Illum previous editions

ILLUM 21 July 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1146451

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 31

27 Sports Il-Ħadd 21 ta' Lulju 2019 | illum 'Għażilt xogħol bl-inqas paga possibbli biex ikolli ħin għall-futbol' minn Cristian Antony Muscat LEE Joe Schembri - plejer ferm dedikat ta' Gudja United u li permezz tal-wirjiet pożittivi tiegħu xprunahom biex jiksbu promozzjoni storika għall- Kampjonat Premier. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol? Minn ta' età żgħira dejjem kont nilgħab b'xi ballun u peress li kelli ħuti subien ikbar minni dejjm kont nilgħab magħhom u narahom jilagħbu l-futbol u bdejt nilgħab ma' Birżebbuġa Windmills. S'issa ninsab sodisfatt ħafna. X'tikkummenta fuq l-esperjenza preżenti tiegħek ma' Gudja United? Biex tkun ma' tim tajjeb fl-Ewwel Diviżjoni, hija ta' sfida kbira ħafna. Għandna skwadra żgħira però kull plejer jista' jilgħab mal-ewwel 11 u jidħol min jidħol fil-grawnd, it-tim jibqa' wieħed b'saħħtu. B'hekk tista' tgħolli l-livell tiegħek kemm fit-taħriġ kif ukoll fil-logħob. Taqbel mal-format ta' 14-il tim fil-Premier? Le ma naqbilx! Pajjiżna huwa żgħir u limitat. Jien nemmen li biex tilgħab Premier, trid tkun ta' livell għoli kemm bħala plejer kif ukoll bħala klabb. Taqbel li hemm differenza ta' livell bejn it-timijiet ta' fuq u dawk ta' taħt? Iva hemm differenza kbira kemm bħala barranin kif ukoll bħala Maltin. Niġu issa għall-kwistjoni tal- plejers barranin fil-Kampjonat BOV Premier. Taqbel mal- proposta li saret li jkun hemm 11-il plejer barrani f 'tim? Iva naqbel però jridu jkunu ta' livell aħjar mill-Maltin u l-Maltin ikunu stmati bħalhom b'kuntratt full-time. Taħseb li l-barranin li qed jiġu mhux dejjem qed ikunu ta' livell ikkomparati mal-plejers Maltin? Iva, ħafna mill-barranin li għandna fil-Kampjonat Premier mhumiex ta' livell. Hemm minnhom saħansitra għandhom livell inqas minn dak tal-Maltin. X'taħseb dwar il-kontroll tar- referis matul l-aħħar staġun? Ifhimni referi huwa uman bħalma huma l-plejers. Kellhom logħbiet tajba u oħrajn mhux daqshekk tajba - bħall- plejers wara kollox! X'inhuma s-sagrifiċċji li plejer tal-futbol irid jagħmel sabiex ikun tajjeb? Ħafna! Hawn Malta, mhux faċli għaliex il-pagi huma dawk li huma. Plejer irid imur għat-taħriġ kuljum. Tmiem il-ġimgħa jkunu mimlija bil-logħob. Trid tiekol tajjeb u fil-ħin li mhux dejjem huwa possibbli minħabba x-xogħol u ħruġ mill- inqas. It-taħriġ ikun wara x-xogħol li ġieli tkun għajjien ħafna u trid titħarreġ b'ħafna intensità. Kif jirnexxilek tlaħħaq max- xogħol u mal- futbol? Mhux faċli kuljum tmur għax-xogħol fil-5am u sad-9pm tkun għadek ma dħaltx id-dar. Inlaħħaq għax għażilt xogħol bl- inqas paga possibbli biex ikolli ħin għall-futbol. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol? Saqajja mal-art pass pass dejjem nagħti l-almu tiegħi f 'kull logħba mbagħad inħallu f 'idejn il-kowċ biex jagħżel l-aħjar skwadra għal dik il-logħba li jkun imiss. Nixtieqek tgħaddi l-aħħar messaġġ lil dawk it-tfal u żgħażagħ li qed jaqraw din l-intervista u li bħalek jixtiequ jagħmlu karriera ta' suċċess fil- futbol. Il-messaġġ tiegħi huwa wieħed - jekk veru din hija l-ħolma tagħkom tħallu lil xejn u lil ħadd min ifixkilkom. Tħarrġu bis-serjetà u agħmlu s-sagrifiċċji kollha meħtieġa! Lee Joe Scicluna u t-tim ta' Gudja United

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 July 2019