Illum previous editions

ILLUM 25 August 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1159829

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 31

27 Sports Il-Ħadd 25 ta' Awwissu 2019 | illum 'Il-badminton jgħinni niżviluppa kemm żikament kif ukoll mentalment' KSENIJA Simic - talent żagħżugħ fil-badminton lokali fejn m'hemmx dubju li għandha futur mill-isbaħ quddiemha f 'dan l-isport. F'din l-intervista, se nkunu qed insiru nafuha aħjar. Kif bdejt tilgħab il-badminton? Mal-Badminton iltqajt erba' snin ilu waqt l-assemby ta' filgħodu fl-iskola 'Immaculate Conception', hekk kif il-Kap tal-Iskola kienet ħabbret li waħda mill-għalliema fl- istess skola kienet kisbet titlu ieħor f 'dan l-isport. Nammetti li minn dejjem xtaqt nibda sport b'mod professjonali iżda kont għadni indeċiża fuq liema sport nibda nipprattika anki jekk ippruvajt tipi diversi ta' sports fil- passat bħall-ġinnastika, għawm u netball. Għalhekk tkellimt ma' din l-għalliema li rebħet dan it-titlu u ħajritni nibda dan l-isport. Minn dakinhar bdejt nikkunsidra dan l-isport bis-serjetà u wara ftit żmien li bdejt nipprattika mal-'Birkirkara Badminton Club' ġejt magħżula biex nilgħab man- nazzjonal u din għalija kienet motivazzjoni ewlenija daqs kemm unika. X'jogħġbok l-aktar f 'dan l-isport tista' tgħid uniku? L-aktar ħaġa li tolqotni f 'dan l-isport hija li bħal sports ieħor, jiftaħ il-bibien għal nies ta' kull età. Apparti hekk huwa sport li ħadni barra minn Malta, kemm fir- Repubblika Ċeka kif ukoll fl-Italja fejn ikkompetejt fil-GrandPrix U19. F'dawn il-pajjiżi ltqajt ma' bosta atleti professjonali li wħud minnhom għadni ħbieb magħhom sal-lum il-ġurnata. Dan ukoll huwa aspett ieħor sabiħ ta' dan l-isport. Jogħġobni wkoll dan l-isport għaliex jintlagħab b'shuttle-cock li jagħti dinamika unika lil dan l-isport. Fuq kollox, togħġobni wkoll id-dixxiplina li fih dan l-isport għaliex jgħinni niżviluppa kemm fiżikament kif ukoll mentalment. X'tikkummenta fuq l-operat ta' Badminton Malta? Bħalissa Badminton Malta qiegħda tipprova tħeġġeġ aktar żgħażagħ sabiex jibdew dan l-isport għaliex bħalissa hawn nuqqas kbir tagħhom. Din l-inizjattiva hija waħda bżonjuża ħafna għaliex hemm bżonn ta' aktar tfal sabiex l-isport ikun jista' jkompli jikber u jiżviluppa. X'kienu l-kisbiet ewlenin tiegħek tul l-aħħar staġun kemm lokalment kif ukoll barra minn xtutna? Junior National Championships 2017: -U15 Girls' Doubles- 1st place (flimkien ma' oħti Christina Simic) -U15 Girls' Singles- Runner up. 7° Torneo GRAND PRIX e MASTER 2019: -U17 Girls' Doubles - 3rd place. (ma' ħabiba tiegħi Taljana, Lena Gander) Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek f 'dan l-isport? Il-futur tiegħi narah imżewweġ ma' dan l-isport fejn fih nara opportunità biex intejjeb il-ħiliet tiegħi, kemm fuq bażi ta' fiżika kif ukoll fuq bażi mentali. Futur ibbażat fuq dixxiplina u determinazzjoni li huma pedament biex inkompli nitjieb fil-badminton. Għaddi messaġġ lil dawk it-tfal u żgħażagħ li bħalek jixtiequ jagħmlu karriera f 'dan l-isport. Lil dawn it-tfal inħeġġiġhom sabiex jippruvaw dan l-isport tant uniku f 'Malta għaliex jibda jagħtik sodisfazzjon mill-ewwel darba li tibda tilgħab. Minkejja li huwa sport diffiċli, bosta żgħażagħ jingħataw sodisfazzjon mal-ewwel ftit logħob li jilagħbu u dan is-sodisfazzjoni għandu jkun ta' motivazzjoni għal dawn iż-żgħażagħ għaliex karriera f 'dan l-isport hija bbażata fuq id-determinazzjoni li jkollu l-atleta meta jsib lilu nnifsu ħerqan sabiex ikompli jilgħab u jitħarreġ. Madankollu, inħeġġeġ lill dawn it- tfal sabiex ma jaqtgħu qalbhom qatt f 'dan l-isport għaliex minkejja li jirrikjedi ħafna ħidma u sagrifiċċji, l-atleta jingħata l-ikbar sodisfazzjon meta fl-aħħar jirbaħ xi titlu li jkun ilu tant jaħdem għalih! minn Cristian Antony Muscat Ksenija Simic Ksenija Simic rrappreżentat lil Malta r-Repubblika Ċekja u l-Italja

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 25 August 2019