Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1159829
12 MAĦBUB minn ħafna, mibgħud minn oħrajn. Imfaħħar minn bosta, ikkritikat minn ħafna oħrajn. Żgur li mhux forsi li Joe Azzopardi magħruf aħjar bħala 'Peppi' huwa bniedem li naqqax ismu fl-istorja televiżiva u l-midja popolari Maltija, bil-programm tiegħu Xarabank issa dieħel fit-23 edizzjoni. Madanakollu nistgħu ngħidu li Peppi sikwit jirċievi kritika qawwija minħabba l-programmi kontroversjali tiegħu. Uħud jgħidu li l-programm jaġevola lil min ikun hemm fil- Gvern, oħrajn jgħidu li jonqos mill-etika u oħrajn jgħidu li missu ilu li spiċċa u oħrajn jgħidu li hu programm medjokri u li fih ma ssirx diskussjoni kif għandha tkun. Din il-ġimgħa l-ILLUM marret f 'ras il-għajn u f 'intervista bla kantunieri u mill-aktar skjetta, staqsiet lil Peppi fuq il-kritika li jiffaċċja Xarabank, il-każ Liam Debono u l-futur tal- programm. 'L-elitisti ma jaħmlux li f 'Xarabank jitkellmu n-nies' Nibda din l-intervista b'mistoqsija diretta. Xarabank ilu għaddej 23 sena. Ma taħsibx li laħaq id-data ta' skadenza tiegħu? Peppi jkun pront jisħaq, "jien dejjem għidt li nieqaf minn Xarabank meta n-nies ma jibqgħux jarawh. Minkejja li għaddew 22 sena n-nies baqgħu jsegwuna u għadna niġu l-ewwel jew it-tieni fl-istħarriġ televiżiv. Fuq l-internet b'saħħitna ħafna wkoll. L-aħħar żewġ stejjer li kellna fis-sajf kellhom 'il fuq minn 120,000 'hit'. Konvint li Xarabank ma skadiex għax il-ħin kollu jinbidel," qal Azzopardi. Ma' din il-gazzetta Peppi jisħaq li mhux veru li l-programm dejjem jitratta l-istess suġġetti. "Mhux veru nagħmlu l-istess suġġetti, iżda ċertu programmi tant kemm jagħmlu impatt fuq in-nies li jibdew jaħsbu li ilna nagħmluhom. Eżempju jgħidu li għamilna ħafna programmi fuq il-każ ta' Ġiġa, meta fil-verità kulm'għamilna hu tliet programmi," qal il-preżentatur. Nistaqsih jekk Xarabank mingħajr Peppi jibqax Xarabank. Huwa jirrispondi u jgħid, "Xarabank jgħaddi mingħajr Peppi imma ma jgħaddix mingħajr in-nies li jieħdu sehem fih għax huma n-nies li jagħmluh. L-elitisti ma jaħmlux li f 'Xarabank jitkellmu n-nies li jgħaddu minn esperjenzi varji." Skontu l-elitisti riedu li jibqgħu jitkellmu biss l-esperti. "Xarabank jhedded lil dawn l-elitisti li kienu jħossuhom orakli," sostna Azzopardi. U Mark Lawrenze Zammit se jkun qiegħed jeħodlu postu? Fuq din Azzopardi jibda biex jgħid li, "importanti li tbiddel mhux biss is- suġġett iżda anke n-nies. Lil Mark il- ħin kollu ngħidlu biex inħeġġu iżda huwa jżomm lura, għandi fiduċja kbira f 'Mark u fil-verità jista' jkun aħjar minni," qal il-preżentatur. Apparti minn dan, mal-ILLUM huwa jistqarr li jixtieq li jagħmel proġetti oħra f 'ħajtu u li fil-fatt bħalissa qiegħed jikteb dramm politiku li skontu fih ħafna intriċċi, dilemmi politiċi u ġurnalistiċi u li f 'ċertu sens se jkun qed joħroġ l-aspett uman tal-politiċi. 