Illum previous editions

ILLUM 21 July 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1146451

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 31

Sports 30 illum | Il-Ħadd 21 ta' Lulju 2019 Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il- futbol? Wara li kont nilgħab bi blalen żgħar ta' età ċkejkna fil-kurituri, madwar is-siġġijiet u l-imwejjed tad-dar t'ommi, missieri, li huwa eks plejer tal-Premier u t-tim nazzjonali, irreġistrani fl- akkademja ta' Luxol St Andrews Academy, fejn żviluppajt bħala plejer matul l-aħħar 15-il sena, b'dedikazzjoni lejn il-futbol. Il-ħbiberiji li saru matul dan iż-żmien għadhom jeżistu llum, bħalma huwa r-rispett tiegħi għall-kowċis kollha tal-passat tiegħi mal-Luxol. Gentcho Dobrev kien probabilment l-aktar wieħed influwenti għalija. X'tikkummenta fuq l-esperjenza preżenti tiegħek ma' Santa Luċija? Sal-istaġun l-ieħor, fil-livell tal- minors, section A ma' Luxol St. Andrews, kont involut fl-Akkademja - li huwa kollu ffukat fuq l-iżvilupp individwali, u mhux neċessarjament li tirbaħ it-tliet punti li jmiss bħala tim. Għalkemm naturalment m'iniex prodott lest, il-mentalità tiegħi kienet meħtieġa biex tevolvi f 'waħda aktar professjonali. Issa għandi kuntratt u qed nitħallas għas-servizzi tiegħi lejn il-klabb. Għalhekk, ir-responsabbiltajiet tiegħi żdiedu wkoll. Il-president ta' Santa Luċija, Martin Agius u t-tim żgħir tiegħu ta' amministraturi laqgħuni u aċċettawni mill-ewwel ġurnata. Il- kowċ Marko Glumac kien strumentali għalija, li immedjatament wera fiduċja fl-abbilitajiet u l-potenzjal tiegħi, u jien għandi nirringrazzja lilu. Nemmen li dan huwa l-aktar fattur importanti biex iż-żgħażagħ jiżviluppaw minn plejers fl-akkademja għall-plejers tal-ewwel tim – għax hemm qabża li teżisti bejn il-livelli. Il-plejer jeħtieġ li jħallas dik il-fiduċja li wera fih il-kowċ. Naħseb li ksibna dan l-għan. X'fissret għalik personali u għal Santa Luċija bħala tim din il-promozzjoni għall-Premier? Kienet l-ewwel esperjenza tiegħi fl-ewwel diviżjoni, il-promozzjoni immedjata tagħna għall-premier League kienet kisba bla mistennija, kemm fuq livell persona li kif ukoll f 'dak tal-klabb. Aħna lkoll nafu li l-kampjonat Premiere huwa f 'livell ħafna ogħla, għalhekk il-klabb għandu jkompli jibni u jħejji għal dak il-livell ta' kompetittività. X'taħseb dwar dak kollu li wrejtu bħala tim matul dan l-aħħar staġun? Ma kienx għal ftit ġimgħat matul Jannar fejn il-fiduċja tat-tim ħadet daqqa 'l isfel, jiena nemmen li kellna l-aħjar futbol, divertenti għas- sapporters, tul il-kampjonat kollu, u kieku dan ma ġarax, jien nemmen li saħansitra kellna ċans kbir li nirbħu l-kampjonat. Iżda dan huwa l-futbol. B'attitudni tajba mill-plejers kollha f 'kull sessjoni ta' taħriġ, appoġġ mill- amministrazzjoni u l-gwida mill- kowċis tagħna (irrid nemfasizza l-introduzzjoni tal-maniġer tat-tim f 'Jannar, Oliver Spiteri li għandu ħafna esperjenza), aħna rkuprajna tajjeb u spiċċajna bil-qawwa lejn tmiem l-istaġun, fejn ikkonsolidajna t-tielet post, u eventwalment għelibna l-oppożizzjoni ta' St Andrews fir- relegation / promotion decider. Taqbel mal-format ta' 14-il tim