Illum previous editions

ILLUM 25 August 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1159829

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 31

Sports 26 illum Il-Ħadd 25 ta' Awwissu 2019 'Il-partitarji ta' Gudja United jistgħu jkunu żgħar n-numru iżda għandhom qalb kbira' minn Cristian Antony Muscat MATTHEW Xerxen - goalkeeper b'esperjenza wiesgħa kemm fil- futbol lokali kif ukoll fil-futsal lokali fejn b'abilità jiddefendi l-lasti ta' Gudja United li matul dan l-istaġun qed jikkompetu fil- Kampjonat Premier għall-ewwel darba, wara li kisbu promozzjoni storika matul l-istaġun li għadda. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol? Kelli 11-il sena meta bdejt nipprattika l-futbol. Bdejt man- nursery ta' St Georges u magħhom għamilt tliet snin. Minn dejjem kien jogħġobni r-rwol ta' goalkeeper u kont nagħmel li nista' biex naqdi dmiri sew. Ta' 14-il sena mort ma' Gudja United fejn komplejt niżviluppa l-ħiliet tiegħi bħala goalkeeper. Kif tista' tiddeskrivi l-esperjenza tiegħek ma' Gudja United? Il-Gudja hu raħal twelidi u tista' tgħid li ili 20 sena nservi lill-klabb. Kelli memorji sbieħ f 'dan iż-żmien għalkemm kien hemm ukoll it- tlugħ u nżul ukoll. Minkejja kollox irnexxielna nagħmlu l-qabża fil-kwalità u mis- sena l-oħra rnexxielna li mit-Tieni Diviżjoni nagħmluha saħansitra sal-kampjonat Premier, xi ħaġa li l-poplu tal-Gudja kien ilu jistenna. Int kont qed tkun il-goalkeeper regolari? Le ma lgħabtx daqshekk regoalari minħabba li mal-ewwel ħdax kien qed jibda l-goalkeeper l-ieħor Jonathan Debono. Minkejja kollox ma nħossx li hemm rivalità bejnietna minħabba li naraw lil xulxin bħala kollegi aktar milli rivali. Int kont tilgħab ukoll il-futsal? X'tiftakar minn din l-esperjenza? Niftakar li bdejt il-futsal ma' Mario Vella u kont nilgħab mal- Bidnija. Niftakar li konna rbaħna l-kampjonat u anke l-kompetizzjoni Knock-Out. Ftit tax-xhur wara konna magħrufa bħala Balzan FC u hemm ukoll komplejt ma' Mario Vella. Dan tal-aħħar kien ingħaqad ma' Luxol FC u jien segwejtu wkoll f 'din l-avventura. Magħhom irbaħt tliet kampjonati, erba' kompetizzjonijiet knock-out u erba' Super Cups. X'ħassejt meta ġejt imsejjaħ biex tilgħab mat-tim nazzjonali tal- futsal? Kont ferm onorat li ġejt magħżul sabiex nirrappreżenta lil pajjiżi. Bħala kowċ kellna lil Peter Pullicino dak iż-żmien. Ħdimt ukoll ma' Mark Marlow. Nista' ngħid li kienet esperjenza sabiħa li nilgħab għal Malta tant li kienet xi ħaġa eċċezzjonali li ħadt sehem fil-logħob ta' kwalifikazzjoni għall-kampjonat Ewropew. Konna lgħabna mal-Bulgarija u l-Ingilterra u dawn kienu mumenti li nibqa' ngħożżhom mhux ħażin. X'differenza hemm bejn goalkeeper tal-futsal u ieħor tal-futbol? Kif taf il-futsal hija logħba dinamika u għalhekk trid toqgħod dejjem attent għal dak li jista' jinqala'. Fuq kollox trid tara li bħala goalkeeper tagħlaq iktar saqajk u ma taqax mal-art meta l-attakkant jiġi wiċċ imb wiċċ miegħek. Din it-teknika qed issir popolari anke fil-futbol minħabba s-sitwazzjoni ta' wieħed kontra wieħed. Semmejt il-futbol. Dan l-isport huwa kompletament