Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1159829
Sports 30 illum | Il-Ħadd 25 ta' Awwissu 2019 Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il- futbol? Meta kelli erba' snin kont inħobb nara l-futbol fuq it-televixin jew immur nara lis-Sliema Ta' Qali, u minn hemm tħajjart u kont bdejt nilgħab il-futbol ta' ħames snin mal-Melita u iktar ma lgħabt iktar kelli passjoni lejn il-logħba tal-futbol, u minn hemm qatt ma ħarist lura. U għaliex għażilt proprju l-irwol ta' goalkeeper? Meta kont tifel dejjem xtaqt nilgħab il-futbol. Bdejt il-karriera mal-Melita bħala plejer u qatt ma kelli l-ħsieb li nsir goalkeeper imma kont ippreferejt plejer. Meta kelli xi seba' snin konna se nilagħbu logħba waqt it-taħriġ u konna mingħajr goalkeepers. Għidt lill-kowċ ta' dak iż-żmien Daniel Mulligan biex nidħol nipprova goalkeeper. Wara dik il-logħba, il-kowċ kien qalli biex l-għada niġi għat-taħriġ liebes ta' goalkeeper. Minn dakinhar 'l hawn bqajt goalkeeper u għalija kienet l-aħjar deċiżjoni li ħadt u l-iktar waħda importanti. X'tikkummenta fuq l-esperjenza ġdida tiegħek ma' Gudja United? S'issa l-esperjenza tiegħi mal-Gudja hija waħda pożittiva ħafna u ninsab kuntent bid-deċiżjoni li ħadt. Hemm atmosfera sabiħa ħafna bejn il-plejers u ħafna rispett lejn il-kowċis. Ninsab eċitat għal din l-esperjenza kif ukoll li ħa nkun qed nilbes il-flokk tal-Gudja għall- ewwel darba. Nemmen li hemm grupp li kull plejer se jkun importanti għall- Gudja din is-sena. Il-livell tat-taħriġ huwa tajjeb fejn nemmen li se jkolli spazju fejn ħa nkompli niżviluppa bħala goalkeeper għall-futur tiegħi. Ninsab eċitat biex nibda l-istaġun mal-Gudja! X'tikkummenta fuq l-esperjenza passata tiegħek ma' Melita u Senglea Athletic? Mal-Melita tgħallimt ħafna bħala plejer speċjalment li tilgħab il-futbol biex tieħu gost. Ovvjament, dak kien żmien li qatt ma jien se ninsa. Nemmen li bħala nursery Melita kien u għadu wieħed mill-aħjar u din kienet ta' għajnuna għalija biex niżviluppa iktar u bl-aħjar mod li nista'. Bħala Melita konna grupp magħqud u għadna sal-lum ħbieb sew u kien hemm żewġ plejers li lgħabt magħhom ukoll ma' Sliema Wanderers. Mal-Isla kienet sena tal-ġenn fejn ksibna promozzjoni għall-Premier kif ukoll lgħabt l-ewwel partijiet tal-istaġun fil-Premier fejn kellna ħafna riżultati pożittivi. Madankollu l-esperjenza tiegħi kienet waslet fi tmiemha minħabba injury serja li kont sofrejt. Mal-Isla għamilt sena fejn ħadt spinta kbira kemm bħala goalkeeper u anke mentalment. Dejjem ħassejt ċerta merħba mal-Isla, speċjalment mal- plejers, partitarji u kumitat li dejjem kienu hemm għalija u tawni l-appoġġ meta kelli bżonn. Kemm tgħallimt minn din l-esperjenza mal-Isla? Tgħallimt ħafna mal-Isla għax emmnu fija wara li sofrejt injury serja u kienu lesti jagħtuni ċans magħhom għax wara injury l-iktar ħaġa li jkollok bżonn huwa l-match practice li kont ilni nieqes minnu. Kieku ma ħadtx din l-opportunità kont insibha diffiċli ħafna biex nilgħab. Mil-logħob tjibt u sirt iktar matur bħala bniedem. U llum inkompli nibni fuq dak li tgħallimt kemm mas- Sliema, Melita u Isla. X'tikkummenta fuq l-esperjenza tiegħek ma' Sliema Wanderers? Dejjem hu ta' unur li tilgħab għall- flokk ta' Tas-Sliema, u kburi li lgħabt mas-Sliema ta' età żgħira. Kont kuntent bit-taħriġ u l-atmosfera fid-dressing room. U fuq l-eks kowċ Marco Maccoppi u l-president Keith Perry? Il-kowċ Marco Maccoppi wera fiduċja fija speċjalment meta Jake Galea kien weġġa'. Dejjem tani kuraġġ qabel u wara kull logħba. Ukoll ma nistax ma nsemmix lill-kowċ tal-goalkeepers Mark Vella u l-kowċ Ivan Woods li dejjem kienu hemm għalija. Mal-president Keith Perry kelli u għad għandi relazzjoni tajba. Hu dejjem wera fiduċja fija sa mill-ewwel ġurnata li ġejt ma' Tas-Sliema, u fejn kelli bżonn l-għajnuna dejjem sibtu hemm għalija u dejjem jifhem il-plejers tiegħu għax ma jarax il-futbol biss mill-aspett tal-klabb imma jara kollox li jixtieq il-plejer, u jekk plejer ikun jixtieq xi ħaġa jipprova jagħmel kollox biex jgħinu. X'emozzjoni tħoss kull darba li tilgħab kontra l-eks timijiet tiegħek? Dejjem tħossok ftit iktar motivat għal-logħbiet bħal dawn imma dejjem trid turi rispett speċjalment lejn dawk in-nies li dejjem kienu hemm għalik u rrispettawk kif ukoll turi rispett lejn il- klabb li f 'dak iż-żmien emmen u investa fija. Int tilgħab ukoll mat-tim nazzjonali Malti ta' taħt il-21 sena. X'inhi l-esperjenza tiegħek meta tirrappreżenta lil pajjiżek speċjalment wara l-aħħar riżultati pożittivi li ksibtu bħala tim? Li tirrappreżenta lil Malta dejjem hi esperjenza mill-isbaħ imma fuq kollox unur kbir, fejn dejjem trid tagħti kollox għal pajjiżek, għax tabilħaqq m'hemm xejn isbaħ milli tilgħab għal pajjiżek, speċjalment kontra plejers ta' kalibru. F'mumenti bħal dawn nitgħallmu aħna bħala plejers fejn rridu nitjiebu biex nagħmlu l-qabża meħtieġa. 'Nemmen li ma' Gudja United se jkolli bħala goalkeeper għall-futur tiegħi' Cristian Antony Muscat Timmy Aquilina - goalkeeper żagħżugħ ta' talent li għadu kemm ingħaqad ma' Gudja United, fejn qed jaspira li jikseb post regolari bejn il-lasti ta' dan it-tim Huwa goalkeeper żagħżugħ ta' talent għadu kemm ingħaqad ma' Gudja United Qed jaspira li jikseb post regolari bejn il-lasti ta' dan it-tim neo-promoss l-Premier Fil-passat lagħab ukoll ma' Melita, Senglea Athletic u Sliema Wanderers TIMMY AQUILINA Ninsab eċitat għal din l-esperjenza kif ukoll li ħa nkun qed nilbes il-okk tal- Gudja għall-ewwel darba.