Illum previous editions

ILLUM 21 July 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1146451

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 31

Minn Yendrick Cioffi LULJU huwa x-xahar tal-Karmnu. Wara li nhar it-Tlieta l-Karmelitani kollha ngħaqdu fil-Belt Valletta biex jiċċelebraw lill-Madonna tal-Karmnu f 'jum il-festa tagħha, jiġifieri fis-16 ta' Lulju, illum imiss lill-Karmelitani Żrieraq biex jiċċelebraw il-festa lill- Madonna taħt dan it-titlu. Il-gazzetta ILLUM niżlet iż- Żurrieq u ltaqgħet ma' dawk li jorganizzaw din il-festa kbira mfittxija ħafna mid-dilettanti kemm tal-armar u b'mod partikolari dawk tan-nar. Il-fratellanza torganizza l-festa interna kollha kemm hi Il-maġġoranza tal-festi tal-Madonna tal-Karmnu li jiġu ċċelebrati matul ix-xahar kollu ta' Lulju, isiru fi knejjes u parroċċi li huma mmexxija mill-Provinċja Karmelitana, jiġifieri fejn hemm il-Patrijiet Karmelitani. Mill-banda l-oħra, kemm fil-Gżira, fiż-Żurrieq u x-Xlendi tiġi ċċelebrata l-festa tal-Madonna tal-Karmnu minkejja li ma hemmx Patrijiet Karmelitani. Fil-każ taż-Żurrieq, din hija waħda mill-festi f 'Malta li tiġi organizzata minn fratellanza, l-istess kif pereżempju jiġri fil-każ tal-festa ta' San Ġużepp fir-Rabat. Il-fratellanza Karmelitana, flimkien mal-Arċipriet ta' din il-parroċċa ddedikata lil Santa Katarina, tieħu ħsieb li torganizza l-festa interna kollha kemm hi. Mhux hekk biss, iżda l-armar kollu (ħlief għad-damask) li jintrama fil-knisja arċipretali matul il-ġranet tal-festa tal- Madonna tal-Karmnu huwa proprjetà ta' din il-fratellanza. Dan kollu jagħmel din il-fratellanza waħda mill- ftit li għadhom attivi tant li min illejla se jżur iż-Żurrieq, żgur se jibqa' impressjonat bl-ammont kbir ta' fratelli li jieħdu sehem fil-purċissjoni. Illum il-ġurnata, il-festa tal-Madonna tal-Karmnu fiż- Żurrieq hija waħda mill-festi sekondarji li jiġu ċċelebrati bil-kbir f 'pajjiżna. X'torganizza l-fratellanza tal- Madonna tal-Karmnu? Bla dubju ta' xejn, l-għan ewlieni tal-fratellanza huwa li xxerred id-devozzjoni lejn il-Madonna tal-Karmnu. Il-ġimgħa tal-festa tkun ġimgħa impenjattiva ħafna, fejn il-fratellanza torganizza l-funzjonijiet reliġjużi kollha li jsiru fil-knisja, fosthom it- Tridu u l-quddiesa solenni ta' nhar il-festa. Hija l-fratellanza li flimkien mal-Arċipriet tagħżel lil min se jipprietka, min se jmexxi l-funzjonijiet u anke torganizza l-mużika li tkompli ssebbaħ dawn il-funzjonijiet. Minbarra l-festa, il- fratellanza torganizza dawk magħrufa bħala s-Seba' Erbgħat tal-Udjenza tal- Madonna tal-Karmnu. Dawn jibdew mill-ewwel Erbgħa fuq l-Għid il-Kbir u jibqgħu sejrin sal-aħħar Erbgħa qabel il-festa ta' Pentekoste U l-festa esterna min jieħu ħsiebha? Jekk il-festa interna tkun organizzata mill-fratellanza, dik esterna hija f 'idejn is-Soċjetà Karmelitana u l-Banda Queen Victoria, anke jekk b'kollaborazzjoni sħiħa mal-istess fratellanza. Il-Banda Queen Victoria tieħu ħsieb iċ-ċelebrazzjonjiet kollha esterni, jiġifieri l-marċi u anke programmi mużikali li jsiru fil-ġimgħa tal-festa. Apparti minn hekk, kemm l-armar fit-toroq u anke l-għaqda tan-nar (Mount Carmel Fireworks Factory) jaqgħu taħt din is-Soċjetà Karmelitana. M'għandniex xi ngħidu, il-Banda Queen 14 illum | Il-Ħadd 21 ta' Lulju 2019 Festi Iż-Żurrieq jixgħel blu hekk Karmelitani jiċċelebraw il-festa Illum iż-Żurrieq qed jiċċelebra waħda mill-festi tiegħu, dik tal-Madonna tal-Karmnu. Din hija festa magħrufa għall-briju u n-nar u waħda mill-ftit festi fejn