Illum previous editions

ILLUM 25 August 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1159829

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 31

K ull min verament huwa patrijott ma jistax jonqos li għandu għal qalbu l-kultura Maltija. U għandna tassew għalfejn inkunu kburin b'dak li joffri pajjiżna. Mhux qed ngħid biss għall-kultura u partimonju li writna, imma wkoll għat- talent kbir li għandna f 'kull sfera kulturali. U f 'pajjiżna nsibu wirt li għandna tassew inkunu kburin bih. Forsi għax ngħixu mdawrin bih, kultant ninsew is-sinifikat ta' dak li għandna. Jekk tieħu biss biss il-Belt Valletta, naraw li din hija propju l-ewwel Belt Kapitali li nbniet fuq pjanta. L-ewwel belt fl-Ewropa ppjanata bil-mod kif inhi msawra. U hija wkoll belt li fiċ-ċokon tagħha għandna rikkezzi liema bħalhom. Mhux biss ta' arkitettura, imma wkoll ta' artefatti li jfakkruna fl-istorja tagħna li teħodna lura tal-anqas għal 5,600 sena qabel Kristu. Is-sbuħija tal-Belt Kapitali hija t-taħlita ta' influenzi kulturali li ħallew warajhom dawk li ġew qabilna. Bil- Pro-Katidral neo-klassiku tal-Anglikani tefa' ta' ġebla 'l bogħod mis-Santwarju Bażilika tal-Karmelitani li jħaddan pitturi ta' fama kbira fosthom Preti, Velasco, Reni, Felice Cassar, Zahra, D'Arena, Cali u Barthet. Bereġ tal-Kavallieri erba' passi 'l bogħod minn ħwienet aktar moderni u fuq kollox l-arkitettura moderna ta' Piano kważi faċċata ta' Palazzo Ferreria, li rrestawrajna ftit taż-żmien ilu. Illum il-ġurnata l-Belt Kapitali tista' tiġi apprezzata ferm aktar bil-programm li jibqa' għaddej ta' restawr u riġenerazzjoni. U ftit jiem oħra, kif jgħaddi s-sajf, inkunu nistgħu ngawdu x-xogħol kollu li qed isir fil- Belt, imżewwaq bl-attrazzjoni kulturali tant mistennija Notte Bianca. Bħalma qed nikteb dwar il-Belt Valletta, nifrex ukoll dawn il-ħsibijiet lejn kull belt u raħal li għandna f 'pajjiżna, li kollha kemm huma huma minjiera ta' teżori kulturali. M'hawnx komunità li mhix kburija b'dak li fil-lokal tagħha huwa parti mit- tradizzjoni, folklor jew wirt kulturali tagħha. • • • F'din iċ-ċokon ta' gżira nistgħu wkoll napprezzaw it- talent kbir li għandna. Artisti li jħabbtuha sew ma' sħabhom fil-kontinenti l-oħra. Artisti li mhux biss għamlu isem għalihom infushom, imma permezz tal-media artistika tagħhom, għamlu isem ukoll għal pajjiżna. Bċejjeċ ta' skultura u pittura xogħol l-artist Malti – ma jitgawdewx u jgħollu biss il- qasam kulturali lokali, imma wkoll jinsabu f 'kollezzjonijiet privati jew edifiċji internazzjonali madwar id- dinja. Dan huwa talent Malti li huwa esportat u li jagħmel ġieħ lin-nazzjon tagħna. U dan narawh f 'kull qasam tal-artistrija, mhux biss il- pittura u skultura, imma wkoll disinji ta' arkitettura, disinji tal-ħwejjeġ u tal-bolol. Naraw it-talent Malti jinfirex ukoll mal-pajjiżi barranin mhux biss f 'esebizzjonijiet li jittellgħu, imma wkoll fi prestazzjonijiet teatrali, mużikali u wkoll żfin – tista' tgħid kull qasam li jaqa' taħt il-kappa tal-kultura. Kien ukoll għalhekk li matul dawn l-aħħar snin, saħħaħna mhux biss entitajiet kulturali, imma wkoll ħloqna wkoll oħrajn li kien ilu jinħass il- bżonn tagħhom – KorMalta, TeatruMalta, ŻfinMalta. Dawn imlew il-vojt li kien jinħass minn artisti f 'dawn l-oqsma li riedu bix-xieraq pjattaforma minn fejn setgħu juru t-talent tagħhom. Ngħinu wkoll it-talent żgħażugħ permezz ta' fondi apposta biex inkomplu nħeġġuhom ikomplu fit- triq artistika tagħhom. Is-sena li għaddiet tmien artisti żgħażagħ ibbenefikaw mill-Fond għat-Talent Żagħżugħ, programm ġdid li jappoġġja l-parteċipazzjoni ta' artisti żgħażagħ barra minn Malta