Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1146451
fil-fehma tiegħu, "jista' jsir qbil mas-sidien min-naħa tal-Gvern biex jiksibha lura f 'idu." Iżda apparti minn dan is-sit, huwa qal li bini storiku ieħor li jista' jintuża hu dak tal-Palazz tal-Kaptan tal-Galjuni fix-xatt tal-Birgu li wkoll qiegħed jaqa' biċċiet. "Fl-2002 il-Gvern tah lill- privat u kien abbandunat. Il- Gvern jista' dejjem jieħdu lura għax għadu proprjetà tiegħu, u jagħtih lill-AUM jirranġawh u jagħmlu dormitorju fih. Inkunu salvajna wirt storiku u tajnieh skop. Hemm diversi alternattivi li jistgħu jkunu studjati. Jekk il-Gvern u l-AUM ipoġġu madwar mejda, żgur li jsibu postijiet alternattivi fejn nistgħu naqdu l-ħtiġijiet ta' kulħadd," temm jgħid id-Deputat Laburista. 9 Aħbarijiet Il-Ħadd 21 ta' Lulju 2019 | illum X'qalilna s-Sindku tal-Isla? F'kummenti ma' din il-gazzetta, is- Sindku tal-Isla Clive Pulis saħaq illi bħala Kunsill qegħdin jopponu dan l-iżvilupp tad-dormitorju. "L-Isla diġà għandha problema ta' parkeġġ, b'dan il-proġett din se tmur għall-agħar. Aħna formalment oġġezzjonajna dan il-proġett mal-Awtorità tal-Ippjanar," saħaq Pulis. Bħal Bedingfield, Pulis qal ukoll illi dan il-proġett jaf jolqot ukoll mhux biss lis-Senglejani iżda dawk in-nies li jipparkjaw hemmhekk sabiex jaqbdu l-lanċa għall-Belt Valletta. Fl-istess waqt huwa spjega lil din il- gazzetta kif dan il-proġett li x-xogħol fuqu kien beda ftit tax-xhur ilu u waqaf minħabba skoperti storiċi qiegħed jagħti dehra kerha lil-lokalitajiet tal-madwar. "Meta jieqfu t-turisti biex jitilgħu l-Isla jaraw it-tifrik li hemm mix-xogħol. Lanqas biss hu mgħotti. Fil-ġimgħat li ġejjin se nkunu qegħdin inkellmu lill- AUM u nitolbu biex dan is-sit ma jibqax hekk," temm jgħid Pulis. alternattiv għad- Amerikana ta' Malta Tkompli minn paġna 1 Jekk il-Kummissjoni Ewropea tagħżel lill- Ministru Edward Scicluna għall-Kummissarju Ewropew, ikollhom jerġgħu jinfetħu l-kaxxi tas-seba' distrett u sseħħ elezzjoni każwali bil-possibbiltà li kemm l-eks Sindku Rabti Charles Azzopardi u anke Gavin Gulia, Jeffrey Pullicino Orlando u Ian Castaldi Paris ikunu fiċ-ċans li jiġu eletti. Ta' min jinnota wkoll li kull kandidat eliġibbli għall-elezzjoni każwali jrid jiddikjara l-intenzjoni tiegħu u l-ħajra li jikkontesta s-siġġu vakanti. Fil-fatt, il-gazzetta ILLUM ippruvat tagħmel kuntatt ma' Azzopardi biex tistaqsih dwar l-intenzjonijiet tiegħu, jiġifieri jkunx lest li jitfa' ismu f 'każ li l-Kummissjoni Ewropea tagħżel lill- Ministru Scicluna. Minkejja diversi tentattivi, sal-ħin li morna għall-pubblikazzjoni, Azzopardi kien għadu ma weġibx. F'Mejju illi għadda din il-gazzetta kienet żvelat li l-Pulizija qed tinvestiga allegazzjonijiet serji ta' miżapproprijazzjoni, korruzzjoni u nepotiżmu fil-konfront ta' Azzopardi u numru ta' nies qrib tiegħu. Apparti minn hekk f 'Diċembru tas-sena li għaddiet, Azzopardi kien ħareġ jikkritika lill-Partit Laburista wara li dan ma tħalliex jikkontesta l-elezzjoni tal-Kunsill Lokali. Huwa kien qal li ġie magħsur bħal lumija u intrema. Azzopardi kien ukoll mistieden għal intervista fuq l-istazzjon tal-Partit Nazzjonalista, Net TV. Minkejja n-nominazzjonijiet ta' Malta, l-għażla finali hi għad-diskrezzjoni tal- President tal-Kummissjoni Ewropea li issa hi Ursula von der Leyen. Imbagħad l-għażla finali trid tgħaddi mit-test tal-Parlament Ewropew li jiddeċiedi b'maġġoranza japprovax lill- Kummissarji jew le. L-ILLUM kienet żvelat li l-Pulizija qed tinvestiga allegazzjonijiet serji ta' miżapproprijazzjoni, korruzzjoni u nepotiżmu fil-konfront tal-eks Sindku tar-Rabat u numru ta' nies qrib tiegħu. Sorsi li tkellmu mal-ILLUM kienu spjegaw kif bejn is- sena 2014 u l-2017, ġew irreġistrati diversi pagamenti dubjużi minn nies viċin is-Sindku u li qajmu suspett kbir ta' miżapproprijazzjoni ta' fondi pubbliċi u korruzzjoni. Dan kollu kien jirriżulta minn rapport ta' 16-il paġna minn whistleblower fi ħdan il-Kunsill Lokali stess. Il-Pulizija saħansitra marru fil-bini tal-Kunsill Lokali u ħadu xi dokumenti relatati ma' xogħol tal-kunsill. Minkejja dan fir-risposta tiegħu mal-ILLUM, Azzopardi kien insista li biex il-Kunsill ilaħħaq mal-esiġenzi tal-lokalità, bilfors kellu jagħmel użu minn numru ta' direct orders b'numri tal- VAT differenti. Investigat fuq korruzzjoni u jaf jispiċċa fil- Parlament X'kienet żvelat l-ILLUM fuq l-eks Sindku Charles Azzopardi?