Illum previous editions

ILLUM 21 July 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1146451

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 31

19 Il-Ħadd 21 ta' Lulju 2019 | illum Editorjal Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt Stalel u stilel Din il-ġimgħa erġajna assistejna għal każ ieħor xokkanti ta' immigranti li qed jgħixu f 'kundizzjonijiet ħżiena ħafna, fl-istess post illi fih kienu jew suppost jgħixu l-annimali. Forsi għax il-kuxjenza tweġġagħna wisq jew għax verament hawn sens ta' superjorità sproporzjonata, imma għal xi raġuni dawn il-pastażati ma jqumx għagħa fuqhom jew għall-inqas mhux l-għagħa li suppost iqum. Ara li mudella li se tirrappreżentana mhix Maltija, fuq hekk tidħol Facebook u kulħadd irid jgħid tiegħu u kulħadd jitbaqbaq u jikteb l-istatuses u jgħajjat u jieħu għalih (u fil-fatt dan l-editorjal qed jikteb dwarha wkoll). Imma li 100 bniedem jinstabu f 'post ta' għixien tat-tielet dinja, dik ma jimpurtax. Imbagħad biex tgħaxxaq ikun hemm min kważi jgħid li tort tagħhom, li ma misshomx telqu minn pajjiżhom, li ħaqqhom, li huma l-problema mhux min qed jittrattahom ta' annimali, mhux min suppost jara li ħadd ma jgħix hekk. Għax 'dak l-iswed', 'dak il-biċċa immigrant' mhux se jitkellem, mhux se jipprotesta. Dak se jagħlaq ħalqu u jissottometti, allura vittma faċli. Malta żgħira u n-nies magħrufa. L-awtoritajiet għandhom jaraw li kull fejn hemm nies qed jiġu trattati ħażin u jgħixu b'dan il- mod, jidħlu huma. Wara kollox il-ġustizzja soċjali u l-wens ma jafux nazzjon u wisq inqas kulur tal-ġilda. Il-ħelwa hija li fl-ewwel stqarrijiet wara s-sejba, intqal li dawn l-immigranti ttieħdu d-depot 'biex ikunu interrogati'. Tajba wkoll! Lanqas ilħaqna ppubblikajna l-istorja fuq il-portals li Malta kollha ma saritx taf li l-vittmi se jittieħdu malajr id-depot biex ikunu interrogati, filwaqt li s-sidien ta' dawn l-istalel qagħdu jgħidulna x'għarukaża li għamlulhom hekk! Il-mudella mhix Maltija Is-sħana tas-sajf issa qed tagħmel tagħha u s-sajf iġib miegħu nixfa kbira mill-ilma u nixfa ta' stejjer u allura nixfa ta' kwistjonijiet li fuqhom nistgħu nqattgħu xi nofstanhar nitbaqbqu. U allura wieħed ma jeħodhiex bi kbira li kwistjoni li mhix kwistjoni, f 'daqqa waħda ssir kwistjoni. Waħda minn dawn hija dwar il-mudella li se tirrappreżentana bħala Miss Malta u li hija mill- Venezuela. U qamu l-irwiefen tax- xokk u l-orrur għax mhux Maltija. Kos hux! L-istess nies li jħobbu jaraw il-futbol Malti jew l-isport Malti b'mod ġenerali; mimli barranin. Kos hux! L-istess nies li taf kemm jieħdu pjaċir meta Malti/ ija jagħmlu suċċess f 'xi konkors barra minn Malta, imma mbagħad barrani f 'Malta, le! Dik dagħwa! L-istess nies li aqta' kemm qalu biex nivvutaw lil pajjiż bħal San Marino meta dan kien irrappreżentat minn Maltija, imma f 'Malta Maltin biss. Aħna nistgħu nikbru u niftħu l-ġwienaħ f 'pajjiżi oħrajn, ħaddieħor le. Il-ħajja vera, ma taħdimx hekk. Din hija mara mill-isbaħ u kien ħaqqha tirbaħ il-konkors illi daħlet fih u li kellha kull dritt tidħol fih. Issa jekk ħaddieħor ma kienx tajjeb biżżejjed, m'hemmx x'tagħmel! Dik id-dinja, filli fuq int, filli ħaddieħor. Nawguraw lil din il-mara li se tirrappreżenta lil pajjiżna u nixtiqulha kull suċċess, anzi nixtiqulha suċċess doppju! Editur: Albert Gauci Cunningham

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 July 2019