Illum previous editions

ILLUM 25 August 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1159829

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 31

ILLEGALI iżda reali. Din il- gazzetta tista' tkompli tiżvela dettalji dwar il-produzzjoni illegali ta' steroids anaboliċi f 'Malta. Sorsi viċin din l-industrija illegali żvelaw mal-ILLUM dettalji ġodda u esklussivi dwar il- produzzjoni metikoluża tal- isteroids illegali li jinbiegħu forma ta' pilloli. Jidher li l-pilloli li qed jiġu mmanifatturati b'mod illegali huma: Dina-balls, Stanazolol u Anavar. Il-proċess jibda billi l-isteroids jaslu f 'Malta forma ta' trab. Dawk li jkunu se jiġu injettati jitħalltu maż-żejt u jissaħħnu f 'temperatura partikolari. It-taħlita tiġi mxarrba b'binder li jgħaqqadha flimkien. Wara dan il- pass, it-taħlita tidħol ġo magna (ara l-istampa) li fiha tifforma l-pirmla. Ta' min jinnota li din il-magna hi l-istess waħda li biha jiġu mmanifatturati l-pilloli tal-ecstasy. Il-magna qed tinxtara minn ċertu siti fuq l-internet u tintbagħat f 'Malta f 'erba' partijiet separati. Kull primla tiġi tiswa 2ċ iżda tinbiegħ 50ċ L-ILLUM tinsab informata wkoll li l-produzzjoni ta' kull pillola finalment, tiġi tiswa bejn 2ċ jew 3ċ. Dawn finalment jinbiegħu għal 40ċ jew 50ċ u jinbiegħu f 'pakketti ta' 100 pillola għal €40 jew €50. Id-doża li tingħata hi ta' bejn ħames u 10 pilloli kull ġurnata u kull bott iservi għal bejn 10 u 20 ġurnata, biċ-ċiklu ta' dawn l-isteroids idum bejn tlieta u erba' xhur. Ġimagħtejn ilu din il- gazzetta bdiet tiżvela l-operazzjoni ta' diversi laboratorji illegali li qed jimmanifatturaw steroids anaboliċi. Sorsi li tkellmu ma' din il-gazzetta spjegaw fid- dettall li l-aktar drogi komuni huma: Sustanon, Nandrolone Decatonate, Trenbolone Acetate u Testosterona Cyponate. Dawn qed jiġu mmanifatturati f 'laboratorji illegali u mibjugħa f 'dożi ta' 10ml għall-prezz ta' €35. Dawn tal-aħħar huma differenti għaliex minflok jinbelgħu jiġu injettati direttament ġol-muskoli. Madanakollu, sorsi li tkellmu ma' din il-gazzetta spjegaw li dawn il-pilloli huma aktar attraenti minn dawk l-isteroids li jittieħdu b'siringa u li dawn id-drogi mhumiex limitati għall-atleti iżda għall- pubbliku ġenerali li jkun irid jidher sabiħ malajr. L-ILLUM tfakkar ukoll li kif konna ktibna ġimagħtejn ilu, is-suq għal dawn id-drogi tant huwa kbir li apparti li jinbiegħu f 'Malta, dawn qed ikunu wkoll esportati f 'pajjiżi barra minn xtutna b'servizz ta' courier express fosthom lejn Sqallija, il-Ġermanja u Ċipru. Jidher ukoll li dan is-suq qiegħed dejjem jikber. L-istess sorsi saħqu li hawn kultura wiesgħa ta' fissazzjoni fuq l-aqwa forma fiżika possibbli. Fid-dawl ta' dan, dawn id-drogi jidher li qed joffru soluzzjoni rapida u ta' ftit flus. Ta' min jerġa' jfakkar li kif ktibna fl-aħħar rapport, dawn l-isteroids iġorru magħhom lista twila ta' perikli fosthom ħsara kbira lill-kliewi, lill- fwied u fuq il-qalb. 'L-awtoritajiet qed idawru wiċċhom' Ta' min jinnota li l-bejgħ u l-użu ta' dawn id-drogi mingħajr riċetta tat-tabib huwa illegali u jġorr miegħu piena ta' ħabs. Minkejja dan kollu, nies fid-dinja tal-kultura fiżika stqarru li l-awtoritajiet ma jqisux lil dawn id-drogi fl-istess livell ta' drogi oħra bħal kokaina, eroina u pilloli ecstasy. Minkejja dan, kif żvelajna f 'dan ir-rapport jidher li ż-żewġ produzzjonijiet illeċiti qed jagħmlu użu minn tagħmir simili, speċjalment f 'dak li għandu x'jaqsam mal-produzzjoni ta' pilloli ecstasy. Dan it-tħassib serju kien elenkat ukoll fl-intervista separata li għamlet l-ILLUM ma' Edwin Micallef, kelliem għall-Malta Boxing Association, li qed jappella għal aktar infurzar fid- dawl ta' diversi atleti li qed jabbużaw minn dawn id-drogi fl-isport tal-boxing lokali. 3 Il-Ħadd 25 ta' Awwissu 2019 | illum Aħbarijiet lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter Il-magna li tintuża għall- produzzjoni tal-pilloli Inkomplu niżvelaw l-operazzjoni illegali ta' laboratorji ta' steroids L-ILLUM tkompli tiżvela dettalji dwar il-black market ta' steroids illegali f'Malta huma: Dina-balls, Stanazolol u Anavar. Il-proċess jibda billi l-isteroids jaslu f 'Malta forma ta' trab. Dawk li jkunu se jiġu injettati jitħalltu maż-żejt u jissaħħnu f 'temperatura il-magna hi l-istess waħda li biha jiġu mmanifatturati l-pilloli tal-ecstasy. Il-magna qed tinxtara minn ċertu siti l-operazzjoni ta' diversi laboratorji illegali li qed €35. Dawn tal-aħħar huma differenti għaliex minflok jinbelgħu jiġu injettati direttament ġol-muskoli. aktar attraenti minn dawk l-isteroids li jittieħdu b'siringa u li dawn id-drogi mhumiex limitati għall-atleti iżda għall- pubbliku ġenerali li jkun irid Il-magna li tintuża għall- produzzjoni tal-pilloli Dinabols. Uħud mill-isteroids li qed jiġu mmanifatturati Malta

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 25 August 2019