fi pjattaformi internazzjonali bħal festivals, kompetizzjonijiet, wirjiet u/ jew spettakli. U x-xogħol u l-ħidma tagħna f 'dawn l-oqsma kollha kulturali se jkompli għaddej mingħajr ebda pawsa. • • • B'dan it-talent lokali kollu, inkunu qed nonqsu jekk ma nagħtux l-appoġġ tagħna lill-artisti Maltin. U dan qed nagħmluh, u bil-qalb apparti li huwa d-dmir tagħna. Ħa nħares lura lejn l-attività kulturali li ttellgħet b'suċċess kbir, "Il-Kbir għadu Ġej!" Serati ppakkjati b'udjenzi kbar, tant li kellhom jiżdiedu r-rappreżentazzjonijiet. Udjenza li ferħet u apprezzat l-ispettaklu offrut minn tant talent Malti ta' kull xorta, mil- leġġenda ħajja Freddie Portelli sa artisti li telgħin fid-dinja kulturali ta' pajjiżna. Dan l-ispettaklu ħa nieħdu biss bħala eżempju, għaliex bħalu, nagħtu l-appoġġ tagħna lil diversi li jsiru matul l-istaġuni. Bħala ministeru napprezzaw ferm dak li huwa talent lokali. Huwa għalhekk, anki permezz ta' fondi apposta amministrati mill-Kunsill Malti għall-Arti li aħna nagħtu l-appoġġ tagħna lil dan it-talent lokali. Appoġġ li qed iwassal għal produzzjonijiet tal-għola livell li wkoll jagħtu spazju fejn jimraħ l-artist, bħalma kienet "Il-Kbir għadu Ġej". Ma' dan infakkar ukoll fil-Musicals "Balzunetta" u "Ħanina Maddalena", produzzjonijiet li wkoll tajna l-appoġġ tagħna lit-talent u artisti Maltin permezz tal- Kunsill Malti għall-Kultura. Produzzjonijiet li jkomplu jgħollu dik li hija l-kultura tagħna u wkoll li nħossuna kburin li aħna lkoll parti minn dan il-wirt. Insemmi wkoll VII (Sette), li sar biex jikkommemora ċ-ċentenarju mill-irvellijiet tas-Sette Giugno, li wkoll kellu l-appoġġ tal-ministeru u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu. Grazzi għal inizjattivi ta' din is-sura, qegħdin nippromovu u nsaħħu l-produzzjonijiet lokali. L-istrateġija kulturali tagħna qiegħda tipprovdi aktar pjattaformi fi ħdan is- settur, u permezz ta' proġetti ta' din is-sura mhux biss qegħdin insaħħu s-settur, imma qegħdin nipprovdu aktar lok biex inwasslu produzzjonijiet oriġinali u nagħmlu l-arti u l-kultura aktar aċċessibbli għas-soċjetà. Permezz tal-Kunsill Malti għall-Arti, il- ministeru qiegħed jassisti fl-ikkummissjonar ta' produzzjonijiet mużikali teatrali oriġinali bil-Malti, billi jagħti l-appoġġ tiegħu, filwaqt li joffri sapport lil talent lokali ġdid u żgħażagħ li jaħdmu ma' artisti stabbiliti. • • • Semmejt in-Notte Bianca. Bħalissa jinsab fil-qofol tiegħu xogħol marbut mal- kalendarju kulturali tax-xitwa. Ħidma minn diversi entitajiet li twassal biex matul ix-xhur li ġejjin inkunu nistgħu ngawdu minn aktar produzzjonijiet ta' livell mifruxa mal-pajjiż kollu. Ix-xogħol f 'dan il-qasam m'għandux mistrieħ, għaliex issa l-poplu Malti huwa mdorri bi produzzjonijiet u festivals ta' livell matul is-sena kollha. • • • Nagħlaq billi mill-ġdid insellem il-memorja ta' voluntier u wieħed mill-aqwa artisti fil-qasam tal-Karnival Malti – Jean Paul Bonett. Sfortunatament Bonett miet traġikament il-Ħamis waqt li kien qed jaħdem fuq karru tal-Karnival li kien se jipparteċipa fl-attivtajiet li kellhom isiru fi tmien din il- ġimgħa li ninsabu fiha. Ħassejna li kellna nikkanċellaw l-attivitajiet kollha minn tmiem dil- ġimgħa b'turija ta' rispett. Insellem lil Jean Paul li żgur se jħalli warajh tifkira kbira ta' talent f 'qasam ieħor tal- kultura Maltija - il-Karnival. Owen Bonnici huwa l-Ministru għall-Ġustizzja, il-Kultura u l-Gvern Lokali OWEN BONNICI illum | Il-Ħadd 25 ta' Awwissu 2019 18 Opinjoni Kburin bil-kultura u talent lokali Ilħna Mediterranji - ŻfinMalta

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 25 August 2019