differenti mill-futsal għax anke l-grawnd huwa ikbar u hawn għandek ċans tieħu l-ħin tiegħek. Imma taħseb li tista' tilgħabhom f 'daqqa? Iva tista' tilgħabhom fl-istess żmien iżda mhux ideali għax għandek tattiċi differenti. Xi jfisser għalik il-president ta' Gudja United Duncan Borg Myatt? Ifisser ħafna għax qajjem lil Gudja United u tellgħu f 'postijiet ferm prestiġġjużi. Kienet proprju dik is-sena meta t-tim kien ser jiġi relegat iżda hu għamel li kellu jagħmel u b'għaqal kbir ġab żewġ akkwisti tajbin u tista' tgħid li f 'żewġ staġuni tlajna mit-tieni diviżjoni sal-kampjonat Premier li jfisser l-ogħla kategorija tal-futbol Malti. Din kienet l-ewwel darba li dan il-klabb tela' daqshekk. Kien hemm ċans li din il-ħaġa sseħħ lura għas- snin disgħin iżda dakinhar Gudja kienu tilfu bil-penalties kontra Żebbuġ Rangers. In-nies tal-Gudja jinsabu ħerqana sabiex jagħtu l-appoġġ tagħhom lil dan it-tim fil-Premier. U xi tgħidli dwar il-kowċ Josef Mansueto? Josef Mansueto huwa kowċ intelliġenti u kien kapaċi jgħaqqad il-grupp bl-aqwa mod possibbli. Taqbel li jiżdiedu n-numru ta' plejers barranin f 'tim? Jien naħseb li kif inhi bħalissa biżżejjed. Wara kollox irid ikun hemm sors ta' plejers Maltin jilagħbu. Hu forsi għalhekk li l-livell tal- kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni żdied mhux ħażin għax kien hemm ħafna Maltin li niżlu f 'din il-kategorija sabiex jilagħbu aktar b'mod regolari. Iżda ma taħsibx li ċerti plejers barranin huma inferjuri għall- Maltin? Iva ċertu klabbs jużaw plejers barranin minflok Maltin u mhux dejjem ikun hemm livell tajjeb. X'jidhirlek mill-grawnds fejn tilagħbu fihom? Naħseb li l-grawnds fejn nilagħbu huma tajbin, b'mod partikolari Centenary Stadium li għandu turf veru tajjeb. Xi tgħidli dwar il-kontroll tar- referis? Naħseb li l-livell tar-referis għola, kiber u ġie tajjeb. Kif qed tħares lejn il-kampjonat Premier? Żgur li hemm bżonn xi rtokki hux hekk? Il-kumitat qed jaħseb sabiex isaħħaħ l-iskwadra u jkollna tim superjuri sabiex nagħmlu dik il- qabża fil-kwalità. Biss biss irridu nżidu n-numru ta' barranin minn tliet għal mill-inqas sebgħa. Madankollu nemmen li l-president u l-kowċis tagħna jafu x'għandhom jagħmlu. Taqbel mal-14-il tim fil-kampjonat Premier? Naħseb li huwa ammont tajjeb ta' timijiet minħabba li jtik iċ-ċans tilgħab kontra avversarju differenti. Kemm jgħinek il-goalkeeper Jonathan Debono? Aħna nitkellmu ħafna flimkien u jien ngħinu ħafna peress li aktar minnu. Nara li Jonathan huwa goalkeeper tajjeb ħafna. Qisna żewġt iħbieb u nkunu qrib ħafna ta' xulxin. X'ser ikun il-futur tiegħek fil- futbol? Għadni xi ftit inċert x'jista' jiġri. Nixtieq li nibqa' nilgħab ftit ieħor. Fl-istess ħin għandi xewqa li nibda nikkowċja lill-goalkeepers. Nixtieqek tgħaddi messaġġ lill- partitarji ta' Gudja United. Il-partitarji tagħna jistgħu jkunu żgħar fin-numru iżda kif jgħidu għandhom qalb kbira. Huma jagħmlu kollox għall-klabb tagħna. Jien inħeġġeġ aktar nies jingħaqdu magħna ħalli nkunu iktar numerużi. Matthew Xerxen

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 25 August 2019