Illum previous editions

ILLUM 25 August 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1159829

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 31

Sports 25 JAKE Bonavia - talent żagħżugħ fil-waterpolo lokali fejn jilgħab ma' San Ġiljan ASC u mat-tim nazzjonali ta' taħt is-17-il sena. Fil-jiem li għaddew kien wieħed mill-aqwa plejers għal pajjiżna speċjalment bil-gowls importanti li skorja waqt il-Kampjonati Ewropej ta' taħt is-17-il sena li saru fi Tbilisi f 'Georgia. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-waterpolo? Meta kelli tmien snin kont qiegħed nara tfal oħra qed jagħmlu t-taħriġ u lili għoġobni u għalhekk inżilt nilgħab magħhom. Bil-mod il-mod bdejt nitħarreġ u maż-żmien iktar għoġobni l-waterpolo u għalhekk illum wasalt fejn wasalt. X'tikkummenta fuq ir- riżorsi (pixxina) li fihom titħarrġu u tilagħbu f 'Malta? Ovvjament fejn ir-riżorsi ta' barra minn Malta, il- pixxina tagħna ma tantx tikkompeti magħhom u għalhekk dejjem tista' tkun aħjar. Kif nafu kulm'hawn pixxina waħda u l-klabbs kollha jridu jitħarrġu hemmhekk u allura t-taħriġ kulma jdum siegħa u kwart fejn klabbs ta' barra jitħarrġu madwar tliet sigħat kuljum. X'sagrifiċċji jinvolvi li tkun plejer tal-waterpolo? Meta tkun plejer tal- waterpolo, trid tagħmel ħafna sagrifiċċji. Għandek taħriġ darbtejn kuljum jew aktar, trid tlaħħaq mal-istudju wkoll, ma tistax ma torqodx ħin biżżejjed biex tistrieħ u għalhekk ħafna mill-plejers tal-età bejn it-18 u l-20 sena jieqfu għax ma jkunux iridu jagħmlu dawn is-sagrifiċċji. Kif tiddeskrivi dan l-istaġun tiegħek ma' San Ġiljan kemm għalik personali u anki bħala tim? L-istaġun tiegħi ma' San Ġiljan din is-sena s'issa kien wieħed tajjeb u impenjattiv. Qiegħed niġi magħżul mat- tim tal-kbar b'mod regolari issa u jien vera ferħan b'dan u speċjalment li nitħarreġ ma' plejers barranin ta' kwalità, kif ukoll mal-aqwa plejers fix-xena lokali. Ovvjament nilgħab ukoll mat-tim tal-U17 kif ukoll ma' dak tal-U20 li sejrin tajjeb fil-kampjonat. Bħala tim tal-kbar issa fadlilna nilagħbu l-play-offs u jien ċert li ħa mmorru tajjeb f 'dawn il-logħob li ġejjin. Iddeskrivi l-esperjenza li kellkom flimkien mat-tim nazzjonali ta' taħt is-17-il sena f 'Cagliari. L-esperjenza li kellna f 'Cagliari mat-tim nazzjonali Malti kienet waħda mill- aħjar għaliex aħna lgħabna mal-aqwa timijiet ta' daqsna li hawn fl-Ewropa, bħall- Italja, il-Montenegro, Spanja u oħrajn. Rajna x'għandna bżonn nagħmlu biex intejbu u nilħqu l-livell ta' dawn it-timjiet kif ukoll rajna kontra min ħa nilagħbu u ma' min stajna niltaqgħu f 'Georgia għall-European Championships. X'tikkummenta fuq it- tragward storiku li ksibtu fil-Kampjonati Ewropej ġewwa Tbilisi fil-Georgia? Il-Georgia aħna ġejna bl-iskop li nirbħu kontra t-Turkija fil-grupp ħalli niksbu t-12-il post żgur u li tkun xi ħaġa storika għal Malta. L-ewwel logħba kienet kontra l-Italja u huma wrew il-livell tagħhom kontrina meta rebħulna 20-4. It tieni partita kienet kontra t-Turkija fejn aħna spiċċajna bl-iskor ta' 12-8 u hemmhekk aħna ġibna li ridna. Dik il-logħba aħna żammejna l-livell tagħna u dejjem konna qed nirbħu fejn l-aħħar sessjoni kienet waħda importanti ħafna għalina fejn irbaħna bl-iskor ta' 2-0. Min-naħa l-oħra, kontra r-Russja aħna wrejna li tassew nistgħu nilagħbu ma' kulħadd. Għalkemm aħna l-aħħar sessjoni dħalna nitilfu 12-8 aħna skurjana erba' gowls f 'erba' minuti imma mbagħad tlifna l-logħba meta skurjawlna żewġ gowls fl-aħħar. Għalija din kienet esperjenza mill-isbaħ fejn lgħabt kontra plejers li fil- futur se jkunu fost l-aqwa fid-dinja. Kienet ukoll esperjenza li tgħallimt ħafna minnha. Taqbel mas-sistema tal- play-offs? Le, jiena ma naqbilx mal- play-offs għalkemm din is- sena ġiet favur it-tim ta' San Ġiljan. Ma naqbilx għaliex fl-opinjoni tiegħi, kampjonat jintrebaħ mit-tim li jkollu l-aħjar staġun u mhux minn dak li jkollu l-aħħar ftit logħob tajbin. Tixtieq u tqis li fil-futur tissejjaħ mill-kowċ Karl Izzo biex imbagħad tifforma parti mit-tim nazzjonali Malti? Jien naħseb li għal kull plejer li jitħarreġ fil- waterpolo, ix-xewqa tiegħu tkun li jifforma parti mit-tim nazzjonali. Fil-futur, jien nixtieq li jkolli din l-opportunità imma naħseb li għad irrid naħdem iktar. Għaddi messaġġ lil dawk it tfal u żgħażagħ li bħalek jixtiequ jagħmlu karriera fil- waterpolo. Il-waterpolo huwa sport interessanti ħafna li żgur ħa jogħġobkom, jagħmel ħafna ġid kemm fiżikament kif ukoll mentalment, għaliex tkun qed titħarreġ minn kowċis mill-aħjar u anke ma' plejers mill-aqwa. Il-Ħadd 25 ta' Awwissu 2019 | illum 'Kienet esperjenza mill-isbaħ meta lgħabt kontra plejers li fil-futur se jkunu fost l-aqwa fid-dinja' Cristian Antony Muscat Jake Bonavia

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 25 August 2019