Illum previous editions

ILLUM 25 August 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1159829

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 31

7 Aħbarijiet Il-Ħadd 25 ta' Awwissu 2019 | illum ogħla. Ħafna minn dawk li kienu ssegregati f 'ċella waħedhom, saru tant iddisprati, jgħid l-istudju, li esperjenzaw breakdown psikoloġiku li rriżulta f 'persuni jweġġgħu lilhom infushom u fl-iktar każi estremi anke suwiċidju. Intant Azzopardi jikkwota numru ta' studji oħrajn, fosthom Arrigo u Bullock, 2008 u Cloyes et al, 2006, li juru kif is-sintomi ta' żmien issegregati f 'ċella kienu diversi u varji. Fost dawn hemm reazzjonijiet fiżiċi relatati mal-istress (nuqqas ta' aptit, idejn jitriegħdu, palpitazzjonijiet ...), ansjetà u paniku, rabja, agressjoni, paranojja, fantasiji vjolenti, letraġija, telfien ta' kontroll emozzjonali u diversi sintomi oħrajn. X'qed jitlob li jsir Azzopardi? Andrew Azzopardi qed jitlob li l-Parlament jiddiskuti din il-materja biex is-segregazzjoni tal- priġunieri f 'ċella waħedhom, tkun imwaqqfa u pprojbita immedjatament. Huwa qed jagħmel l-appell tiegħu lill-President, lill- Prim Ministru, lill-Kap tal-Oppożizzjoni, lil diversi Ministri, lill-Prim Imħallef, lill-Ispeaker u lid-deputati kollha fil-Parlament. "Li naqflu persuni ġo ċelel daqs naqra għal sigħat sħaħ mhijiex se tagħmel lill-komunità tagħna aktar sigura," jgħid Azzopardi. 'Is-segregazzjoni ta' ħabsin f 'ċelel waħedhom għandha tintuża biss biex tikkontribwixxi għar- riforma imma ma tagħmilx hekk, anzi sservi biex tkisser l-ispirtu tal-priġunieri u ġġegħelhom jobogħdu aktar is-soċjetà' INTANT il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' Charles Mifsud, Chairperson tal-Fondazzjoni Rise u George Busuttil mill-għaqda li tgħin lill-priġunieri; Mid-Dlam għad-Dawl. It-tnejn kellhom reazzjoni xi ftit jew wisq simili u qablu fuq punti komuni. Fil-fatt kemm Busuttil u anke Mifsud jemmnu li jekk priġunier jintbagħat f 'ċella għalih bħala kastig għal xi ħaġa li wettaq fil-ħabs, m'għandux imbagħad xorta jittella' l-Qorti u jeħilha darbtejn. Mifsud sostna illi mhix ġusta li persuna tintbagħat il-Qorti fuq xi ħaġa li diġà ġiet kkastigata għaliha. Min-naħa tiegħu, Busuttil saħansitra qal illi hija krudeltà li persuna illi diġà ngħatat kastig, tingħata kastig ieħor. It-tnejn ukoll qablu illi l-Qorti m'għandhiex tibqa' tagħti sentenzi li fihom tobbliga l-applikazzjoni tas-segregazzjoni f 'ċella. Mifsud jinsisti mal-ILLUM illi l-iżolament għandu jkun kastig minnu nnifsu u finali, mhux jiżdied bħala kastig fuq kastig ieħor. L-istess Busuttil, li jfakkar illi fis-sentenza diġà hemm il-kastig u allura mhuwiex ġust li jkun hemm kastig ieħor. 'Ma tistax teskludiha kompletament...' Busuttil sostna li fi Dlam għad-Dawl, ma jiltaqax ma' daqstant persuni li kienu f 'iżolament, għalkemm ifakkar illi ħafna drabi persuni jiġu ssegregati f 'każijiet serji ħafna jew b'ordni tal-Qorti. "Dan kollu huwa kkontrollat, fis-sens illi hemm kontroll fuq il-priġunier li jkun qiegħed f 'iżolament; kontroll ta' saħħtu, fiżikament u anke mentalment," ifakkar Busuttil. Ifakkar ukoll li din il-prattika ma tħallikx kompletament waħdek u persuna xorta jkollha kuntatt ma' numru ta' nies. "Ma tistax teskludiha kompletament, però iva ejja niddiskutuha," appella Busuttil. 