Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1146451
Sports 28 minn Cristian Antony Muscat EMMA Zammit - fost l-aqwa plejers li pproduċa l-futbol tan- nisa f 'pajjiżna f 'dawn l-aħħar snin u li għadha kemm bdiet karriera ġdida fil-kowċing fejn kisbet il-'Licence C'. Kif nibtet fik l-imħabba lejn il- futbol? Minn dejjem kont esposta għall-futbol. Minn età żgħira missieri kien jeħodni miegħu biex nara l-logħbiet lokali kif ukoll internazzjonali. Għandi memorji sbieħ ħafna ta' meta kont għadni tifla żgħira, fejn ta' kuljum, sena wara sena, waqt il-brejk tal-iskola kont nilgħab il-futbol mas-subien. X'tikkummenta fuq l-aħħar staġun kemm tiegħek personali kif ukoll tat-tim tiegħek? Kelli staġun tajjeb ħafna fuq livell personali. Inħoss li mmaturajt bħala plejer u dan ġie rikonoxxut ukoll mill-klabb u l-kowċ peress li rċevejt l-unur tal-"most improved player" għall-istaġun tal-futbol 2018/2019 minn Swieqi United. Iżda bħala tim inħoss li kellna staġun inkonsistenti peress li kellna ftit logħbiet tajbin ħafna fejn akkwistajna punti kruċjali però kellna wkoll ftit logħbiet fejn tlifna punti importanti ħafna u dan żammna milli nilħqu l-għan tagħna għas-sena. Fl-aħħar mill-aħħar meta tibda tqis kollox, il-fatt li ma lħaqniex dan il-għan, inħoss li għandi ngħid li kien staġun diżappuntanti għat- tim kollu. Kif tirribatti għall-kritika li ssir minn bosta persuni li l-futbol huwa biss addattat għall-irġiel u mhux għan-nisa, minħabba s-saħħa fiżika u l-aġilità partikolari li dan l-isport jirrikjedi? Naturalment, il-logħob tal-irġiel u dak tan-nisa huwa differenti, u dan minħabba diversi fatturi, pereżempju l-livell fiżiku tagħhom. Jien napprezza kull logħba għal dak li hi. Għalkemm hemm ftit differenzi bejn iż-żewġ logħbiet, nemmen li hemm iżjed affarijiet simili u aħna għandna niffukaw fuq dawk. Għal dawk li segwew il-logħbiet tat-Tazza tad-Dinja tan-Nisa, wieħed seta' japprezza t-tkabbir ħolistiku f 'dan il-qasam. Dan il- kampjonat juri biċ-ċar li l-logħob tan-nisa għandu standard għoli ħafna u dan l-isport huwa hemm kemm għan-nisa u anki għall- irġiel. Jien ninsab fiduċjuża li hemm futur sabiħ għall-futbol tan-nisa imma dan jista' jseħħ biss jekk in-nisa jingħataw l-istess sapport, faċilitajiet u bażi daqskemm jingħataw l-irġiel. X'tikkummenta fuq wieħed mill- imħuħ wara l-qawmien tal-futbol tan-nisa f 'dawn l-aħħar snin f 'pajjiżna, Pierre Brincat? Kelli opportunità fejn tkellimt ma' Pierre Brincat dwar il-futbol tan- nisa u l-futur tiegħu. Rajt progress konsiderevoli f 'dan il-qasam. Pierre kellu rwol importanti ħafna fid-deċiżjoni tiegħi biex inġib il-'licence C' u ninvolvi iżjed ruħi fil-kowċing u fil-futbol lokali tan-nisa. Hemm xi logħbiet memorabbli li jibqgħu immarkati b'ittri tad- deheb fil-karriera tiegħek sa issa? Biex naslu għall-għan tagħna kellna nisirqu punti mingħand timijiet bħal Ħal-Kirkop. Dan qatt ma kien seħħ qabel. Tajna prestazzjoni mill-aqwa bħala tim u lgħabna logħba memorabbli ħafna. Din kienet l-aqwa logħba tiegħi fuq livell personali iżda anki l-isbaħ logħba tal-istaġun. X'tikkummenta fuq l-MFA? Tħoss li din qed tagħmel