Illum previous editions

ILLUM 25 August 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1159829

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 31

29 Il-Ħadd 25 ta' Awwissu 2019 | illum Sports SEBI Stellini - talent żagħżugħ fil-waterpolo lokali fejn jimmilita kemm ma' Neptunes kif ukoll mat- tim nazzjonali ta' taħt is-17-il sena. F'din l-intervista, se nkunu qed insiru nafuh aħjar. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il- waterpolo? Minn età żgħira ħafna, kont espost għall-waterpolo, billi missieri, iz-ziju tiegħi u n-nannu, kollha lagħbu l-waterpolo. Aħna familja twelidna fil-logħba tal-waterpolo fil-klabb tan- Neptunes. X'tikkummenta fuq ir-riżorsi (pixxina) li fihom titħarrġu u tilagħbu f 'Malta? Hemm bżonn ta' aktar pixxini. Fix-xitwa, il-klabbs kollha jitħarrġu f 'pixxina waħda. M' hemmx biżżejjed spazju għal kulħadd, u xi drabi l-ħin ikun limitat. Ikun sabiħ ukoll kieku l-pixxini jkunu fil-magħluq għax fix- xitwa l-bard jinħass. X'sagrifiċċji jinvolvi li tkun plejer tal-waterpolo? Taħriġ kulljum - sajf u xitwa - bard jew sħana. Fis-sajf darbtejn kuljum biex nitħarrġu sew għall-kampjonat. Sagrifiċċji jinkludu li toqgħod lura minn ħruġ mal-ħbieb qabel xi logħba, u tqum kmieni biex titħarreġ. Kif jirnexxilek tlaħħaq mat-taħriġ, l-istudju u mal-waterpolo? Importanti illi tkun organizzat, u tkun kapaċi tqassam il-ħin tiegħek sew. Fil-ħin tal-istudju trid tkun ikkonċentrat biex imbagħad tkun moħħok mistrieħ fil-ħin tat-taħriġ. Kif tiddeskrivi l-aħħar staġun tiegħek ma' Neptunes kemm għalik personali u anki bħala tim? Fl-istaġun li għadda n-Neptunes rebħu kollox. Kellna sena tajba ħafna. Jien kont parti mit-timijiet tal-under15, under 17 u under 20. Fit-tliet kampjonati, in-Neptunes tilfu logħba waħda biss. Konna tassew b'saħħitna! Qbilt mas-sistema tal-play-offs? Il-play-offs huma mod kif il- klabbs il-kbar jistgħu jagħtu ċans lill-plejers żgħażagħ, fl-ewwel parti tal-kampjonat. Meta mbagħad jiġi l-logħob iebes tal-play-offs, il-klabb għandu jkun lest biex jagħti l-aħjar tiegħu. Tixtieq u tqis li fil-futur tissejjaħ mill-kowċ Karl Izzo biex imbagħad tifforma parti mit-tim nazzjonali Malti tal-kbar? Bħalissa nifforma parti mit-tim nazzjonali tal-under 17. Hija xi ħaġa sabiħa li wara dak it-taħriġ kollu, jekk wieħed ikollu staġun tajba jissejjaħ mill-kowċ nazzjonali. Huwa ta' unur ukoll li wieħed jilgħab għal pajjiżu. Għaddi messaġġ lil dawk it-tfal u żgħażagħ li bħalek jixtiequ jagħmlu karriera fil-waterpolo. Huwa importanti li jeħduh bis- serjetà. Il-waterpolo huwa sport sabiħ ħafna, li jeħtieġ li wieħed ikun iddedikat u jitħarreġ bis-serjetà. L-isport innifsu huwa tajjeb ukoll biex iżommok b'saħħtek u titgħallem kif tilgħab ġo tim, u mhux waħdek. 'Il-waterpolo huwa utli biex iżommok b'saħħtek u titgħallem kif tilgħab ġo tim, u mhux waħdek' minn Cristian Antony Muscat Hemm bżonn ta' aktar pixxini. Fix- xitwa, il-klabbs kollha jitħarrġu f'pixxina waħda. M' hemmx biżżejjed spazju għal kulħadd Sebi Stellini

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 25 August 2019