Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1159829
illum | Il-Ħadd 25 ta' Awwissu 2019 Aħbarijiet 4 "MIN ma jridx lil Alla f 'ħajtu, anke l-ħolqien irid ibiddel li titwieled bħala raġel u mara u allura min ma jaqbilx ma' dan it-tagħlim jitwarrab, anzi jekk hemm bżonn noqtluhom ... din l-aġenda progressiva, imma li teqred lill-bniedem." "Min il-kuxjenza tiegħu mhix f 'postha, iwarrab lil min jgħid il-verità biex ikompli jgħassad fil-ħama ta' dnubietu." Dan kien kliem il-Prepostu Pawlu Vella fil-paniġierku nhar jum il-festa ta' Santa Liena f 'Birkirkara bħal-lum ġimgħa, kliem li qajjem għagħa kbir fuq il-midja soċjali u kundanni minn bosta bnadi. Imma x'ġara? Jaqaw m'aħniex progressivi daqs kemm naħsbu? U s-sentimenti tal-Prepostu huma s-sentimenti ta' ħafna mill-membri tal-pubbliku? U persuni LGBTIQ, jekk jafu li mhumiex milqugħin jew inkella li mhumiex milqugħin jekk f 'relazzjoni, għaliex jibqgħu jmorru l-knejjes? Il-karta u t-triq, huma żewġ realtajiet differenti Nibdew bl-ewwel punt. Fl-aħħar snin pajjiżna ra bidla mill-qiegħ fil-liġijiet, bidla rapida, li seħħet b'effiċjenza u mingħajr oppożizzjoni ta' xejn. Meta l-bidliet iseħħu tant malajr, minn Gvern li għandu qawwa kbira ta' voti warajh u It-tempesta li qajjem Il-paniġierku tal-festa ta' Sant'Elena, din il- ġimgħa spiċċa f'nofs kontroversja taħraq fuq il-midja soċjali. Imma x'jurina eżatt kliem il-Prepostu? Liberali daqs kemm naħsbu? U persuni LGBTIQ għalfejn xorta jibqgħu jipparteċipaw f'materji tal-knisja? agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham jgħid il-verità biex ikompli jgħassad fil-ħama ta' dnubietu." Il-karta u t-triq, huma żewġ realtajiet differenti Nibdew bl-ewwel punt. Fl-aħħar snin pajjiżna ra bidla mill-qiegħ fil-liġijiet, bidla rapida, li seħħet b'effiċjenza u mingħajr oppożizzjoni ta' xejn. Meta l-bidliet iseħħu tant malajr, minn Gvern li għandu qawwa kbira ta' voti warajh u Il-Prepostu Pawlu Vella