Illum previous editions

ILLUM 25 August 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1159829

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 31

illum | Il-Ħadd 25 ta' Awwissu 2019 Aħbarijiet 32 Minn Yendrick Cioffi "JIENA mhux se jkolli x'naqsam mal-proċess tal- għażla għall-krematorju." Hekk wieġbet mal-gazzetta ILLUM id-Deputata Rosianne Cutajar wara l-kritika li qalgħet fl-aħħar jiem wara dak li rrapportat din l-istess gazzetta bħal- lum ġimgħa. Il-Ħadd li għadda, l-ILLUM irrapportat kif Cutajar tixtieq li l-Gvern imur għal mudell ta' konċessjoni biex f 'Malta jkun hawn krematorju wieħed biss. Dan wassal għall-kritika minn diversi persuni fuq il-midja soċjali, b'uħud jisħqu li dan se jwassal għal monopolju u saħanistra jakkużaw lil Cutajar li ħadmet fuq il-liġi għax trid taġevola lil xi ħadd. Il-gazzetta ILLUM reġgħet iltaqgħet ma' Cutajar u staqsietha dak li staqsew in-nies. Jekk ikun hawn krematorju wieħed biss, dan mhux se jfisser monopolju? "Mhijiex kwistjoni ta' monopolju. Il-popolazzjoni tal-pajjiż hija dik li hi u kollox idur mad-domanda," wieġbet id-Deputata. "Il- kremazzjoni ma tistax tqabbilha mas-servizzi oħra, tat-taxi jew telefonija. Darba se tiġi kkremat u allura d-domanda hija dik li hi." Rosianne Cutajar saħqet li minn studju li kien sar jirriżulta li jekk f 'Malta jmutu madwar ta' 4,000 persuna fis-sena, se jsiru medja ta' erba' kremazzjonijiet kuljum, għax minn dan l-istħarriġ irriżulta li sa issa, persuna minn kull tlieta tikkunsidra l-kremazzjoni. "Tagħmel sens li jkollna aktar minn krematorju wieħed jekk qed ngħidu li erba' persuni biss kuljum se jirrikorru għall- kremazzjoni?" staqsiet id- Deputata. Iżda jekk tikber id- domanda? Iżda l-popolazzjoni qed tikber u aktar ma jgħaddi ż-żmien hemm ċans li aktar persuni jkunu komdi bil- kremazzjoni. Għal dan, id-Deputata wieġbet li jekk jibda jinħass il-bżonn li jkun hawn krematorju ieħor, ma għandux għalfejn ma jinbeniex, iżda għalissa insistiet li ma hemmx bżonn. "Aħna mhux qed ngħidu li għal dejjem se nibqgħu bi krematorju wieħed. Imma meta nikkunsidra l-popolazzjoni Maltija bħalissa u anke l-aspett ambjentali, jiena ma nħossnix komda li niftħu t-triq biex kulħadd ikun jista' jibni krematorju u nkomplu nieħdu l-ftit spazju limitat li għandna," insistiet id- Deputata. Kien hawn li Rosianne Cutajar saħqet li kif ma jagħmilx sens li jibqgħu jitkabbru ċ-ċimiterji u jitħaffru oqbra ġodda, hekk ukoll ma jagħmilx sens lanqas li tiġi okkupata ħafna art bil-krematorji. Cutajar għandha lil xi ħadd f 'moħħha? Il- Gvern se jaġevola lil xi ħadd? Diversi kitbu u akkużaw lil Cutajar li la qed tipproponi hekk, sinjal li għandha xi operatur f 'moħħha. Kif twieġeb għal dawn l-akkużi? "Ilni fil-politika mill-2012. Għajruni u attakkawni fuq kollox imma qatt ma ġejt affaċċjata b'akkużi ta' korruzzjoni," insistiet id- Deputata. Assigurat li meta jiġi biex jintgħażel l-operatur, se jkun hemm kompetizzjoni ġusta fejn se jintgħażel l-aħjar, għax fi kliemha, il-Gvern irid li s-servizz ikun wieħed tajjeb. "Xogħli bħalha leġiżlatriċi kien li nressaq u ngħaddi din il-liġi mill-Parlament. Jiena lanqas biss se nkun involuta fil-proċess tekniku u wisq inqas tal-għażla," irrispondiet Cutajar għall-akkużi. Insistiet li l-argument tagħha kien wieħed ġenwin u f 'moħħha kellha biss l-aspett ambjentali u mhux in-negozju. 