Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1146451
Sports 31 mal-plejers Maltin? Biex inressqu figura fuqha, jien nemmen li x'aktarx nofs il-barranin li jilagħbu jkunu ta' livell ogħla mill- medja tal-plejers lokali (jiġifieri erba' plejers għal kull tim) fil-livell tal- Premier. Fl-Ewwel Diviżjoni, għal Santa Luċija, fil-każ tat-tim tiegħi jiġifieri, jien insostni l-istess opinjoni. Kemm int kuntent bil-grawnds fejn tilagħbu l-logħob tal-kampjonat tal- Ewwel Diviżjoni? Nista' biss nikkummenta dwar il-wiċċ tal-grawnd. Il-Grawnd Ċentinarju ta' Ta' Qali u tal-Victor Tedesco Stadium fil-Ħamrun, huma ta' daqs tajjeb. Jien nemmen li l-Ewwel Diviżjoni m' għandux jintlagħab fil-Luxol Stadium, minħabba nuqqas ta' wiesgħa tal-pitch (u probabbilment tul ukoll). Il-logħbiet hemm, kollha għandhom tendenza li jintlagħbu biss fuq livell fiżiku u tattiku, bi ftit li xejn futbol intraprendenti minħabba d-daqs żgħir tal-pitch - anke fil-livell ta' U19. Jiġifieri, anki f 'livell minuri, il-prestazzjonijiet tat-timijiet ibatu fil-Luxol stadium. Jien nissuġġerixxi lill-amministrazzjoni tal-Luxol, li l-wiċċ tal-pitch innifsu jikber meta jiġu għall-pjanijiet futuri ta' kisi mill-ġdid, għall-ġid ta' futbol sabiħ. X'taħseb dwar il-kontroll tar-referis matul l-aħħar staġun? Jiena nemmen li b'mod ġenerali, ir-referis, u l-istess prestazzjonijiet tal-assistenti referis kienu aċċettabbli fl-aħħar staġun. Ovvjament kulħadd jagħmel xi żbalji, u r-referis huma bnedmin bħala l-atturi kollha fil-grawnd, jiġifieri l-plejers u l-kowċis. Huwa naturali li ħafna drabi, it-tim tellief ikollu xi ħaġa li jilmenta dwarha. X'inhuma s-sagrifiċċji li plejer tal- futbol irid jagħmel sabiex ikun tajjeb? Is-sagrifiċċji jibdew ta' età żgħira, u jikbru biż-żmien. Hekk kif aħna nikbru, ir- responsabbiltajiet tagħna jikbru magħna, u għalhekk is-sagrifiċċji li għandna bżonn nagħmlu biex niżguraw li l-ġisem tagħna jkun dejjem fl-aqwa livell, b'taħriġ regolari, nutriment tajjeb u mistrieħ adekwat, inqas ħruġ u divertiment, l-irkupru tajjeb minn injuries okkażjonali. Btala sempliċi tas-sajf mal-maħbuba jew mal-ħbieb tal-iskola m'għandhiex tkun ippjanata wara nofs Lulju, hekk kif il-perjodu ta' pre-season jibda fil-livelli għoljin illum. Minbarra li tiżviluppa l-fundamentali tekniċi ta' kuljum, tinħtieġ attitudni aktar professjonali, hekk kif tgħaddi minn livelli differenti. Kif jirnexxilek tlaħħaq max-xogħol tiegħek u mal-futbol? M'għandix problema bit-twettiq taż-żewġ dmirijiet fil-mument. Kelli nagħmel ħafna arranġamenti biex inlaħħaqhom it-tnejn. Ovvjament, kulħadd jagħmel id- deċiżjonijiet tiegħu għall-karriera, u jien nimmaġina li dan jiddependi wkoll fuq liema livell akkademiku jew tal- futbol wieħed jixtieq jikseb. Il-kisba tal-ogħla livelli fil-futbol u livelli akkademiċi hija rari ħafna naħseb, kemm lokalment, kif ukoll barra minn Malta. X'messaġġ tagħti lit-tfal u ż-żgħażagħ li bħalek jixtiequ karriera fil-futbol? Għalkemm għadni żagħżugħ jien ukoll, nemmen li l-paċenzja u l-persistenza huma ewlenin, mhux biss fil-futbol, iżda wkoll fil-ħajja – biex wieħed isib kuntentizza. Peress li l-aktar nies influwenti fid-dinja jiddikjaraw ukoll li wieħed għandu jemmen fih innifsu, bħala pre-rekwiżit fundamentali għas-suċċess, jien ukoll nipprova nħaddan dawn il-valuri. l-persistenza huma ewlenin, mhux biss Jiena nemmen li b'mod ġenerali, ir-referis, u l-istess prestazzjonijiet tal-assistenti referis kienu aċċettabbli fl- aħħar staġun Il-Ħadd 21 ta' Lulju 2019 | illum