Illum previous editions

ILLUM 25 August 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1159829

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 31

Minn Yendrick Cioffi "AĦNA rridu li kemm l-awturi u anke l-pubblikaturi jżidu l-profitt tagħhom." Hekk saħaq mal-gazzetta ILLUM iċ-Chairperson tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Mark Camilleri. Il-gazzetta ILLUM iltaqgħet ma' Camilleri biex titkellem miegħu dwar abbozz ta' proposti li qed jippreżenta l-Kunsill Nazzjonali tal- Ktieb bl-għan li jiġu mħarsa aħjar id-Drittijiet Ekonomiċi tal-Kittieba u tibda t-traspożizzjoni tad-Direttiva tal-Unjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Awtur fis-Suq Diġitali. "F'kull industrija għandek il- produtturi. Fl-industrija tagħna, il-produtturi huma l-kittieba. Għall-ewwel darba f 'Malta qed nistabbilixxu, b'mod kollettiv, id- drittijiet ta' dawn il-kittieba," saħaq Camilleri. Fi kliemu, sal-lum il-ġurnata, l-industrija tal-ktieb qatt ma kienet irregolata. "Għandna pubblikaturi li jimxu tajjeb mal-kittieba tagħhom, oħrajn li jimxu inqas tajjeb u oħrajn li ma jimxu xejn tajjeb mal-kittieba," insista Camilleri. Propju għalhekk li l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, permezz tal-Kungress Nazzjonali tal-Kittieba li se jsir fl-14 ta' Settembru, se jkun qed jistabbilixxi l-kundizzjonijiet minimi u d-drittijet bażiċi tal- kittieba. "Bħalma ħaddiem ikollu l-paga minima, il-kittieb se jkollu wkoll id-drittijiet bażiċi tiegħu," saħaq Camilleri. Wieħed mill-għanijet ta' dan l-abbozz ta' proposti huwa li l-awturi jkollhom dħul ġust mix-xogħlijiet tagħhom tali mod li jkunu kapaċi jaqilgħu l-għajxien tagħhom minnu. Eventwalment, minn dan, se tkun qed tgawdi l-industrija tal-kotba, għax aktar kittieba jitħajru jiktbu u jippubblikaw ix-xogħol tagħhom. 'Hawn ħafna kittieba li d-drittijiet tagħhom ma ġewx irrispettati' Allura dan ifisser li bħalissa teżisti sitwazzjoni fejn awtur mhux dejjem imur tajjeb mill-bejgħ tax-xogħol tiegħu? "Għandna ħafna każi hekk," wieġeb Camilleri. "Hawn ħafna kittieba li d-drittijiet tagħhom ma ġewx irrispettati." Camilleri fakkar ukoll kif il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għandu r-responsabbilità li jdaħħal f 'Malta d-Direttiva l-ġdida tal-Unjoni Ewropea dwar il-liġi tal-Copyright, liema abbozz propost huwa l-ewwel pass lejn din id- direzzjoni. Bħala kittieb ukoll, staqsejna lil Mark Camilleri kemm hu diffiċli li awtur jaqla' l-għajxien tiegħu mix-xogħlijiet li jikteb. Huwa wieġeb li f 'Malta ma hawn l-ebda awtur li jgħix biss minn fuq il-kotba. "Hawn żewġ jew erba' kittieba li kieku jridu jirnexxielhom. Iżda għadna ma wasalniex f 'dak l-istadju li l-kittieba jkunu kunfidenti li jistgħu jaqilgħu l-għajxien tagħhom mill-ktieb. Din hija xi ħaġa ambizzjuża ħafna li nixtiequ naslu għaliha. Bix-xogħol li qed inwettqu hemm ċans li naslu," saħaq Camilleri. 'Irridu li l-industrija kollha tagħmel il-flus' Fi kliemu, fl-aħħar snin, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb innota qabża kbira fis-settur tal-pubblikaturi, anke jekk għad għandhom ħafna sfidi. "Illum il-pubblikaturi qed jiġu mgħejjuna b'mod sostanzjali. Il-Gvern qed jixtri ħafna kotba mingħandhom biex iqassam fl-iskejjel, il- Festival tal-Ktieb qed isir aktar popolari, u l-promozzjoni qed taħdem," saħaq Camilleri. Minkejja dan, Mark Camilleri nnota kif il-ħwienet tal-kotba qed jonqsu u għalhekk