Illum previous editions

ILLUM 21 July 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1146451

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 31

Victoria hija mfittxija ħafna mill-festi Maltin tant li tkun mistiedna f 'diversi bliet u rħula u fl-aħħar snin kellha wkoll ix-xorti li ssemma' leħinha anke barra mill-pajjiż. L-ewwel kwadru tal- Karmnu fiż-Żurrieq jerġa' jingħata l-ħajja Din is-sena ma nistgħux nitkellmu fuq il-festa tal- Karmnu u ma nsemmux kwadru tal-Madonna tal- Karmnu li ġie rrestawrat u reġa' ngħata l-ħajja wara għexieren ta' snin moħbi u minsi minn kulħadd. Dwar dan, l-ILLUM tkellmet ma' Francis Farrugia, wieħed mill-uffiċjali tal-Fratellanza. Farrugia spjega kif dan huwa l-ewwel kwadru li kien tpoġġa fuq l-artal iddedikat lill-Madonna tal-Karmnu fil- knisja Arċipretali. Fil-fatt, kompla jispjega Farrugia, dan il-kwadru għandu madwar 400 sena u nstab fi stat ħażin ħafna madwar 30 sena ilu. Skont Farrugia, dan il- kwadru kien imqatta' u kellu partijiet minnu li kienu saħansitra neqsin. Fl-aħħar snin, din il- fratellanza ħasset il-bżonn li tirrestawra dan il-kwadru storiku li wara kollox ifisser il-bidu tad-devozzjoni lejn il-Madonna tal-Karmnu fiż- Żurrieq. Ix-xogħol ta' restawr sar mill-kumpanija PrevArti u ġie inawgurat matul din il- ġimgħa. "Fuq talba u deċiżjoni tal- Arċisqof, dan l-inkwadru twaħħal fil-knisja biex ikun jista' jitgwada minn kulħadd," saħaq Farrugia waqt li spjega kif għalhekk, il-knisja Arċipretali taż-Żurrieq, issa għandha żewġ kwadri tal- Madonna tal-Karmnu. 15 Festi Il-Ħadd 21 ta' Lulju 2019 | illum hekk kif il- il-festa X'se jsir illum fiż- Żurrieq? • Fid-9:00am: Quddiesa solenni tal-festa bil- paniġierku • Fil-11:30am: Marċ tradizzjoni ta' filgħodu • Fis-7:00pm: Purċissjoni bil-vara tal-Madonna tal- Karmnu • Fl-9:45pm: Spettaklu pirotekniku qabel id-dħul tal-vara fil-Knisja • Fil-10:45pm: Marċ tradizzjonali tan-nar X'festi oħra qed jiġu ċċelebrati llum? Apparti ż-Żurrieq, illum qed jiġu ċċelebrati dawn il-festi: • Il-Madonna tad- Duttrina, Ħal Tarxien • San Ġorġ, Rabat Għawdex • San Ġużepp, il-Kalkara • Madonna tal-Karmnu, l-Imdina • San Ġużepp, l-Imsida • San Bastjan, Ħal Qormi Kif bdiet id-devozzjoni lejn il-Madonna tal-Karmnu fiż-Żurrieq? Ħafna jistaqsu kif bdiet id-devozzjoni lejn il-Madonna tal- Karmnu fiż-Żurrieq, ġaladarba din mhijiex Knisja tal-Patrijiet Karmelitani. Li hu żgur huwa li, kif rajna nhar il-Ħadd li għadda, id-devozzjoni lejn il-Madonna tal-Karmnu nxterdet mis-Santwarju tagħha fil- Belt Valletta ma' kull rokna ta' Malta u Għawdex. L-ibliet u l-irħula f 'Malta huma miżgħuda b'niċeċ iddedikati lill- Madonna tal-Karmnu u f 'ħafna mill-knejjes issib artal iddedikat lill-Madonna taħt dan it-titlu antik. Fil-fatt, fiż-Żurrieq, id-devozzjoni lejn tal-Karmnu bdiet ħafna qabel it-twaqqif tal-fratellanza. Sa minn qabel l-1650, kien diġà jeżisti artal iddedikat lill-Madonna tal-Karmnu fil-Knisja Parrokkjali taż-Żurrieq. Jingħad li fis-sena 1798, meta l-Maltin irvillaw kontra l-ħakkiema Franċiżi u mblukkawhom fil-Belt Valletta u l-Kottonera, ċertu Giovanni Maria Borg, residenti fil-Belt Valletta u devot kbir tal-Madonna tal-Karmnu, fittex refuġju fir-raħal taż-Żurrieq u x'aktarx li kien hu li beda jaħdem biex jistabbilixxi formalment il- Fratellanza ddedikata lill-Madonna tal-Karmnu. Il-Fratellanza tal-Madonna tal-Karmnu ġiet stabbilita formalment fil-Knisja Parrokkjali ta' Santa Katerina fiż-Żurrieq permezz ta' digriet Episkopali nhar it-23 ta' Marzu 1801. L-artal tal-fratellanza armat għall-festa Il-briju waqt wieħed mill-marċijiet Karmelitani Il-kwadru rrestawrat tal-Madonna tal-Karmnu 15 add 21 ta' Lulju 2019 | illum Il-vara artistika tal-Madonna tal-Karmnu

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 July 2019