'Għal tal-linja hawn operatur wieħed u l-prezz irħis' Marbuta mal-kwistjoni tal-monopolju kien hemm l-argumenti dwar il-prezz. Il-Ħadd li għadda, Cutajar diġà spjegat li jekk il- Gvern imur għall-mudell ta' konċessjoni għal krematorju wieħed, il-prezzijiet ikunu rregolati permess ta' avviżi legali. Madanakollu xorta kien hemm min argumenta li monopolju joħloq il-periklu li l-prezzijiet ikunu għolja u għalhekk mhux affordabbli minn kulħadd. Kif wieġbet Cutajar? "Jekk ikollok aktar minn operatur wieħed, xorta ma jfissirx li l-prezzijiet ikunu aktar raġonevoli. Ġeneralment żewġ operaturi jew aktar jiftehmu fuq prezz bejniethom, kif isir illum il- ġurnata fuq id-dfin normali," saħqet Cutajar. Kien għalhekk li insistiet li mhu veru xejn u ma jreġġix l-argument li l-prezz ikun ogħla jekk ikun hemm aktar minn krematorju wieħed u bħala eżempju semmiet il-Gozo Channel u t-trasport pubbliku. "Il-Gozo Channel huwa operatur wieħed. Ħadd ma jilmenta li l-prezzijiet huma għoljin ... fuq tal- linja wkoll hemm operatur wieħed u l-prezzijiet huma relattivament baxxi u hemm min saħansitra jivvjaġġa b'xejn," insistiet id-Deputata. "Dawn mhux monopolji?" Saħqet ukoll li wara kollox huwa fl-interess tal- operatur li l-prezzijiet ikunu kompetittivi aktar minn dfin normali. "Jekk se jkunu aktar għolja, l-operatur mhux se jġib l-investiment tiegħu lura. Jekk irid li l-kremazzjoni taqbad u tiżdied fil- popolarità, ma jaqbillux jgħolli l-prezzijiet," saħqet id-Deputat. U l-Għawdxin se jkollhom jinżlu Malta wara l-funeral? Fl-aħħar nett kien hemm ukoll Għawdxin li staqsew jekk f 'Għawdex hux se jkun hemm krematorju jew inkella hux se jkollhom jinżlu Malta għall-kremazzjoni wara funeral. Anke jekk id-deċiżjoni dwar kemm jista' jkun hawn krematorji għadha ma tteħditx, Cutajar, filwaqt li saħqet li tifhem id- diffikultajiet tal-Għawdxin, insistiet li ma taħsibx li krematorju f 'Għawdex ikun vijabbli. Saħanistra saħqet li ma tistax timmaġina kif operatur tista' tgħaddilu minn rasu li jibni krematorju f 'Għawdex. "Aħna qed ngħidu li krematorju wieħed għal Malta u Għawdex ukoll jaf ikollu d-diffikultajiet tiegħu, aħseb u ara wieħed għal Għawdex biss," temmet tgħid Cutajar. Monopolju għall- kremazzjoni? Rosianne Cutajar twieġeb għall-kritika Tagħmel sens li jkollna aktar minn krematorju wieħed jekk qed ngħidu li erba' persuni biss kuljum se jirrikorru għall- kremazzjoni? Wara l-kritika li qalgħet wara dak li rrapportat il-gazzetta ILLUM, Rosianne Cutajar twieġeb għall- akkużi kollox idur mad-domanda," tqabbilha mas-servizzi oħra, minn kull tlieta tikkunsidra jagħmilx tagħha kien wieħed ġenwin u f 'moħħha kellha biss l-aspett ambjentali u mhux in-negozju. 'Għal tal-linja hawn operatur wieħed u 'Għal tal-linja hawn operatur wieħed u 'Għal tal-linja hawn l-prezz irħis' tal-monopolju kien hemm l-argumenti dwar il-prezz. Il-Ħadd li għadda, Cutajar diġà spjegat li jekk il- Gvern imur għall-mudell ta' konċessjoni għal krematorju wieħed, il-prezzijiet ikunu rregolati permess ta' avviżi legali. Madanakollu xorta kien hemm min argumenta li

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 25 August 2019