fil- Premier? Jekk tibqa' s-sistema ta' seba' plejers barranin, li tista' fil-fatt, terġa' tiżdied, allura ż-żieda tal-kampjonat għal 14-il tim jista' jkun l-uniku mod għal ħafna żgħażagħ li jesperjenzaw dan il-livell, sakemm il-plejer ma jkunx xi stilla. Huwa diffiċli ħafna għal żgħażagħ ta' 19-20 sena bħali (sal-aħħar staġun ma' Luxol St Andrews), u li mhumiex stabbiliti, biex jikkompetu ma' plejers barranin jew lokali ta' 25-30 sena li jkunu stabbiliti, speċjalment fuq livell fiżiku. Probabbilment din hija l-istess fl- isports kollha. L-iżvilupp tal-plejer ħafna drabi jitwarrab għax it-tliet punti li jmiss huma aktar importanti għat- tim. Ovvjament ma nagħtix tort lill-klabbs għal dawn id-deċiżjonijiet għaliex iridu jikkompetu ma' oħrajn, li bl-istess mod, beħsiebhom jirbħu dawk it-tliet punti li semmejt. Iżda sfortunatament dan huwa fattur diskutibbli madwar id-dinja kollha fil- logħba tal-lum. Ftit klabbs jagħtu prijorità lill-iżvilupp tal-plejers żgħażagħ 'il fuq mill-età ta' 18-il sena. Taqbel li hemm differenza ta' livell bejn it-timijiet ta' fuq u dawk ta' taħt fl-Ewwel Diviżjoni? Hekk kif ir-riżultati logħba wara logħba juru, minbarra tim wieħed jew tnejn, lejn it-tieni parti tal-istaġun, ma kienx hemm ħafna differenza fil- kapaċità tat-timijiet li jirbħu l-logħbiet. Jiena nemmen li minbarra l-abbilità, il-mentalità rebbieħa kienet parti mis-suċċess tat-tim tiegħi u tiegħi personali, u rnexxielna nilagħbu futbol intraprendenti f 'kull sitwazzjoni, kemm jekk konna fil-vantaġġ matul il- logħba, kif ukoll jekk konna qed nitilfu matul il-logħba. Taqbel mal-proposta li saret li jkun hemm 11-il plejer barrani f 'tim? Ma naqbilx ma' 11-il plejer fl-għażla tat-tim ta' 18-il plejer, minħabba l-istess raġunijiet mogħtija fil-punt preċedenti fir-rigward tal-14-il tim bħala format tal-kampjonat. Jiena nżid, hekk kif ġara lili fl-istaġun preċedenti ma' Luxol St Andrews, l-iskwadra totali ta' 25 plejer kienet tinkludi aktar minn 15-il barrani, li ħallew ftit wisq spazju għaż-żgħażagħ tal-Luxol, anke waqt logħbiet amikevoli. Jien lgħabt biss total ta' 30 minuta fi staġun sħiħ ta' madwar 40 logħba (x 90 minuta kull waħda, 3,600 minuta totali) matul l-istaġun kollu. Għalhekk id-deċiżjoni tiegħi li nimxu f 'dan l-istaġun. L-istaġun pożittiv li kelli ma' Santa Luċija jikkonferma li d-deċiżjoni li ħadt, kienet waħda tajba. Taħseb li l-barranin li qed jiġu mhux dejjem qed ikunu ta' livell ikkomparati 'Nemmen li l-paċenzja u l-persistenza fil-futbol, iżda wkoll fil-ħajja' Cristian Antony Muscat Jamie Magri Overend - talent żagħżugħ b'futur mill-isbaħ quddiemu fil-futbol u li kien plejer importanti biex Santa Luċija jiksbu promozzjoni storika għall- ewwel darba fil-Kampjonat Premier. Kien plejer importanti biex Santa Luċija jiksbu promozzjoni storika għall-ewwel darba fil-Kampjonat Premier. Huwa talent żagħżugħ b'futur mill-isbaħ quddiemu. Jiġi iben l-eks plejer tat-tim nazzjonali Malti, Jonathan Magri Overend. JAMIE MAGRI OVEREND Jien nemmen li x'aktarx nofs il-barranin li jilagħbu jkunu ta' livell ogħla mill-medja tal-plejers lokali

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 July 2019