Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1159829
11 Aħbarijiet illum | Il-Ħadd 25 ta' Awwissu 2019 Minn Liam Carter FILĠURNATA tal-Ħamis bejn il-ħin ta' 12:00pm u t-3:00pm, huwa l-aktar ħin fil-ġimgħa li jsiru aċċidenti tat-traffiku. Ċifri ġodda li ġew ippubblikati din il-ġimgħa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO), juru li fl- ewwel sitt xhur tas-sena 2019, jiġifieri minn Jannar sa Ġunju li għadda, ġew irrapportati 7,474 aċċident tat-traffiku. Ftit aktar minn nofs din il-figura ta' aċċidenti kienu rrapportati fl-aħħar tliet xhur tas-sena jiġifieri bejn April u Ġunju. Skont l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar tliet xhur tas-sena, l-akbar ammont ta' aċċidenti seħħew nhar ta' Ħamis b'606 aċċidenti f 'din il-ġurnata tal-ġimgħa. Apparti minn hekk jidher li l-aktar ħin tal-ġurnata li seħħew aċċidenti kienu bejn 12:00pm u t-3:00pm, b'841 aċċident jew 22% tat-total kollu tal-aċċidenti li seħħew f 'dan il-perjodu. Dan kien segwit mill-ħin ta' bejn id-9:00am u 12:00 pm. Min-naħa l-oħra, l-anqas numru ta' aċċidenti seħħew fil-ħin ta' bejn it-3:00am u s-6:00am b'total ta' 73 każ. Ta' min jinnota wkoll li l-akbar ammont ta' aċċidenti jidher li seħħu fid-distrett tat- Tramuntana tal-Port il-Kbir, hekk kif hawnhekk b'kollox seħħew 2,780 aċċident. L-ogħla numru ta' aċċidenti tat-traffiku ġew irreġistrati f 'Birkirkara b'312-il każ. Ħal Qormi u San Pawl il-Baħar isegwu b'215 u 178 aċċident rispettivament. Skont l-istess ċifri jidher li meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena l-oħra n-numru totali ta' aċċidenti tat-traffiku naqsu b'0.5%. Ġie rreġistrat tnaqqis ukoll fin-numru ta' diżgrazzji relatati ma' aċċidenti tat- traffiku li b'kollox, naqqsu b'10.4% jew inkella b'421 persuna. Tul l-istess perjodu kien hemm 50 sewwieq, 13-il passiġġier u 22 persuna fit-triq li weġġgħu gravi. Tlieta mis-sewwieqa u tlieta mill-passiġġiera tilfu ħajjithom f 'dawn l-aċċidenti. Madanakollu, in-numru ta' fatalitajiet kaġun ta' aċċidenti tat-traffiku kienu tlieta anqas minn dawk irreġistrati fl-istess parti tas-sena 2018. Minn dawn kollha l-maġġoranza kienu aċċidenti li jinvolvu karozzi privati u muturi. L-akbar numru ta' aċċidenti ta' traffiku jseħħu nhar ta' Ħamis bejn 12:00 u t-3pm Minn Yendrick Cioffi ILKORP tal-Pulizija kkonferma dak li rrapportat il-gazzetta ILLUM nhar il-Ħadd li għadda, jiġifieri li l-aċċess għall-iscrapyard tal-Pulizija f 'Pembroke huwa wieħed pubbliku minħabba l-fatt li joffri l-uniku aċċess għaċ-Ċentru tar-Riżorsi San Miguel. Il-Ħadd li għadda, l-ILLUM ippubblikat ritratti ta' dak li wieħed isib fl-iscrapyard tal-Pulizija f 'Pembroke wara li rnexxielha tidħol qisu xejn mhu xejn u mingħajr ħadd ma waqqafha. L-ILLUM irrapportat dwar il- periklu u n-nuqqas ta' sigurtà f 'din l-iscapyard li fiha jkun hemm vetturi soġġetti għall- investigazzjonijiet u inkjesti