Illum previous editions

ILLUM 21 July 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1146451

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 31

12 Intervista illum | Il-Ħadd 21 ta' Lulju 2019 Inti ġejt magħżul biex tipprova ssalva lill-Partit Nazzjonalista milli jsir partit irrilevanti. Kemm int fiduċjuż li se jirnexxilek terġa' tqajjem lill- Partit Nazzjonalista fuq saqajh? Qed tesaġera tuża l-kelma 'ssalva'. Il-problemi li għandu l-PN huma diffiċli daqskemm huma sempliċi li ssolvi. Jiddependi biss minn kemm ikun hemm rieda ġenwina bejn in-nies ta' fehmiet differenti fuq id-diversi kwistjonijiet li nibtu, inkluż dwar it-tmexxija. Xogħli hu li nipprova niffaċilita atmosfera ta' djalogu ġenwin fejn l-imħuħ jiġu flimkien, isibu dak li jgħaqqadhom, u flimkien naraw kif ser insibu s-soluzzjonijiet għal dak li qed jifridhom. Jekk dan jirnexxi, il-PN jibda l-proċess biex iqum fuq saqajh. Waħda mill-akbar problemi li għandu l-Partit Nazzjonalista hija li hemm persuni li akkost ta' kollox ma jridux jaħdmu ma' Adrian Delia. Taħseb li inti kapaċi tgħaqqad dawn iż-żewġ 'fazzjonijiet' flimkien? Taħseb li l-Partit Nazzjonalista kollu kemm hu kapaċi jingħaqad wara Adrian Delia? Jien dħalt għal dan ix-xogħol bil- kundizzjoni li nkun indipendenti, imparzjali u ġust ma' kulħadd. Kif diġà għidt, il-kwistjoni tat-tmexxija hija waħda mill-kwistjonijiet. Imma waħda biss. Anke kieku kulħadd jintefa' wara l-Kap preżenti xorta jifdal kwistjonijiet serji ta' politika u ta' organizzazzjoni li jridu jiġu solvuti. Jien beħsiebni niffoka fuq dawn bħala pre-kondizzjoni biex jekk hu possibbli il-kwistjoni tat- tmexxija tkun tista' tiġi kkunsidrata bir-raġuni, rispett u kalma. Il-kwistjoni tat-tmexxija mhix f 'idejja imma f 'idejn l-organi tal-Partit. X'se jkunu l-prijoritajiet tal-ħidma tiegħek? Iltqajt ma' Deputati tal-Partit Nazzjonalista? Jekk dawn jibqgħu akkost ta' kollox ma jaċċettawx lil Delia, inti x'tista' tagħmel? L-ewwel kuntatt tiegħi kien mad- Deputati – issa qed inħejju skeda biex inkun nista' niltaqa' ma' kull waħda u wieħed minnhom. Għalkemm il-Grupp Parlamentari huwa inkluż fl-Istatut tal-Partit jien nirrikonoxxi li l-Membri Parlamentari għandhom funzjoni essenzjalment Kostituzzjonali fil-Parlament. Huma mhumiex eletti mit-tesserati imma mill-firxa tal-poplu li jappoġġja l-Partit. Jien nirrispetta u napprezza l-intelliġenza u l-esperjenza tagħhom u għandi bżonn l-għajnuna u l-koperazzjoni tagħhom biex noħorġu l-Partit mill-kriżi li qiegħed fiha. Inti li qed tara l-affarijiet minn perspettiva differenti, taħseb li Delia huwa l-akbar problema li għandu l-PN? Jew taħseb li hemm fatturi oħra li qed iżommu lill-PN milli jqum fuq saqajh? Ibda minni, ħadd mhu perfett. Ilkoll għandna l-karattru u d-diffikultajiet tagħna, min mod u min ieħor. Dawn id-diffikultajiet ma nistgħux ninjorawhom. Imma fil-fehma tiegħi l-għeruq tal-kriżi tal-PN imorru lil hinn mill-kwistjoni tal-Kap. Ma taħsibx li l-problemi fil-PN ilhom ġejjin mill-2008, meta l-PN rebaħ elezzjoni b'1,500 vot biss u għamel ħames snin jiġġieled biex ma jaqax il-Gvern? Ma taħsibx li fil-PN għad hemm persuni li minħabba fihom il-Partit qala' tkaxkira kbira fl-2013 u li n-nies għadhom ma jridux jafu bihom? Hemm biċċa verità f 'li qiegħed tgħid. Naturalment in-nies involuti fil-politika dejjem għandhom responsabbilità x'jerfgħu. Imma huma wkoll in-nies li l-poplu jagħżel fl-elezzjoni. Is-sistema tagħna ma tħallix Partit fil-libertà jpoġġi fil-gvern lil min irid u min jaħseb li hu l-aħjar. Il-Gvern bilfors irid jiġi fformat minn fost il-Parlamentari eletti. Imma l-PN barra milli jrid jiġġedded fin-nies tiegħu f 'kull livell, jeħtieġ ukoll jiġġedded fl-ideat, fl-atteġġjament, kif jikkomunika. Irid jikseb lura l-fiduċja li hu Partit kredibbli, f 'sinfonija mal-aspirazzjonijiet, il-kultura u l-bżonnijiet li s-soċjetà tal-lum tħoss li huma importanti għaliha. Spiss issir il-mistoqsija xi jfisser li tkun Nazzjonalist. Qabel inwieġbu din, irridu nifhmu l-mod kif inbidel it- tessut li jinseġ is-soċjetà, u naraw li lkoll nifhmu l-ħtiġijiet tal-bidla. Ħafna qed iħarsu lejk u jqisuk bħala kap interim tal-Partit Nazzjonalista. Taħseb li l-fatt li l-PN afda lilek waħdek b'din il-missjoni, bagħat il- messaġġ li inti se tidħol biex twettaq dak li Adrian Delia bħala kap ma rnexxilux jagħmel? Le, ma naqbilx. In-nuqqas ta' qbil li hemm fil-Partit illum jeħtieġ ħabib li jressaq in-naħat differenti flimkien biex isibu soluzzjonijiet. Sakemm jibqgħu mifrudin ftit li xejn jista' jsir, sew mill- Kap, ikun min ikun, kif ukoll mill- Partit b'mod ġenerali. Ma taħsibx li kien ikun aktar għaqli kieku inti ma kontx waħdek, iżda parti minn kummissjoni? Ma taħsibx li dan kien inaqqas mill-immaġini li inti sirt il-kap interim tal-Partit Nazzjonalista? Id-deċiżjoni formali u l-għażla ma 'Għandi bżonn l-għajnuna tad-Deputati biex noħorġu Anke kieku kulħadd jintefa' wara l-Kap preżenti xorta jifdal kwistjonijiet serji ta' politika u ta' organizzazzjoni li jridu jiġu solvuti ycioffi@mediatoday.com.mt Yendrick Cioffi " Louis Galea, se jkun qed imexxi r-riforma fil- Partit Nazzjonalista, imma kemm hu fiduċjuż li se jirnexxilu? Kapaċi jgħaqqad lill-Partit Nazzjonalista wara Adrian Delia? U jekk le? X'jaħseb li hi l-akbar problema li għandu l-Partit Nazzjonalista u x'jaħseb li kienu l-aqwa u l-agħar deċiżjonijiet li ħa Delia? Imma Galea ma kienx tal-fehma li Delia jirtira l-kandidatura tiegħu biex isir kap? L-ILLUM tistaqsih

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 July 2019