Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1159829
Minn Yendrick Cioffi F'DAN l-aħħar Ħadd ta' Awwissu ppakkjat bil-festi, il-gazzetta ILLUM għażlet li tiċċelebra mal-Ġirbin il-festa ta' San Duminku. Iż-żewġ festi tal-Birgu, dik ta' San Lawrenz u anke ta' San Duminku huma festi msemmija għall-armar, partikolarment fejn jidħol id-drapp. Għalhekk, l-ILLUM niżlet fit-toroq tal-Belt Vittoriosa biex tara l-armar ġdid li ħejjew id-Dumnikani Ġirbin. Bħal kull festa li rajna u li għad irridu naraw matul dan l-istaġun, il-festa ta' San Duminku fil-Birgu għandha wkoll il-karatteristiċi tagħha. Kif tagħmel dejjem, l-ILLUM se tiftaħ dan l-artiklu billi tesplora dak li jagħti identità lil din il-festa. Il-marċ tal-opri l-ġodda Il-maġġoranza assoluta tal- festi li jiġu ċċelebrati f 'Malta u Għawdex jiftħu uffiċjalment bil-ħruġ tal-vara min-niċċa. Iżda l-festa ta' San Duminku tibda xorta oħra. Għalkemm ħruġ min-niċċa ma jsirx, il-Ħadd ta' qabel il-festa ssir quddiesa għaż- żgħażagħ u t-tfal u wara ssir manifestazzjoni bl-istatwa żgħira ta' San Duminku merfugħa mit-tfal Dumnikani Ġirbin. Interessanti li matul din il-manifestazzjoni mill-Knisja tal-Lunzjata sal-każin tal- Banda Prince of Wales, jiġu inawgurati diversi opri ġodda li jkunu saru matul is-sena. Pavaljuni, bandalori u statwi jinkixfu ftit ftit malli l-vara ż-żgħira ta' San Duminku tasal quddiemhom, biex hekk, fi triq waħda, id-Dumnikani Ġirbin ikunu jistgħu jammiraw l-armar il-ġdid, frott il-ħidma u s-sagrifiċċji ta' diversi voluntiera. Il-Pirjol tad- Dumnikani jakkumpanja din il- manifestazzjoni u jbierek dan l-armar. Briju fit-triq kemm trid, iżda skiet u ġabra fil- knisja Min iżur il-festa ta' San Duminku fil-Birgu, jinnota l-kuntrast li jinħoloq malli l-vara ta' San Duminku tidħol lura fil-knisja. Il-mumenti ta' qabel id-dħul tal-vara ta' San Duminku huma brijużi u sbieħ ħafna. Il-vara ta' San Duminku titgħolla fuq l-idejn waqt li d-Dumnikani jkantaw "Xandar tal-Mulej," u jċapċpu mal-innu marċ u innijiet oħra Dumnikani. Iżda malli l-vara ta' San Duminku tixref lura fil-bieb tal-knisja, għall-kuntrarju ta' dak li jsir f 'festi oħra, iċ-ċapċip u l-għajjat jiskot minnufih. Huwa mument ta' ġabra, fejn kulħadd jassisti għall-kant tal-antifona "Pie Pater," waqt li l-vara tiddaħħal lura bil-mod sa postha fil-korsija. Id-Dumnikani Ġirbin jgħożżu ħafna dan il-mument. Partitarji u anke patrijiet jidhru jispjegaw lil dawk li jidħlu fil-knisja u li forsi mhumiex familjari ma' din it- tradizzjoni, biex ma jċapċpux. Mhux l-ewwel darba li s-skiet jinkiser xi ftit b'ċapċipa meta San Duminku jsib ruħu mill-ġdid fuq il- bankun u jiddaħħal lura taħt in-nava. Iżda l-festa ma tiqafx mad-dħul tal-vara Jekk fil-Knisja d-Dumnikani ma jċapċpux, ma jfissirx li spiċċa kollox. Ikun għad fadal marċ li bħalu jsir biss f 'xi ftit lokalitajiet oħra. Fil-fatt, wara li l-funzjonijiet fil-knisja jkunu ntemmew bil-Barka Sagramentali, jibda marċ minn ħdejn id-daħla tal- Birgu, fejn titniżżel l-istatwa ta' San Duminku minn fuq il- kolonna tagħha, liema statwa tittella' wara l-marċ brijuż tal-aħħar tat-tridu. L-istatwa ta' San Duminku fil-Glorja titwassal mill- kolonna sal-kunvent tal- Patrijiet Dumnikani, fejn tiddaħħal lura fost iċ-ċapċip u l-briju tad-Dumnikani li flimkien jingħaqdu biex itemmu l-festa. Il-famuża boma tal- Ġirbin... Min hu midħla tal-festi fil-Birgu, jaf ukoll li l-Ġirbin għandhom