knisja ta' Raħal Ġdid u dik tar-Rabat isiru bażilika. Imma bażilika kif inhi di erenti minn katidral? U dik l-umbrella li tara l-purċissjoni x'inhi? Il-bażilika... mill-pompożità tal-Knisja, nifhmu dawk l-affarijiet li jintużaw dejjem Il-Katidral Metropolitan ta' San Pawl fl-Imdina, il-Konkatidral ta' San Ġwann fil- Belt Valletta, il-Katidral ta' Maria Assunta fir-Rabat Għawdex u l-Katidral Anglikan Minn Albert Gauci Cunningham Minn Albert Gauci Cunningham DIN il-ġimgħa l-Arċisqof Charles J Scicluna ħabbar illi se jibda l-proċess biex il-knisja ta' Raħal Ġdid issir bażilika u dan wara li l-ġimgħa li għaddiet ħabbar l-istess għall-Parroċċa ta' San Pawl fir-Rabat. Naturalment ir- Rabtin u l-Pawlisti huma kuntenti ħafna b'din id-deċiżjoni. Dan l-eċitament u ferħ mhux neċessarjament seħħ lil hinn minn Raħal Ġdid u r-Rabat, anzi kien hemm min iddieħak b'din id-deċiżjoni u sostna li dawn il-ħafna titli mhu se jbiddlu xejn minn ħajjithom jew jagħmlu xi effett fuq kemm jemmnu jew le. Tajjeb li qabel ma niddeċiedu li din l-umbrella li tara l-purċissjoni x'inhi? Il-bażilika... L-akbar bażilika fid-dinja, il- Bażilika Papali ta' San Pietru f 'Ruma Il-permess biex knisja ssir bażilika joħroġ mill-Papa. Kien il-Papa Piju VI l-ewwel li ta permess simili Bażilika. Imma din x'inhi? U x'differenza tagħmel? L-ILLUM tistħarreġ ...

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 July 2019