anke jekk f 'każi żgħar, bis-Sindku ta' Pembroke, Dean Hili, ukoll jappella biex tittieħed azzjoni. Iżda jidher li s-sitwazzjoni se tkun qed titranġa. Fid-Dritt ta' Risposta, il-Korp tal-Pulizija insista li għaddejjin diskussjonijiet mal- awtoritajiet biex tinstab alternattiva għall-aċċess taċ-Ċentru tar-Riżorsi San Miguel (parti mill-kulleġġ Santa Klara), li joffri għadd ta' servizzi u edukazzjoni lil studenti b'diżabilità. Meta dan iseħħ, il-Pulizija saħqet li tkun f 'pożizzjoni li timplimenta miżuri ta' aċċess sikur għall- imsemmi lok. Sakemm l-aċċess ma jinbidilx, l-iscrapyard tal-Pulizija ma tistax tkun magħluqa, insistiet il-Pulizija. L-ILLUM għaliex marret f 'din l-iscrapyard? Il-gazzetta ILLUM marret f 'din l-iscrapyard wara rapporti li n-nirien li ħakmu żoni f 'Pembroke fl-ewwel ġimgħa ta' dan ix-xahar, bdew propju minn dan il-lok. L-ILLUM ftit li xejn sabet sinjali ta' ħruq ħlief f 'żona mimlija ħaxix u siġar fuq in-naħa ta' wara, viċin iċ-Ċentru tar-Riżorsi San Miguel li fis-6 ta' Awwissu kellu jiġi evakwat. Jekk ħruq ftit li xejn kien hemm, l-ILLUM innutat il-periklu li hemm f 'dan l-iscrapyard li huwa l-uniku aċċess għal din l-iskola. Biċċiet tal-ħadid, karozzi msadda, bini żdingat u ħġieġ imkisser huma ftit mill-affarijiet mixħuta bl- addoċċ. Minkejja dan, kif spjegat aktar qabel, l-aċċess huwa wieħed pubbliku, bl-ILLUM jirnexxielha tidħol u ddur l-iscrapyard mingħajr ħadd ma waqqafha. Fil-fatt, ma kien hemm l-ebda preżenza tal-Pulizija. X'kien qal is-Sindku? Is-Sindku Dean Hili wkoll kien wera t-tħassib tiegħu dwar l-iscrapyard waqt li saħaq li ma jħossx li hu xieraq li "ċimiterju tal- karozzi" jispiċċa l-uniku aċċess għal skola. Hili saħaq li "suppost dan ikun magħluq u miegħu jkun hemm l-għassa." Insista li xi drabi anke klieb ikun hemm jiġru mingħajr ċinga fih u dwar dan il-Kunsill Lokali kemm-il darba rrapporta. Il-Pulizija jikkonfermaw li l-aċċess għall- iscrapyard f 'Pembroke huwa wieħed pubbliku Fuq: Uħud mill-vetturi fl-iscrapyard Xellug): it-tabella taċ-Ċentru San Miguel tindika li l-uniku aċċess għall-iskola huwa l-iscrapyard Wara l-artiklu tal-gazzetta ILLUM, il-Korp tal-Pulizija jisħaq li sakemm l-iscrapyard jibqa' l-uniku aċċess għall-iskola San Miguel, minkejja l-perikli, l-aċċess ma jistax jingħalaq B'referenza għall-artiklu tal-gazzetta li deher f 'paġni 8 u 9, kif ukoll fuq is-sit, il-Korp tal-Pulizija jixtieq jikkjarifika li l-aċċess għall-imsemmi lok huwa tabilħaqq wieħed pubbliku, peress li din it-triq pubblika tagħti aċċess għall-iskola li tinsab fl-akwati u għaldaqstant ma tistax tkun magħluqa. Il-Korp tal-Pulizija bħalissa jinsab għaddej f 'diskussjonijiet mal- awtoritajiet sabiex tinstab alternattiva għall-aċċess tal-iskola u b'hekk il- Korp ikun jista' jimplimenta miżuri ta' aċċess sikur għall-imsemmi lok. It-tweġiba mibgħuta mill-Korp tal-Pulizija lill-gazzetta ILLUM