Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1159829
Sports 31 Kemm titgħallem mill-kowċ Silvio Vella? Nitgħallem ħafna mingħandu. Ovvjament huwa kowċ ta' esperjenza speċjalment fix-xena internazzjonali tal-U21. Dejjem jikkoreġi biex nifhmu aħjar il-livell tal-under21 biex inkunu nistgħu ntejbu l-ħażin u t-tajjeb intejbuh iktar. Dan speċjalment li għadna lanqas bdejna l-qualifiers. Bħalissa jipprova jippreparana tattikment kif ukoll mentalment, għax biex tilgħab ma' dawn it-timijiet trid tkun ippreparat f 'kull aspett. Ovvjament li nitgħallem man- nazzjonal. Inżomm f 'moħħi dak li nitgħallem mal-klabb ħalli nkun nista' nibqa' naħdem fuqu. Il-kowċ Simon Agius ukoll jgħinni man-nazzjonal biex nitjieb bħala goalkeeper. Nitkellmu dwar l-aħħar staġun ta' Sliema Wanderers. X'taħseb dwar dak kollu li wrejtu? Nemmen li Sliema matul l-aħħar staġun kien tim b'saħħtu fejn urejna x'nafu kontra kull tim. Ovvjament, nemmen li kien jixirqilna wkoll niksbu post fl-Ewropa. Taqbel mal-format ta' 14-il tim fil- Premier? Naqbel għax nemmen li l-kampjonat ġie aktar kompetittiv, imma ma naqbilx ukoll għax nilgħab 26 logħba fi staġun li huwa ftit ħafna! Dan fejn f 'pajjiżi oħra jilagħbu madwar 38 logħba fi staġun. Taqbel li hemm differenza ta' livell bejn it-timijiet ta' fuq u dawk ta' taħt? Differenza hemm ovvjament għax ikollhom baġits differenti imma meta tara ħafna mit-timijiet t'isfel ġieli jieħdu punti mat-timijiet ta' fuq, hemmhekk naraw li t-timijiet t'isfel mhumiex daqshekk dgħajfin. Eżempju l-Isla, fl-aħħar staġun ksibna punti kważi mingħand kulħadd fit-tieni rawnd. Niġu issa għall-kwistjoni tal-plejers barranin fil-Kampjonat BOV Premier. Taqbel mal-proposta li saret li jkun hemm 11-il plejer barrani f 'tim? Ma naqbilx magħha għax nemmen li nkunu qegħdin nagħlqu ħafna bibien għall-plejers Maltin speċjalment għaż- żgħażagħ. Taħseb li l-barranin li qed jiġu mhux dejjem qed ikunu ta' livell ikkomparati mal-plejers Maltin? Hemm barranin tajbin ħafna u ta' livell u mbagħad nemmen li hemm timijiet fejn iġibu barranin flok Maltin u jkunu jew tal-istess livell jew saħansitra l-Maltin ikunu aħjar, imma peress li barrani nemmnu li jkun aħjar għax barrani. Ħafna plejers Maltin kapaċi jilagħbu flok ċerti barranin hawn Malta. Kemm int kuntent bil-grawnds fejn tilagħbu l-logħob tal-kampjonat Premier? Il-grawnds ta' Malta jridu jitranġaw waħda sew. Il-Victor Tedesco Stadium tal-Ħamrun huwa żgħir u l-art mhux tajba għal-logħbiet tal-Premier. Dan filwaqt li s-Centenary Stadium f 'Ta' Qali, ikollok logħba futbol issir u wara l-pitch ikun b'ħafna trab tal-muturi dieħel fuqu. L-Istadium Nazzjonali ta' Ta' Qali, nemmen li għandhom jirranġaw l-istands tal-partitarji. Dan speċjalment għax inħoss li dan l-istadium ġie wisq maqtugħ mill- partitarji. U rigward il-Hibs Stadium, għandhom jirranġaw is-saqaf tal-istands tal-partitarji kif ukoll il-grawnd fejn meta tagħmel ix-xita jinfaqa' bl-ilma. X'taħseb dwar il-kontroll tar-referis matul l-aħħar staġun? Tajbin ir-referis, avolja ċerti deċiżjonijiet ma taqbilx magħhom imma qatt ma jistgħu jkunu perfetti. X'inhuma s-sagrifiċċji li plejer tal-futbol irid jagħmel sabiex ikun tajjeb? Jitħarreġ tajjeb u dejjem jagħti l-100% tiegħu. Trid tkun immotivat u determinat biex tasal sa fejn għandek tasal u li dejjem iżżomm saqajk mal-art u qatt m'għandek taqta' qalbek minn xejn. Kif jirnexxielek tlaħħaq mal-istudju u x-xogħol tiegħek mal-futbol? Tipprova ssib bilanċ minn kollox. Jekk veru tħobb l-isport, kollox tagħmel biex tirnexxi l-ħolma tiegħek. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol? Nixtieq li nibqa' naħdem biex inżomm posti ma' club fil-Premier, bħalissa Gudja United, dejjem jekk ma jiġinix iċ-ċans li nilgħab barra minn Malta. U dejjem bl-ghan li tilgħab tajjeb ħalli xi darba niġi mgħajjat mat-tim nazzjonali ta' Malta tal-kbar li hija ħolma għal kull ċittadin Malti. M'hemmx dubju li l-pass li jmiss tiegħek huwa li tilgħab mat-tim nazzjonali mmexxi mill-kowċ Ray 'Żażu' Farrugia. X'taħseb? Nemmen li jekk naħdem u nistinka l-mument f 'xi ħin jiġi. Imma nżomm saqajja mal-art u kollox pass pass. Jien se nibqa' naħdem biex il-ħolma tiegħi xi darba ssir realtà. Nixtieqek tgħaddi l-aħħar messaġġ lil dawk it-tfal u żgħażagħ li qed jaqraw din l-intervista u li bħalek jixtiequ jagħmlu karriera ta' suċċess fil-futbol. Li qatt m'għandhom jaqtgħu qalbhom fil-futbol jew f 'xi sport ieħor. U jekk tiġi opportunità barra minn Malta biex imorru u jagħmlu kollox li jistgħu minnha għax darba biss jiġik dan iċ- ċans! jkolli ċans inkompli niżviluppa tiegħi' li il-lasti Senglea Il-Ħadd 25 ta' Awwissu 2019 | illum