Illum previous editions

ILLUM 25 August 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1159829

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 31

Anġlu Gabrijel lill-Madonna) u mhux lil San Duminku. Iżda t-tweġiba hija waħda u sempliċi. Kien San Duminku stess li meta waqqaf l-Ordni tal-Predikaturi, illum magħrufa wkoll bħala Dumnikani, xtaq li l-knejjes kollha li jmexxu u li jieħdu ħsieb ikunu ddedikati lill- Madonna. Kulħadd jaf kemm San Duminku kien devot tal- Madonna u r-rabta tiegħu mat-talba tar-Rużarju. Id-Dumnikani dejjem żammew max-xewqa tal- fundatur tagħhom. Jekk nieħdu ftit eżempji f 'Malta, il-knisja tad-Dumnikani fil- Belt Valletta hija ddedikata lill-Madonna tal-Porto Salvo, dik ta' Gwardamangia lill-Madonna ta' Fatima u tar-Rabat lill-Verġni Marija tas-Silġ. 'Il-murtali tagħna huma l-armar u d-drapp' Kif nagħmlu nhar ta' Ħadd, tkellimna wkoll ma' dawk involuti fl-organizzazzjoni tal-festa. Tkellimna ma' Paul Farrugia, is-Segretarju tal-Kumitat Festa Esterna ta' San Duminku, liema kumitat jaqa' taħt il-Komunità tal- Patrijiet Dumnikani li hija l-organizzatur ewlieni tal- festa. Il-festa ta' San Duminku hija magħrufa ħafna għall-armar tad-drapp, b'Paul Farrugia jiftaħar magħna bil-fatt li l-ewwel pavaljuni tad-drapp f 'Malta saru mid-Dumnikani Ġirbin. Kull sena, id-Dumnikani jżanżu ħafna armar ġdid. Fi kliem Farrugia, minħabba l-limitazzjonijiet ta' spazju, ma tantx jistgħu jinvestu fin-nar, għalhekk ħafna mill-enerġija tkun iffukata fuq l-armar. "Il-murtali tagħna huma l-armar u d-drapp," qalilna Farrugia. Fost l-armar li qed ikun imżanżan din is-sena, id- Dumnikani inawguraw statwa ġdida tal-Madonna tar-Rużarju, li r-rabta tagħha ma' San Duminku u l-Ordni Dumnikana hija inseparabbli. Din l-istatwa hija xogħol Pawlu Aquilina u se tkun qed tintrama faċċata tan-niċċa ta' San Duminku fid-daħla tal-Birgu. Ma setax jonqos li jiġi mżanżan ħafna drapp. Fil-fatt ġew imżanżna sett pavaljuni u bandalori ġodda għal Triq il- Kwartieri, sett pavaljuni għal Triq Bettina u Triq l-Imġarrab u anke pavaljun bil-pittura għal Misraħ ir-Rebħa. Apparti minn hekk, tkompla x-xogħol fuq il-kolonni tal-pilandri mżanża s-sena li għaddiet għal fuq is-sur, għax apparti d-drapp, il-festa ta' San Duminku hija mżejna wkoll b'ħafna injam. Ta' min isemmi ż-żewġ kolonni kbar, waħda biswit il-każin u l-oħra f 'Misraħ ir- Rebħa, fejn din is-sena jaħbat il-140 anniversarju minn meta statwa ta' San Duminku bdiet tittella' fuq kolonna fil-pjazza ewlenija tal-Birgu. 'Il-Banda Prince of Wales tipprepara sitt bandisti' Ma tistax lanqas tifred il-festa ta' San Duminku fil- Birgu, mill-Banda Prince of Wales. Tkellimna ma' Lauro Abela, il-President, li spjega x-xogħol siewi li twettaq il-banda fil- qasam mużikali. Minħabba l-fatt li għall- kuntrarju ta' diversi baned oħra mhijiex involuta fl-armar, in-nar jew l-organizzazzjoni tal-festa, il- Banda Prince of Wales ikollha aktar ċans biex tiffoka l-ħidma tagħha fuq il-mużika. Fil-fatt, Abela spjega kif preżentament, il-banda qed tgħallem sitt studenti. "Għall- belt żgħira bħall-Birgu, sitt studenti huwa numru tajjeb," saħaq il-President. Apparti minn hekk, il-banda tieħu sehem ukoll b'mod attiv fil-festa, l-aktar fil-marċ tal-Ġimgħa, il-marċ tas-Sibt filgħodu u anke l-programm mużikali ta' lejlet il-festa. Mistoqsi xi proġetti għandhom għall-futur, il- President fakkar li fl-2021 se jkun iċċelebrat it-tmien ċentinarju mill-mewt ta' San Duminku. Għalhekk il-każin qed iwettaq xogħol estensiv fuq is-sala prinċipali tal-każin bl-għan li tkun lesta għal dan iċ-ċentinarju. Għalfejn l-istilla fuq moħħu u l-ġeru ħdejn saqajh? Kull min iħares lejn kull xbieha ta' San Duminku se jara stilla fuq rasu u ġeru b'torċa f 'ħalqu ħdejn saqajh. Jingħad, li meta ġiet biex twelled lil Duminku, il-Beata Ġwanna D'Aza, ħolmot b'ġeru bi fjakkola f 'ħalqu, idur id-dinja u jdawwal kull fejn jgħaddi. Ġwanna D'Aza kienet staqsiet abbati ta' monasteru fuq din il-ħolma u kien ħabbrilha li dak li rat kien xbieha ta' dak li kellu jwettaq binha meta jikber. It-tradizzjoni tkompli tgħid ukoll li fil-magħmudija ta' Duminku, ommu rat stilla tiddi fuq binha. 15 Festi Il-Ħadd 25 ta' Awwissu 2019 | illum jiċċelebra lil San Duminku X'se jsir illum fil- Birgu? 9:15am: Quddiesa solenni tal-festa bil- paniġierku 7:15pm: Purċissjoni bl- istatwa ta' San Duminku mat-toroq tal-Birgu 10:45pm: Marċ tal-aħħar fejn titniżżel l-istatwa ta' San Duminku minn fuq il-kolonna X'festi oħra qed jiġu ċċelebrati llum? Apparti l-festa ta' San Duminku, illum qed jiġu ċċelebrati wkoll il-festi ta: • San Pawl: Ħal Safi • San Leonardu: Ħal Kirkop • San Bartilmew: Ħal Għargħur • San Ġiljan: San Ġiljan • San Ġużepp: Il- Manikata • Marija Reġina: Il- Marsa • Santa Marija: Iż- Żebbuġ Għawdex 15 add 25 ta' Awwissu 2019 | illum Armar ġdid li ġie mżanżan din is-sena (Ritratt: Jonathan Paris) L-istatwa tal-Madonna tar-Rużarju mżanżna din is-sena (Ritratt: Luke Scicluna Yeomans) Il-bnadar fuq is-swar u fid-daħla tal-Birgu (Ritratt: Luke Scicluna Yeomans)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 25 August 2019