Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1159829
23 XI wħud mill-films li se joħorġu fostna fil- ġimgħat li ġejjin, huma: Angel Has Fallen: Meta jsir attakk fuq il-President Amerikan (Morgan Freeman), il-ħtija taqa' fuq Mike Banning (Gerald Butler), aġent tas-Servizz Sigriet Amerikan li hu l-bodyguard personali tiegħu. Meta jkun maħrub ifittex ir-raġuni ta' dan l-assalt isib għajnuna minn missieru (Nick Nolte), veteran tal-gwerra tal-Vjetnam. Tensjoni u azzjoni bla rażan. Crawl: Kontra l-pariri tal-pulizija ta' belt żgħira fi Florida, Haley Keller (Kaya Scodelario), għawwiema gwappa, tmur tfittex lil missierha, Dave (Barry Pepper) meta urugan ta' qawwa tremenda jolqot il-post. L-ilma jfur u dawn it- tnejn jinqabdu f 'kantina baxxa infestata minn diversi kukkudrilli. Good Boys: Tett itfal ta' madwar 12-il sena bl- ilsien laxk, iħufu bir-roti madwar fejn joqogħdu u jnemmsu lil xi maħbubin permezz ta' drone ta' missier wieħed. Meta dan l-apparat jinkiser jgħaddu minn ħafna burraxki. The Sun is Also a Star: L-imħabba kultant tinbet f 'sitwazzjonijiet estremi u b'kumbinazzjonijiet speċjali. Hekk ġralhom Natasha Kingsley (Yara Shadidi), tfajla kariżmatika u Daniel Bae (Charles Melton) meta ħabtu ma' xulxin fi triq traffikuża fi New York City, però l-ħin qed jagħfas fuqhom sewwa. Blinded by the Light: Fil-belt ta' Luton fl-1987, fi żmien it-tmexxija ta' Margaret Thatcher, Jarved (Viveik Kasrla), żagħżugħ ta' nisel Pakistani, fi żmien ta' taqlib ekonomiku u razzjali, beda jikteb il- poeżiji u jinkaram wara l-kanzunetti ta' Bruce Springsteen biex jevita l-inkwiet ta' madwaru. Film tassew ħelu b'andament pjaċevoli. Charming: Prince Charming insibuh kważi fil-ħrejjef klassiċi kollha għat-tfal. Imdejjaq meta kull tfajla tiġġennen warajh, irid isib tfajla li ma taqax għas- seħer tiegħu. Din tkun Lenny li takkumpanjah fuq vjaġġ bit-tir li tisirqu. Film animat, kummiedja mħarrka. Ugly Dolls: Il-pupi li joħorġu difettużi mill-fabbrika jintefgħu f 'Uglyville, fejn dawn qed jgħixu ħajja ta' ferħ u xalar. Meta l-kurżità tegħlibhom u jmorru fuq in-naħa l-oħra tal-muntanja, isibu belt jisimha Perfection fejn pupi sbieħ jistħarrġu ħalli jittieħdu għand l-umani ċkejknin. Tgħid din ix-xorti tmiss lill-oħrajn anqas ixxurtjati? Films li dalwaqt naraw ISSERJE animata Dora The Explorer, iddebuttat fuq in-Nickleodeon TV fis-sena 2000, mill-ewwel akkwistat suċċess kbir tant li damet tintwera għal 14-il sena sħaħ. Ġiet maqluba wkoll fi 30 lingwa u kkreat kotba, DVDs u anki logħbiet diġitali Wara, bdiet serje oħra, Go, Diego, Go! Dora The Explorer rebħet ħafna unuri televiżivi, fosthom wieħed prestiġjuż fl-2003. Wasal iż-żmien biex erojina spirituża, makakka u maħbuba tagħmel id-dehra fuq il-liżar il-kbir, fil-forma reali tagħha f 'Dora and the Lost City of Gold. F'din l-avventura ġdida mimlija azzjoni u perikli, Dora (Moner), tfajla ta' 16-il sena, se tmexxi spedizzjoni fil-foresta Amazon biex issalva lill-ġenituri tagħha minn paladini li qed ifittxu teżor. Mhux biss, l-akbar sfida tagħha għadha ġejja meta fi skola sekondarja Amerikana jkollha tiffaċċja ż-żgħażagħ ta' dan il-pajjiż. F'dan l-ambjent, fejn hi marret toqgħod mal-kuġin tagħha Diego (Wahlberg), issib li l-kapaċitajiet prattikabbli tagħha li tuża fil- ġungla m'għandhomx effett. Waqt li mal-kumpanji l-oħra tal-klassi tkun iżżur il-Mużew ta-Istorja Naturali, flimkien mal-kuġin u tnejn oħra, jinħatfu minn ċorma ħallelin, meħuda fil-Perù biex tfittex il-belt mitlufa ta' Parapata, il- Belt Antika tad-Deheb. Trid ukoll teħles lill- ġenituri tagħha li kienu fuq missjoni arkeoloġika. Din il-produzzjoni tant addattata għall-familji tħallat azzjoni, avventuri u t-tendenza ta' studenta ġdida fi skola superjuri li tħossha żvantaġġjata, waqt li tiżvolġi bi stil divertenti! illum | Il-Ħadd 25 ta' Awwissu 2019 TV/Ċinema Carmel Bonnici Film ġdid għal dil-ġimgħa Atturi Ewlenin: Isabela Moner; Michael Pena; Eva Longoria; Jeff Wahlberg; Nicolas Coombe; Madeleine Madden. Direttur: James Bobin. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 95 min. Ċert. P.G. Dora and the Lost City of Gold