biżżejjed għall-akbar ġid tal-futbol tan- nisa f 'pajjiżna jew tħoss li tista' tagħmel iktar? Jien nemmen ħafna li dejjem hemm lok biex l-affarijiet jitjiebu. Bla dubju ta' xejn li l-futbol tan- nisa kiber iżda għad hemm ħafna x'jista' jsir u li l-MFA tista' tagħmel biex tgħin f 'dan it-tkabbir. Nemmen fl-ugwaljanza f 'kull aspett tal-ħajja u l-futbol m'għandux ikun inqas, iżda għad hemm differenza kbira bejn dak li jiġi offrut mill-MFA lill-futbol tan- nisa u dak li huwa offrut lill-futbol tal-irġiel. Tikkunsidra l-possibilità li fil- futur tmur tilgħab ma' xi tim barra minn Malta? Kwalunkwe plejer ambizzjuż jaħtaf l-opportunità li jilgħab barra minn Malta. Naħseb li dik hija l-ħolma ta' ħafna, iżda l-għan tiegħi f 'dan il-mument ta' ħajti mhuwiex li nilgħab barra minn xtutna imma li nilħaq is-suċċess tiegħi fil-League tan-Nisa lokali kif ukoll li nissejjaħ biex nilgħab mat-tim nazzjonali Malti. Kif jirnexxilek tlaħħaq max- xogħol u mal-futbol? Importanti ħafna li wieħed isib bilanċ fil-ħajja; li wieħed jaf x'inhuma l-prijoritajiet tiegħu. Hija ħaġa diffiċli ħafna li tirrikjedi ħafna sagrifiċċji u ppjanar, iżda s'issa dejjem irnexxieli u nispera li nibqa' nirnexxi anke fil-futur. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek? Jien bħalissa qed nipprova niddeċiedi l-pjanijiet għall-futur tiegħi u nixtieq nimbotta lili nnifsi kemm niflaħ u nirrealizza l-għanijiet personali tiegħi. Nispera li l-futur jirriżerva affarijiet sbieħ għalija u nkun nista' nikkrea memorji li nkun nista' nġorr miegħi tul ħajti kollha. Tħoss li l-media sportiva f 'pajjiżna tesponi lill-futbol tan- nisa biżżejjed, jew tagħmel dan biss waqt tournaments prinċipali u importanti, li fihom ikun involut it-tim nazzjonali tan-nisa? Fuq livell globali nemmen li l-futbol tan-nisa qed jikber u nemmen li jista' jkompli jikber iżjed. Iżda, lokalment, naħseb li għadna ftit lura. M'hemmx biżżejjed "exposure" għall-futbol tan-nisa biex jgħin dan it-tkabbir u dan huwa minn fejn wieħed irid jibda. Kif jista' jikber dan l-isport jekk m'hemmx sapport lokali biex nibnu fuq il-bażijiet li għandna? L-istess argument għandu jintqal għat-tim nazzjonali tan-nisa. Is- "social media coverage" ta' ċerti logħbiet mhux biżżejjed. Rari tara logħba tal-futbol tan-nisa fuq it- televixin. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, għaddi messaġġ lil dawk it-tfajliet li qed jinteressahom li jibdew jieħdu bis-serjetà l-futbol, kif ukoll lill-ġenituri tagħhom biex iħeġġuhom jagħmlu dan. Nemmen li l-futbol tan-nisa għandu futur sabiħ u dan l-isport jista' jkun l-ewwel sport femminili li jiġi integrat fis-sistema tradizzjonali. Ninkoraġġixxi lill-ġenituri li jwarrbu l-istigma li hemm fuq it- tfajliet u n-nisa li jilagħbu l-futbol u jimbuttaw lit-tfajliet biex jitħajru jinvolvu ruħhom f 'dan l-isport. Il-futbol għandu ħafna potenzjal u saħħa biex jgħaqqad lin-nies ta' kwalunkwe età, razza, sess, kultura jew nazzjonalità. Ejjew nagħmlu dan ilkoll flimkien! illum Il-Ħadd 21 ta' Lulju 2019 'Nemmen -ugwaljanza f'kull aspett tal- ħajja u l-futbol m'għandux ikun inqas' Emma Zammit waqt it-taħriġ