il-metodu tagħhom kif itellgħu fuq il- kolonna l-istatwi tal-patruni tagħhom. Fil-fatt, kemm fil-festa ta' San Lawrenz u anke fil-festa ta' San Duminku tintuża dik magħrufa bħala l-boma. Għal min hu midħla tat- tbaħħir, il-boma huwa dak l-arblu twil mimdud li wieħed isib fuq il-jottijiet u li jżomm id-drapp tal-qala' stirat 'l isfel u fit-tul. Fl-imgħoddi, il-boma kienet tintuża wkoll biex titniżżel il-merkanzija minn fuq ix-xwieni. Fil-Birgu, din il-famuża boma, tintuża biex jittellgħu l-istatwi ta' San Lawrenz tad- Dawl lill-Għomja u anke ta' San Duminku fil-Glorja fuq il-kolonna tagħhom. Il-boma tixbah ħafna arblu, ħiereġ il-barra, li jintrabat mas-sur tal-Kavallier ta' San Ġwann. Dan ikun miżmum bi ħbula stirati fuq kull ġenb u anke minn fuq. Dan ifisser li rġiel b'saħħithom iridu jiġbud b'idejhom il-ħabel biex l-istatwa tkun tista' tittella' 'l fuq filwaqt li rġiel oħra jkunu lesti fil-ġenb biex jiġbdu l-ħabel sabiex iddur il-boma u l-istatwa titwassal sa fuq il-kolonna. Jekk qatt ma assistejt għall- użu tal-boma, illejla għandek iċ-ċans li taraha, hekk kif l-istess metodu jintuża biex San Duminku jitniżżel minn fuq il-kolonna. Imma l-Knisja għaliex iddedikata lil-Lunzjata? Ħafna jibqgħu skantati għax il-knisja tad-Dumnikani fil-Birgu hija ddedikata lil-Lunzjata (it-tħabbira tal- 14 illum | Il-Ħadd 25 ta' Awwissu 2019 Festi Il-Birgu mifqugħ bid-drapp biex jiċċelebra F'dan il-Ħadd mifqugħ bil- festi, l-ILLUM tiċċelebra l-festa mad-Dumnikani tal-Birgu u tinżel t-toroq armati sa snienhom bi drapp mill-isbaħ kif jafu jagħmlu biss il-Ġirbin X'nafu dwar il-vara ta' San Duminku? Il-vara ta' San Duminku nħadmet fil- kartapesta minn Michael Camilleri Cauchi fl-1986. San Duminku jistrieħ fuq pedistall tal-fidda, xogħol mill-isbaħ li sar mid-ditta Ghezzi ta' Milan. Il-pedistall jistrieħ fuq erba' skrolli li jgħolluh 'il fuq mill-bradella. Il-bankun u l-bradella interzjati huma wkoll xogħol mill-isbaħ u tinkludi wkoll makkinarju biex il-bradella togħla mill-bankun mingħajr il-bżonn ta' ħafna sforzi biex jidħlu l-bsaten. Il-bankun u l-bradella fihom diversi tipi ta' injam, fosthom kewba, ebbanu, ġewż, iroko, bux u injam tal-aħmar fuq wara u ġewwa. Din il-vara toħroġ darbtejn f 'sena, fil-festa fl- aħħar Ħadd ta' Awwissu u anke fil-purċissjoni bil-vara tal-Madonna tar-Rużarju f 'Ottubru. F'Ottubru, San Duminku jitpoġġa fuq pedistall tal-injam li jikkumplimenta dak tal-Madonna. Il-boma waqt li qed tintuża biex jittella' San Duminku (Ritratt: Jonathan Paris) Min hu San Duminku? San Duminku twieled f 'Kalaroga fi Spanja fl- 1170. Ta' età żgħira, huwa beda jistudja l-filosofija u t-teoloġija u sar Kanonku tal-Katidral ta' Osma fejn mar jgħix mal-Kanonċi skont ir-Regola ta' Santu Wistin. Fl- 1201 sar il-Pirjol tal-Kapitlu. Fis-snin ta' wara, Duminku kien qed jivvjaġġa mal- Isqof tiegħu fi Franza u ra b'għajnejh il-ħsara li kienu qed jagħmlu l-Albiġiżi li kienu qed ixerdu tagħlim eretiku. Kien dan li wasslu biex jagħraf li s-sejħa tiegħu kien li jippriedka l-Vanġelu u beda jikkumbatti din l-ereżija. Fl- 1215 attenda r-Raba' Konċilju Lateran f 'Ruma. Kien f 'Toulouse li waqqaf l-Ordni tal-Predikaturi (id-Dumnikani) bl-għan prinċipali tagħhom kien li jippridkaw il-Vanġelu waqt li jgħixu ħajja sempliċi. Id-Dumnikani malajr inxterdu fi Spanja, fi Franza, fl-Ingilterra, fl-Italja u f 'pajjiżi oħra. San Duminku miet f 'Bologna fis-6 t'Awwissu tal-1221.