Illum previous editions

ILLUM 25 August 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1159829

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 31

IMMAĠINAK ġo kamra waħdek 'il bogħod minn prattikament kull kuntatt reali man-nies, għajr dawk li qed iġibulek xi ikel u xorb u li joħorġuk mill- kamra illi fiha int maqful. Tħossok se tiġġennen, mhux hekk? Fil-fatt din hija realtà ta' dawk il-priġunieri li jispiċċaw issegregati waħedhom f 'ċella (solitary confinement), f 'każi estremi ta' dixxiplina kif ukoll fir- rigward ta' sigurtà fil-ħabs. Mhux l-ewwel darba illi f 'xi serje jew film li huwa bbażat f 'ħabs naraw persuna li qed iġġib ruħha b'mod ħażin tintbagħat f 'din iċ-ċella waħedha. F'Malta, din il-ġimgħa, id-Dekan tal-Fakultà tal- Benesseri Soċjali Andrew Azzopardi ħareġ dokument illi fih spjega għaliex din il-prassi għandha titwaqqaf, primarjament għaliex, skontu, mhix qed tħalli l-frott, anzi qed taħdem kontra l-għan ewlieni tagħha u tal-għan ta' faċilità korrettiva. Il-gazzetta ILLUM qed tagħti ħarsa lejn l-istorja tal- prattika u għaliex Azzopardi ħass li kellu jaqsam l-opinjoni tiegħu fuqha. Imma x'għandu kontriha Azzopardi? Ħafna wkoll. Azzopardi jinsisti li huwa tal-fehma li l-ħabsijiet bl-istruttura kurrenti tagħhom huma ta' ħsara għall-uman u detrimentali għall- benesseri tagħhom. Huwa jirrimarka kif sfortunatament il-mentalità għadha dik illi l-ħabs għandu jkun post ta' tpattija. "Is-segregazzjoni ta' ħabsin f 'ċelel waħedhom għandha tintuża biss biex tikkontribwixxi għar- riforma imma ma tagħmilx hekk, anzi sservi biex tkisser l-ispirtu tal-priġunieri u ġġegħelhom jobogħdu aktar is-soċjetà," sostna Azzopardi. Fil-fatt hu jikkwota diversi esperti li juru illi din il- prattika falliet milli tilħaq l-oġġettivi tagħha. "Is-segregazzjoni ta' ħabsin f 'ċelel waħedhom taffettwa lill-uman fuq kull livell possibbli, ħafna drabi b'mod permanenti ... jiena naħseb li hija miżura ddisprata għal dawk li m'għandhomx soluzzjonijiet," jgħid Azzopardi. Jisħaq illi x-xogħol tajjeb li qed isir mill-Faċilità Korrettiva ta' Kordin qed ikun mħassar xi ftit mill-fatt illi għadha tiġi pprattikata Is-segregazzjoni ta' ħabsin f 'ċelel waħedhom. X'sab studju f 'ħabs f 'Kalifornja? Biex isaħħaħ l-argument tiegħu favur il-projbizzjoni tas-segregazzjoni, Azzopardi jsemmi studju ta' psikoloġista f 'ħabs b'sigurtà massima f 'Kalifornja fl- 2003. Dan l-istudju analizza 100 priġunier minn din il-faċilità u sab li ħafna minnhom kienu qed jesperjenzaw livelli għoljin ta' ansjetà, rabja irrazzjonali, irritabilità, taħwid mentali u sensittività Aħbarijiet 6 illum | Il-Ħadd 25 ta' Awwissu 2019 Waħdi f'iżolament Imma sew hekk? Min jgħid iva u min jgħid le fil- ħabs agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham Andrew Azzopardi

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 25 August 2019