Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1146451
13 Intervista Il-Ħadd 21 ta' Lulju 2019 | illum kinux tiegħi. Però nassigurak li mhux biss m'iniex ser naħdem waħdi talli qed naħdem ma' 'kummissjoni' ta' mijiet ta' membri tal-Partit, inkluż Deputati. Mingħajrhom ma nagħmlu xejn, sew jekk ikun 'facilitator' wieħed u sew ikun hemm Kummissjoni. Jien xammart il-kmiem u diġà ilni ġimgħa naħdem. Issa fadalli 51 ġimgħa l-aktar. Il-fatt li minn tant nies, il-Partit Nazzjonalista għażel lilek, ma taħsibx li bagħat il-messaġġ li fil-preżent, il-Partit Nazzjonalista ma għandu lil ħadd kapaċi biex iqajjem lill-PN fuq saqajh u għalhekk kellu jdur lura għall-passat? Le. Hemm ħafna nies li għandhom id-dehen u l-ħila li jmexxu l-Partit 'il quddiem. Imma l-ewwel hemm bżonn l-għaqda. B'għaqda m'aħniex nifhmu blokka riġida. Qed nifhmu diversità – ta' nies, karattri, ideat – li kapaċi tiddjaloga biex tfittex għaqda fuq sensiela ta' miri, skopijiet, komuni li t-twettiq tagħhom ikun ta' ġid għall- poplu kollu. Il-Partit bagħat messaġġ dwar l-importanza li jridu jieqfu l-botti u l-kontro botti, u nfittxu l-għaqda billi nnisslu sens ta' rispett u fiduċja reċiproka. Il-Partit mhux qed idur lura għall- passat. Qed jappella lil kulħadd li ma naħlux aktar ħin għax hemm futur sabiħ u interessanti jistenniena. Ejja ma nitilfuhx. Hemm min qed jgħid ukoll li issa, la hemm inti tmexxi din ir-riforma, il-kunsilliera għandhom iserrħu rashom li jekk Adrian Delia jitneħħa minn kap, hemm kap interim li kapaċi jmexxi proċess kalm biex il-PN jeleġġi kap ġdid. Kif twieġeb? Ikun ibleh min iserraħ rasu b'dan il-mod. Is-sitwazzjoni fil-Partit hi kumplessa aktar minn hekk. Min jaħseb hekk juri li mhux qed jifhem ir-realtà politika sħiħa li fiha qed jgħix il-PN illum – ir-realtà politika interna u dik barra l-Partit. Kieku kienet daqshekk sempliċi ma kienx ikun hemm bżonn ngħaddu minn proċess kif bdejna nagħmlu ta' riflessjoni, tisfija, riorganizzazzjoni, jista' jkun ukoll ristrutturar fil-Partit. Ir-riżultati elettorali li kellna mill- 2003 'l hawn, inkluż fi gvernijiet fejn kont involut, juru li l-proċess tat-tiġdid meħtieġ ma sarx. Spiss naqgħu fin-nassa, fejn il-problema tibqa' tiġi ppersonfikata f 'individwu jew ieħor. Spiss dan iwassal biex ikun hemm posponiment tal-proċess ta' aġġornament meħtieġ. It-tiġdid irid serenità ... u li jkun ta' kulħadd. Din hi l-isfida. Meta kien se jkun elett Kap ġdid għall-PN, inti kont qed tmexxi l-Kumitat Konsultattiv dwar Imġiba Xierqa. Rapport iffirmat minnek jgħid: "Hemm aspetti oħra pendenti li għadhom mhumiex verifikati u li Dr Delia baqa' ma spjegax, kemm dwar il-kont f 'Barclays International Jersey Bank allegatament f 'isem Dr Delia, l-iskop u l-użu ta' dan il-kont u l-legalità tal-provenjenza ta' dawn il-fondi... F'dan ir-rigward, il-Kumitat iħoss li kien hemm nuqqas min-naħa ta' Dr Delia li ma informax minn rajh u mill-ewwel lis-Segretarju Ġenerali tal-Partit, kif obbliga ruħu li jagħmel." Dan ma taħsibx li jista' jitfa' dubju fuq l-imparzjalità u l-indipendenza tiegħek? Dak ir-rapport inkiteb minn Kumitat li mexxejt jien u li kien twaqqaf mill-Kunsill Amministrattiv meta l-kampanja għall-elezzjoni ta' Kap tal-Partit kienet diġà bdiet. Dak ir-rapport, li għalih ingħatajna biss tmienja u erbgħin siegħa, sar fil-limiti tar-riżorsi li kellna u bl-indipendenza u imparzjalità sħiħa li kienet tixraq għal kwestjoni daqstant delikata f 'mument mill-aktar delikat. Sfortunatament il-Kunsill Amministrattiv dak iż-żmien ma ta l-ebda każ veru ta' dak ir-rapport. Minflok qabdu u bagħtu r-rapport lill-Kunsilliera biex jixtarruh sew, taw dikjarazzjonijiet lill-midja li żvijaw l-attenzjoni mis-sustanza tar-rapport. Dik issa hi biss storja. Illum qegħdin fi storja differenti u jien qed inħares lejha b'indipendenza u imparzjalità sħiħa. X'taħseb li kienet l-aktar deċiżjoni għaqlija li ħa Adrian Delia kemm ilu Kap? X'kienet l-agħar deċiżjoni li ħa Adrian Delia? Għalxiex? Dak ġudizzju li nħallih f 'idejn in-nies. Mitt bniedem mitt fehma. Fl- irwol tiegħi m'għandix nagħmel dawn it-tip ta' ġudizzji fil-pubbliku. Nixtieqek tkun skjett. Bir-riforma li inti tixtieq li twettaq, il-Partit Nazzjonalista jista' jkollu ċans li jirbaħ l-elezzjoni ġenerali li jmiss? Iva, jekk ir-riforma sseħħ b'mod sħiħ, għaqli, fl-ordni u fl-għaqda meħtieġa. noħorġu lill-Partit mill-kriżi li qiegħed fiha' Ir-riżultati elettorali li kellna mill-2003 'l hawn, inkluż fi gvernijiet fejn kont involut, juru li l-proċess tat- tiġdid meħtieġ ma sarx " Louis Galea