il- pubblikaturi qed ibigħu inqas. Iżda din l-isfida, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq li jindirizzaha billi meta jirranġa l-post li għandu fil-Belt Valletta, parti minnu jinfetaħ ukoll bħala ħanut tal-kotba. Kien hawn li insista li l-Kunsill irid li jara l-industrija kollha tagħmel il-flus. Kuntratt bil-miktub bejn l-awturi u l-pubblikaturi Iddiskutejna punt punt il-kundizzjonijiet minimi li l-Kunsill Nazzjonali tal- Ktieb qiegħed jipproponi. L-ewwel proposta hija li għat-trasferiment tad-drittijiet tal-pubblikazzjoni għal xogħol letterarju, l-awturi għandhom jiffirmaw kuntratt bil-miktub mal-pubblikaturi. Camilleri saħaq li filwaqt li hemm pubblikaturi li jaħdmu b'mod professjonali u dejjem jiffirmaw kuntratt mal-awtur, jeżistu ħafna każi oħra fejn dan ma jsirx u mhux l-ewwel darba li dan sar b'ħażen ukoll. "Mingħajr kuntratt, id-drittijiet mhumiex trasferiti. Jinqalgħu ħafna kumplikazzjonijet 'il quddiem. L-aktar punt kruċjali u bażiku li l-kittieba jridu jifhmu, huwa li jridu jibdew jiffirmaw il-kuntratti. Jekk dan ma jagħmluhx, id-drittijiet tagħhom mhux se jkunu garantiti għax ikun hemm lok ta' abbuż," spjega Camilleri. 'Vanity publishing titfa' l-istandards ta' kulħadd lura' Kien hawn li semma wkoll dak magħruf bħala 'vanity publishing,' sfida li teżisti u li fi kliemu diffiċli biex wieħed jeliminaha. "Dan jitfa' l-istandards lura. Ikun hemm min ikun irid jippubblika ktieb akkost ta' kollox u saħansitra jħallas biex jagħmel dan," qalilna Camilleri. Hawn tkellem fit-tul dwar l-importanza tal-pubblikatur, għax fi kliemu, dan jiffiltra dak li hu tajjeb u dak li mhuwiex. "Meta l-awturi jħallsu biex jippubblikaw ix-xogħlijiet tagħhom, jitfgħu l-istandards ta' kulħadd lura," saħaq iċ- Chairperson. Kull awtur għandu jitħallas 10% tal-bejgħ nett Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed jipproponi wkoll li għandu jkun hemm somma li titħallas lill-awtur ta' kwalunkwe ktieb illum | Il-Ħadd 25 ta' Awwissu 2019 8 ycioffi@mediatoday.com.mt Yendrick Cio Aħbarijiet Pożizzjoni tista' tkun kofinanzjata minn Fondi Ewropej/Fondi Bilaterali SENIOR MANAGER (EU FUNDS) Qed jintlaqgħu applikazzjonijiet għall-pożizzjonijiet ta' Senior Manager (EU Funds) fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza. L-applikanti għall-pożizzjoni ta' Senior Manager (EU Funds) għandhom ikunu fil-pussess ta' kwalifika ta' Masters rikonoxxuta f'Livell 7 tal-MQF f'oqsma relatati flimkien ma tliet snin esperjenza ta' xogħol relevanti. L-applikazzjonijiet iridu jintbagħtu lid-Direttorat għas-Servizzi Korporattivi, Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza, 31B, Tal-Pilar, Marsamxett Road, Valletta, VLT 1850 sa mhux aktar tard minn nofsinhar tal-Ġimgħa 6 ta' Settembru 2019. Aktar dettalji jistgħu jiġu pprovduti mill-Gazzetta tal-Gvern ppublikata fit- 23 t'Awwissu 2019. L-applikazzjonijiet jistgħu jiġu mnizzla minn https://publicservice.gov.mt/en/people/Pages/PeopleResourcingandComplia nce/FormsandTemplates.aspx 'Irridu naslu f 'sitwazzjoni fejn il-kittieba jkunu kapaċi Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb irid li jkunu mħarsa u msaħħa d-drittijiet tal-kittieba f'Malta. Imma x'qed jipproponi eżatt? Kittieb jista' jiekol biss mill-kotba? L-ILLUM tistaqsi? Iċ-Chairperson tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Mark Camilleri

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 25 August 2019