'Trid tikkunsidraha fil-kuntest tagħha...' Mifsud sostna illi wieħed jeħtieġ jieħu l-kwistjoni fil-kuntest tagħha, fil-kuntest tad- drittijiet tal-bniedem, iżda wkoll tas-sistema fil-faċilità. Fakkar illi jekk titneħħa għal kollox il-prattika ta' iżolament tista' tkun ħażina għax dak li, biha, jkun joqgħod aktar attent. Jammetti, però li fl- istess ħin tista' tkun ta' detriment għall-persuna li qed tgħaddi mill-kastig. "Trid tara kull każ għalih," jinsisti Mifsud. Busuttil jaqbel ukoll u jgħid li huwa diffiċli telimina din il-prattika b'mod komplet għax jista' jkun hemm kwistjonijiet ta' sigurtà fil- ħabs. U x'inhu l-kuntest legali ta' din il- prattika? Il-liġi f 'Malta tgħid illi perjodu ta' iżolament m'għandux ikun itwal minn 10 ijiem u b'intervalli ta' xaharejn. Tgħid ukoll iżda illi jekk il-priġunier jerġa' jwettaq offiżi jista' jerġa' jitpoġġa f 'iżolament, basta dan ma jkunx ta' perjodu itwal minn 15-il jum. Qabel ma jingħata dan il-kastig, il-Qorti Kriminali trid tkun ċerta illi r-raġel huwa fi stat tajjeb ta' saħħa u jekk hemm bżonn jgħaddi minn eżaminazzjoni medika. Jekk l-eżaminatur mediku, waqt l-applikazzjoni ta' dan il-kastig, iħoss li din il-persuna m'għadhiex fi stat ta' saħħa tajba għandha dritt li tissospendi dan il-kastig. Imma f 'Malta biss qed isiru attentati bħal ta' Azzopardi? Lanqas xejn. Fil-fatt f 'diversi stati fl-Istati Uniti tal-Amerika qed isiru attentati biex tkun ipprojbita jew imrattba din il-prattika. Fi New York, pereżempju, għaddiet mill- Assemblea l-liġi HALT Solitary Confinement ACT. Din qed tipproponi diversi salvagwardji biex taċċerta li fl-ebda każ ma jkun hemm persuna li mhix qiegħda fl-iżolament. Fosthom, dan l-Att jitlob li jkun hemm eżaminazzjoni tajba tal-priġunieri, l-aktar f 'dak li jirrigwarda saħħa mentali. Connecticut ukoll se tħarrax il-projbizzjoni hekk kif wara liġi li għaddiet xorta baqa' jkun ipprattikat l-iżolament. Għalhekk dan l-istat qed jaħdem biex jipprojbixxi din il-prattika għall-adulti u ż-żgħażagħ. Ir-riċerkatriċi Judith Resnik tgħid illi il- prattika tal-iżolament fil-ħabsijiet hija "fil-fatt sors ta' aktar vjolenza." U fil-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-bniedem x'ġara? Fil-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal- Bniedem, hemm diversi każijiet li jirrigwardaw l-iżolament fil-ħabs. Il-gazzetta ILLUM tat ħarsa lejn il-każ: Ramirez vs Franza. L-applikant, li huwa terrorist magħruf, kien impoġġi f 'iżolament fi Franza għal tmien snin wara li nstab ħati ta' diversi akkużi relatati ma' terroriżmu. Huwa kien issegregat minn priġunieri oħrajn imma kellu aċċess għal televixin, gazzetti u kellu ċ-ċans li jkollu żjajjar mill-familjari u avukati. Meta l-Qorti Ewropea ħadet nota tal-karattru tar-raġel u l-periklu li hu joħloq, iddeċidiet li l-kundizzjonijiet li kien fihom ma kinux laħqu livelli severi biżżejjed biex jikkostitwixxu ksur tad-drittijiet tal-bniedem. Minkejja dan, il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, irrikonoxxiet it-tħassib tal- Kumitat Ewropew tal-Prevenzjoni tat-Tortura (CPT) dwar l-effetti fit-tul u possibbli tal- iżolament. Il-Qorti, issottolineat illi l-iżolament, anki f 'każ ta' iżolament relattiv, ma jistax ikun impost b'mod indefinittiv. L-Istat għandu kull tant żmien jirrevedi l-iżolament ta' priġunier u jagħti raġunijiet għal kwalunkwe deċiżjoni biex titkompla s-segregazzjoni u tiġi ssorveljata l-kundizzjoni mentali u fiżika tal-priġunier. 'Jekk kont issegregat f 'ċella waħdek inħoss li hija krudili li terġa' tittella' l-Qorti' L-iżolament fil-ħabs. Andrew Azzopardi jrid li s-solitary confinement ikun ipprojbit

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 25 August 2019