fratellanza għandha rwol ċentrali. L-ILLUM tinżel iż-Żurrieq biex tara b'għajnejha dak li ħejjew il-Karmelitani L-arbli, il-bnadar u l-fustuni jiksu ż-Żurrieq Karatteristika tal-festi fiż-Żurrieq huwa l-ammont kbir ta' arbli li jittellgħu fuq il-bjut fil-ġranet tal-festa. Min fl-aħħar ġimgħat żar iż-Żurrieq, jew għadda viċin tiegħu, żgur li induna bil-mijiet ta' arbli mixgħula bil-globi blu. Minn għada, dawn jibdew jitniżżlu, u jibdew telgħin arbli oħra u ftit ftit iż-Żurrieq ibiddel il-kulur biex jixgħel aħmar, għall-festa ta' Santa Katarina. F'dawn il-jiem, id-dilettanti tal- bnadar għandhom xalata, hekk kif il-ġranet kollha tal-festa, partikolarment illum, iż-Żurrieq ikun miżgħud b'baħar ta' bnadar iperpru maż-żiffa ħelwa ta' Lulju u llejla ż-Żurrieq jixgħel b'eluf ta' bozoz hekk kif jinżlu l-bnadar u jitilgħu l-fustuni li joffru spettaklu. Il-fratelli jakkumpanjaw fil-purċissjoni X'armar ġdid sar din is-sena? Il-gazzetta ILLUM iltaqgħet ma' wieħed mill-uffiċjali tas-Soċjetà Karmelitana u Banda Queen Victoria, Daniel Spiteri u miegħu tkellmet dwar ix-xogħol li sar matul l-aħħar sena fejn jidħol l-armar. Fil-fatt, min matul dawn il-jiem żar jew illejla se jżur dan ir-raħal taż-Żurrieq, se jinnota armar mill-isbaħ li jkompli jsebbaħ dan ir-raħal pittoresk. Spiteri spjega magħna kif il-Kummissjoni Armar kompliet taħdem fuq il-bandalori l-ġodda ta' Misraħ ir-Repubblika, jiġifieri l-pjazza maġenb il-knisja fejn il-festi Żrieraq jilħqu l-qofol tagħhom. Apparti minn hekk, tkompla x-xogħol fuq il-pilandri ġodda li s-sena li għaddiet rebħu wkoll il-premju Malti għall-artiġjanat filwaqt li tlestew il-bandalori ta' Triq Dun Ġużepp Zammit. Spiteri spjega wkoll kif saret statwa ġdida għat-triq ewlenija ta' quddiem il-knisja, liema statwa tirrappreżenta lill-Beata Luċija, jew aħjar kif inhi magħrufa bħala Sor Lucia, waħda mit-tliet rgħajja tfal li raw il- Madonna f 'Fatima fil-Portugall. Sor Lucia stess kienet tgħid li fl-aħħar dehra tal-Madonna f 'Fatima, din dehret liebsa ta' Karmelitana, jiġifieri bil-Labtu tal-Karmnu. Hi stess, meta kibret daħlet f 'kunvent tal-Karmelitani Skalzi fejn għexet il-kumplament ta' ħajjitha bħala soru. L-istatwa ta' din il-Beata ta' żmienna se tkun qed tingħaqad ma' sett ta' statwi ta' qaddisin Karmelitani li saru fl-aħħar snin. Daniel Spiteri kompla jfakkarna kif din il- festa hija mogħnija b'armar antik u għalhekk ir-restawr ma jonqosx. Matul din is-sena sar restawr fuq l-istatwi u anke t-trofej u l-pedestalli f 'Misraħ ir-Repubblika. organizzata minn fratellanza, l-istess kif pereżempju jiġri fil-każ tal-festa ta' San Ġużepp fir-Rabat. Il-fratellanza Karmelitana, flimkien mal-Arċipriet ta' din il-parroċċa ddedikata lil Santa Katarina, tieħu ħsieb li torganizza l-festa interna kollha kemm hi. Mhux hekk biss, iżda l-armar kollu (ħlief għad-damask) li X'armar ġdid sar din is-sena? mill-uffiċjali tas-Soċjetà Karmelitana u Banda Queen Victoria, Daniel Spiteri u miegħu tkellmet dwar ix-xogħol li sar matul l-aħħar sena fejn jidħol l-armar. illejla se jżur dan ir-raħal taż-Żurrieq, se jinnota armar mill-isbaħ li jkompli jsebbaħ dan ir-raħal pittoresk. Armar kompliet taħdem fuq il-bandalori l-ġodda ta' Misraħ ir-Repubblika, jiġifieri l-pjazza maġenb il-knisja fejn il-festi Żrieraq jilħqu l-qofol tagħhom. fuq il-pilandri ġodda li s-sena li għaddiet rebħu wkoll il-premju Malti għall-artiġjanat filwaqt li tlestew il-bandalori ta' Triq Dun Ġużepp Zammit.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 July 2019