'Il-midja ddemonizzat lil Liam Debono' Naqilbu daqsxejn id-diskors u nitkellmu dwar żewġ episodji partikolari li tefgħu lil Xarabank f 'nofs kontroversja. Il-programm li fih ġew intervistati diversi priġunieri u l-intervista li qatt ma xxandret ma' Liam Debono. Fid-dawl ta' dawn nistaqsih jekk jaħsibx huwiex ġust li donnu Xarabank dejjem jieħu n-naħa tal- aggressur u mhux tal-vittma u jekk jaħseb li dawn il-każijiet għandhomx jibqgħu l-Qorti u mhux jispiċċaw diskussi waqt il-programm. Huwa jirrispondi u jgħid, "Xarabank jagħti spazju lil kulħadd. Hekk twieled u hekk baqa' jgħix. Xarabank huwa differenti għax jagħti poter lin-nies. F'dan il-każ kellna d-direttur tal-ħabs u quddiemu xi priġunieri li staqsew u ddiskutew miegħu. Jiġifieri għax qegħdin il- ħabs m'għandhomx dritt jitkellmu?" staqsa Azzopardi. Żied jgħid li, "għal dawk li jgħidu li Xarabank ma jagħtix kas il- vittmi għamilna ħafna programmi mal-vittmi, saħansitra ġieli kellna l-Pulizija jieħdu t-telefonati tal- pubbliku f 'xandira diretta fuq delitti mhux solvuti." Fuq il-każ ta' Liam Debono, Azzopardi kellu kliem iebes għall- midja u d-deċiżjoni tal-Qorti li waqqfet l-intervista minħabba li l-każ kien sub judice. Skontu Debono ġie ddemonizzat mill-midja u qal li spiċċa ħati minn qabel ma beda jinstema' l-każ fil- Qorti. "Liam Debono huwa vittma tal- kundizzjoni mentali tiegħu. Hi oxxenità li meta nqabad l-ewwel darba jsuq bla liċenzja, il-Qorti iddeferixxiet il-każ. Mhux talli hekk, tallli ngħata l-ħelsien mill-arrest u reġa' nqabad isuq." Skont Azzopardi l-każ ta' Liam Debono jixhed problema ċara fis- sistema ġudizzjarja tagħna. "Għandna sistema vendikattiva, moħħha biex nikkastigaw. Kien ikun aħjar kieku l-ewwel darba li nqabad isuq Liam Debono, sab tim ta' persuni sabiex jgħinuh jifhem il-perikli u joffrulu alternattivi bħal pereżempju; sewqan virtwali jew inkella kien imressaq biex jistudja l-mekkanika fl-MCAST. Kieku ġara hekk, Simon Schembri mhux se jibqa' jbati konsegwenzi ta' wġigħ kbir fiżiku u emozzjonali," saħaq Azzopardi. Huwa kompla jgħid li l-każ ta' Liam Debono jeħtieġ narawh mill-aspett wiesa' tiegħu. "Debono trabba f 'ċirkostanzi iebsin. Kellu l-problema tad-drogi fil-familja tiegħu, u jbati wkoll minn problemi ta' saħħa mentali." Nagħmillu mistoqsija oħra. Liam Debono ngħata l-libertà proviżjora u reġa' nqabad isuq, dan ma taħsibx li hu rasu iebsa u li ma tgħallem xejn? Ma tbiddillekx l-opinjoni fuqu? Huwa jirrispondi u jgħid, "le ma biddlitlix l-opinjoni għaliex dak kellu jibqa' ġewwa l-ewwel darba u jingħata l-għajnuna meħtieġa," jgħid Peppi. Fuq l-argument li ċertu każijiet għandhom jibqgħu fil-Qorti u mhux Intervista illum | Il-Ħadd 25 ta' Awwissu 2019 Ritratt: James Bianchi lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter Ilna narawh fuq it-televiżjoni lokali għal snin twal. Imexxi programm li jarawh l-eluf. Imma min iħobbu u jammirah u min ma jilħux pinġut. L-ILLUM tiltaqa' ma' Peppi Azzopardi u tistaqsih dwar l-ambjent, Xarabank, Liam Debono, l-immigrazzjoni u aktar 'Qatt ma kelli ndħil politiku f 'Xarabank… Ngħidu li Malta full- up imma mbagħad, immaġina ġo nofs dik id-dgħajsa jqum immigrant u juri li għandu miljun ewro, kieku mill-ewwel jiġu ta' Henley and Partners jgħabbuh fuq id- dgħajsa